MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519393

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' APRIL 2024 • illum TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, l-istess Taurus se jkun il-bidu ta' fażi fejn issa int għandek dik l-oppurtunità li kapaċi tkattar lilek minn kull anġlu tal-ħajja. Għalhekk kompli fuq triqtek. Analizza. Taurus huma magħrufin bħala persuni ta' fehma soda. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Gemini se tkun dik il-ġimgħa fejn trid b'għaqal tagħraf tqassam, kemm dak li int qed tesperjenza, kif ukoll dak li hemm riesaq lejk. Toqgħodx tinkwieta. Agħraf sib il-bilanċ. Gemini huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Leo se tkun ġimgħa ta' determinazzjoni. Għalkemm fil-preżent qed tesperjenza xi intoppi, dan m'għandux iżommok milli tkompli tħares lejn futur aktar stabbli. Leo huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Virgo se tkun ġimgħa fejn se tagħraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek jekk għadhiex dik li tixtieq. Int bdejt tħoss ġo fik li jista' jkun wasal il-mument għal bidla. Irrifletti. Virgo huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din l-ewwel ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Sagittarius se tkun dik il-ġimgħa li, mill-esperjenzi li esperjenzajt fil-passat, tikkombina dak li huwa essenzjali biss, dak li hemm riesaq lejk. Sagittarius huma magħrufin bħala nies immotivati ħafna. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Bidu tat-tieni żodjaku ta' Taurus (It-Tawr) MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' MEJJU Jitkellmu fuq il-ġrajjiet Steve Ellul - PL X'TAĦSEB FUQ IL-KUMMENTI TAL- PRESIDENT MYRIAM SPITERI DEBONO FUQ IL-ĦTIEĠA LI L-PRESIDENZA TAĦDEM U TKUN AKTAR ASSOĊJATA MAL-IRWOL KOSTITUZZJONALI MILLI MAX-XOGĦOL TAGĦHA FIL-COMMUNITY CHEST FUND? M'hemmx dubju li l-President tar-Rebubblika għandha tkun għassies tal-ogħla liġi ta' Malta u sservi bħala katalist għall-emendi li jkun hemm bżonn biex pajjiżna jaġġorna ruħu maż-żminijiet. Jiġifieri iva, kif saħqet il-President Myriam Spiteri Debono stess fid-diskors inawgurali tagħha, nemmen li l-irwol kostituzzjonali għandu dejjem ikun l-irwol primarju tal-Kap tal-Istat, kif diġà sar sforz akbar f 'din id-direzzjoni anke mill-President George Vella. Naqbel ukoll mal-President Spiteri Debono li għandha tmexxi Presidenza tan-nies. Li n-nies iħossu li l-Presidenza hija tagħhom. U allura jkun hemm impenn li jgħaqqad lin-nies b'kuxjenza b'saħħitha wara l-għanijiet komuni ta' pajjiżna – il-ħolqien tax-xogħol, ir- rispett għad-diversità, il-ħarsien tal-ambjent. Fl-istess waqt, il-Presidenza trid tkompli tiżviluppa l-aspett ħanin ta' wens u sostenn lejn in-nies vulnerabbli u l-persuni milquta minn mard serju jew diżgrazzji. Il- Community Chest Fund għamlet ġid kbir fl-aħħar snin u nemmen li l-President Spiteri Debono se tkompli taħdem b'mod attiv biex tibni aktar fuq dak li għamlu l-predeċessuri kollha tagħha. X'INHI L-FEHMA TIEGĦEK DWAR ID- DEĊIŻJONI TAL-QORTI LI TIĊĦAD L-APPELL BIEX L-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA MA JINFETAĦX? Jien nemmen li kulħadd għandu d-dritt jipprattika d-delizzju tiegħu. Dejjem b'responsabbiltà u taħt il- parametri tal-liġi, imma mhux nittrattaw kategorija tas-soċjetà bħala nies tat-tieni klassi kif spiss isir mal- kaċċaturi u n-nassaba. Dan id-delizzju, taqbel jew ma taqbilx miegħu, jirrappreżenta passjoni għal ħafna Maltin u Għawdxin, bħalma wara kollox hija passjoni f 'tant pajjiżi oħra Ewropej. Hija passjoni li taffettwa s-saħħa mentali. Jgħidulek il-qraba tal-kaċċaturi u n-nassaba stess, kemm jaraw lill- maħbubin tagħhom jaqgħu f 'ansjetà u dipressjoni kull meta jħossu li l-istaġun ikun f 'riskju. Irrid ngħid ukoll li, kontra d-dell ikrah li ġieli jintefa' fuqhom, il-maġġoranza kbira tal-kaċċaturi u n-nassaba jinvestu ħinhom u flushom biex iħarsu l-ambjent naturali bil-mod kif jieħdu ħsieb l-artijiet u l-għelieqi tagħhom. Dan il-Gvern għandu l-mandat elettorali biex jibqa' jara li min jipprattika dan id-delizzju jkompli jgawdi din it-tradizzjoni b'mod ugwali u ekwu. Għalhekk fl-Ewropa huwa d-dmir tagħna li dan id-dritt niddefenduh, bħalma se nagħmlu mat-tradizzjonijiet kollha li jagħmluna Maltin. X'TAĦSEB DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-KAPPILLAN TA' RAĦAL ĠDID BIEX TINFETAĦ KAFETTERIJA FUQ IL-KNISJA TA' RAĦAL ĠDID? Personalment ma naqbilx magħha. Filwaqt li niem li l-knejjes jista' jkollhom spejjeż kbar biex imantnu lilhom infushom, onestament ma naħsibx li kafetterija fuq knisja hija l-aħjar soluzzjoni. Naħseb illi għandu jkun hemm metodi oħrajn ta' finanzjament. Barra minn Malta, pereżempju, isibu knejjes li jdaħħlu ħlas biex viżitaturi jidħlu jżuruha lil hinn mill-quddiesa. Dik hija sistema li l-Knisja Maltija trid tara jekk tagħmilx sens jew le fil-kuntest lokali. Imma ngħid għalija applikazzjoni bħal dik ta' Raħal Ġdid tista' toħloq preċedent għal iktar żviluppi fuq il- knejjes tagħna u għalhekk frankament ma naħsibx li għandhom jiġu sottomessi ideat bħal dawn. KEMM HUMA SERJI L-ATTAKKI TAL-IRAN FUQ IŻRAEL? Attakki bħal dawn iġibu biss ritaljazzjoni. U konsegwentement iktar problemi fir-reġjun. Inkwetanti għax din hija l-ewwel darba li l-Iran attakka lil Iżrael direttament u saħansitra ammetta r-responsabbiltà. Dan kollu huwa r-riżultat tal- gwerra attwali f 'Gaża li bdiet wara l-attakk tal-grupp terroristiku Ħamas fuq komunitajiet Iżraeljani f 'Ottubru li għadda. Imbagħad kellek ir-ritaljazzjoni Iżraeljana fuq il-popolazzjoni innoċenti f 'Gaża li issa qed tispiċċa f 'genoċidju. Nittama li ma jkunx hemm iktar eskalazzjoni bejn l-Iran u Iżrael. Għax kwalunkwe azzjoni militari oħra se tkompli twessa' ċ-ċiklu ta' vjolenza li jwassal għal sofferenzi kbar, speċjalment fost it-tfal. Permezz tal-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda, l-għan ta' Malta huwa li d-diplomazija tagħti l-frott għall-ġid tar-reġjun kollu. Huwa kruċjali li jkun hemm waqfien mill-ġlied f 'Gaża b'mod immedjat u permanenti, tasal biżżejjed għajnuna umanitarja fil-Palestina, u jinħelsu l-ostaġġi miżmuma kollha. B'hekk biss tista' terġa tirrenja l-paċi u ż-żewġ popli jgħixu fis-sliem kif inhu dritt tagħhom. Nemmen li l-ġenerazzjoni tagħna trid taħdem ħalli tasal għas- soluzzjoni taż-żewġ stati. F'MUMENTI BĦAL DAWN, IN- NEWTRALITÀ TA' MALTA IRRELEVANTI JEW RILEVANTI? Illum in-newtralità ta' Malta hija relevanti iktar minn qatt qabel. Irrid ngħid li l-Kostituzzjoni tagħna, apparti d-dikjarazzjoni tan-newtralità, tiddikjara wkoll li Malta hija stat, "li jrid attivament jilħaq il-paċi, is-sigurtà, u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha". Aħna pajjiż newtrali imma m'aħniex newtralizzati għal ħidma favur il-paċi. Malta ġiet fdata bil-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u biċ-Chairpersonship tal- OSCE. Ġiet fdata f 'dawn l-irwoli propju għax Malta huwa pajjiż rispettat u newtrali li jgawdi l-fiduċja internazzjonali. Malta hija promotur ewlieni tal-paċi madwar id-dinja u kontra l-ħruxija tal-gwerer. In-newtralità tagħna ġġib fuqna responsabbiltà biex b'għaqal kbir naħdmu bħala pont favur il-paċi fejn il-leħen tad-diplomazija għandu jinstema' iżjed mill-ħoss tal-missili.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 April 2024