Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519393
www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 21 TA' APRIL 2024 • NRU 914 LIST LIST your property with us We'll handle the entire rental registration process saving you time and money. franksalt.com.mt/ListWithUs L E T T I N G Intervista ma' Mark Sultana PAĠNI 6 - 7 Nies viċin il-President tal-Parlament Ewropew ikkonfermaw li Roberta Metsola mhux beħsiebha tiċċaqlaq minn Brussell u qed tara kif tkompli f 'kariga prestiġjuża u influwenti fl-UE. Il-kariga aktarx terġa' tkun dik ta' President, imma mhux eskluż li tikkunsidra kariga oħra. "Mhux ovvja li Roberta f 'dan l-istadju mhux se tikkonferma jew tinnega li għandha xi interess fil-kariga ta' kap tal-Partit Nazzjonalista, imma l-fokus tagħha mhux din il-kariga. Tiem li hemm xewqa li hi tkun il-kap il-ġdid tal-PN imma ħarsitha hi lejn karriera fuq livell internazzjonali." Dan kien il-kliem ta' persuna viċin tagħha u jiem il-kriżi li hemm fit-tmexxija tal-PN. Metsola, li llum titħallat mal-ogħla mexxejja tal-Ewropa u tad-dinja, rebħet ir-rispett ta' mexxejja politiċi minħabba ċ-ċarezza tad- diskors tagħha, kif ukoll l-immaġini ta' persuna serja u ffukata. Apparti li hi għandha s-sens li timxi mal-kurrent, u, fejn ikun hemm bżonn, tigdem ilsienha u tiġbed ħabel wieħed bħal meta titkellem fuq l-abort f 'ambjenti Ewropej. Apparti li l-politika internazzjonali qiegħda immensament għal qalbha, Metsola issa drat is- sistema politika barranija li hija aktar strutturata u ħafna drabi bla skossi kbar u sorpriżi. Fl-ambjent Malti nies viċin tagħha qalu lil din il-gazzetta li tħossha skomda. Tant hu hekk li Metsola taħrab li tidħol f 'dibattiti jew skontri ma' politiċi Maltin. L-aħħar skontru wara l-kwinti kien infatti mal-Prim Ministru Robert Abela. Metsola, bħala President tal-Parlament Ewropew, ikollha d-dritt tkun preżenti fl-ogħla laqgħa tal-Unjoni Ewropea dik tal-Kunsill, fejn jiltaqgħu l-Prim Ministri kollha tal-membri tal- Unjoni Ewropea. F'laqgħa minnhom, kważi tliet ġimgħat ilu, il-Prim Ministru Robert Abela qam jitkellem u jindirizza lil Metsola. Is-sorpriża ma kinitx li hu kellimha iżda li kellimha bil-Malti u għamel punt fuq in-newtralità ta' Malta, u anke spjegalha li l-parir tekniku u legali li kellu kien solidu u bla intoppi – u li ma kien hemm ebda problemi jew kunsiderazzjonijiet ulterjuri għall-pożizzjoni tan-newtralità ta' Malta. Metsola kellha tirrispondi bil-Malti u tirrikonoxxi x'kien qed jgħid Abela. Fuq livell ieħor, il-Partit Nazzjonalista jinsab konxju mill-fatt li Metsola mhix qed taħsibha li tiġi lura, imma hija mdejqa li qed tagħmel minn kollox biex teskludi lil Bernard Grech, il-Kap tal- Partit Nazzjonalista meta torganizza attivitajiet politiċi f 'Malta. Tant hu hekk li Grech qatt ma jkun mistieden meta tkun Malta tiltaqa' ma' partitarji Nazzjonalisti. "Illum ħa nispiċċaw bi tliet partiti Nazzjonalisti, il-Partit Nazzjonalista ta' nies nostalġiċi Nazzjonalisti, il-Partit Nazzjonalista ta' Grech, u l-Partit Nazzjonalista ta' Metsola. Hemm bżonn li ningħaqdu kollha biex niġġieldu lill-Labour," qalilna attivist ewlieni tal-PN. Metsola mhux għal Malta, hekk kif tikkarga għal pożizzjoni fl-Ewropa Miljuni mwiegħda fil-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT Huwa previst li hekk kif dawn is- salarji jiġu kkalibrati, il-miżati tat-tfal fl-iskejjel privati jisplodu, u ħafna ġenituri ta' dħul medju jkollhom jew jagħmlu sagrifiċċji kbar biex iżommu lit-tfal tagħhom hemm, jew inkella joħorġuhom kompletament mill-iskola. Il-ftehim kollettiv mal-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern ħa jiġi konkluż wara taħditiet twal bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima u l-MUT immexxija minn Marco Bonnici. IKOMPLI F'PAĠNA 5 Metsola deċiża li tkompli fi Brussell TRAĠEDJA OĦRA Miet ħaddiem ieħor ilbieraħ f 'inċident fi Trejqet San Injazju f 'Tas-Sliema. Albaniż, 51 sena, miet meta sfronda s-saqaf intern ta' dar. Albaniż ieħor ta' 31 sena weġġa' u ttieħed l-isptar. Il-BCA qalet ilbieraħ li ma kienux ħarġu permessi għal dan ix-xogħol.