Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519393
06 intervista IL-ĦADD 21 TA' APRIL 2024 • illum Il-liġijiet tal-konservazzjoni tal-għasafar WARA D-DEĊIŻJONI TAL-QORTI, BIRDLIFE MALTA GĦANDHA ĦSIEB TBIDDEL IL-MOD KIF TIĠĠIELED IL-FTUĦ TAL-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA FIL- QORTI? BirdLife Malta għandha l-obbligu li tħares in-natura inġenerali u l-għasafar b'mod partikolari. Biex nipproteġu l-għasafar waqt il-passa tant importanti tar-rebbiegħa, specjalment il-Gamiema li qiegħda fi stat vulnerabbli, BirdLife Malta lesta tagħmel dak kollu li għandha dritt tagħmel. Għandna dritt nagħmlu referendum, għandna dritt li niddjalogaw mal-politiku sabiex infehmuh il-prinċipji tal-konservazzjoni u l-bżonn li ma jinfetaħx staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, għandna dritt nirrappurtaw dwar dak li qed jiġri f 'pajjiżna lill-Unjoni Ewropea ladarba Malta hija Stat Membru, għandna dritt li nwasslu l-messaġġ tagħna permezz tal-midja u fit-toroq, kif għandna wkoll id-dritt li nisfidaw id-deċiżjonijiet fuq qafas legali u allura li nirrikorru għall- Qorti. Dan huwa dak li jagħmel minn pajjiżna pajjiż demokratiku b'soċjetà ċivili attiva u relevanti. L-IMĦALLEF FRANCESCO DEPASQUALE FIS-SENTENZA RREFERA GĦALL-FATT LI MALTA HIJA IRRELEVANTI GĦALL-PASSA TAL-GĦASAFAR. X'TIKKUMMENTA? Mingħajr ma nuri l-ebda disprezz lejn il-Qorti, naħseb li kien kumment żejjed u forsi xi ftit populist li jdoqq għal widnejn xi wħud, imma li juri kemm hemm il- bżonn ta' esperti li jassistu lill-qorti f 'kull qasam imma b'mod partikolari fejn jidħlu l-oqsma tax-xjenza naturali. Kien kumment li ma jorbot mal-ebda qafas legali tant li ħassejtu pjuttost opinjoni, iktar minn kull ħaġa oħra ... u opinjoni li mhijiex ibbażata fuq il- fatti. Allaħares Malta, għax żgħira, tinsa l-valuri u l-obbligi tagħha għaliex dawn ma jagħmlux differenza fl-istampa l-kbira. Malta tista' tiġi carbon-neutral imma t-Tibdil fil-Klima ma jbiddilx ir- rotta tagħha – allura ma nagħmlu xejn? Bl-istess argument, il-qrati ta' Malta jagħtu sentenzi differenti jekk xi ħadd jisraq mingħand persuna li għandha kemm kemm biex tgħaddi, jew inkella xi ħadd li jisraq l-istess ammont mingħand biljunarju? Fil-każ tal-aħħar, wieħed jista' jiddefendi dan is-serq billi jgħid li l-flus li nsterqu huma irrelevanti għall-biljunarju? Ma naħsibx, għaliex valur huwa valur li ma jinbidilx skont l-ammont jew il- frekwenza. Is-serq huwa ħażin, ikun kif ikun. Li toqtol għasafar qabel ma jbejtu huwa prinċipju simili, ħażin dejjem u qatt ma jista' jiġi ġġustifikat għax l-ammonti jkunu żgħar. META TĦARES LEJN DAWN L-AĦĦAR ERBA' SNIN MILL- BIDU TAL-AMMINISTRAZZJONI TA' ROBERT ABELA, TARA XI ŻVILUPPI POŻITTIVI FIL-ĦARSIEN TAL-GĦASAFAR? Apparti l-fatt li l-Ponta tal-Qawra saret żona fejn ma tistax issir kaċċa (u dan bis-saħħa tal-pressjoni li għamlet BirdLife Malta), fil-bqija nista' ngħid li ma sar assolutament xejn. U dan ma jfissirx li kieku kien hemm il-Partit Nazzjonalista fil-gvern kien ikun hemm xi ħaġa differenti. Però aħna bħala NGO ovvjament ikollna nikkritikaw wisq aktar lil min ikun fil-gvern milli lil min ikun fl-oppożizzjoni, għalkemm ma nżommux lura meta l-oppożizzjoni tieħu pożizzjoni żbaljata bħalma hi dik rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa. Naħseb li Robert Abela huwa distakkat mill-fatti u ma naħsibx li jixtieq ikun jaf jew huwa interessat ikun jaf il-fatti. Huwa fatt magħruf li hemm ċerta intimità bejn il-lobby tal-kaċċaturi u n-nassaba, u dan il-Gvern. Naħseb li qed jafda lil Clint Camilleri wisq f 'dan il-qasam u li qed iħallih jagħtihom ir- riħ. Il-liġijiet tal-konservazzjoni tal- għasafar tbiċċru f 'dawn l-aħħar għaxar snin … loopholes papali purament biex jaġevolaw lil min irid jikser il-liġi. IL-PARTEĊIPAZZJONI TAGĦKOM FIL-KUMITAT ORNIS HIJA LIMITATA, GĦAX QEGĦDIN FIL- MINORANZA U L-GVERN DEJJEM JARA LI TGĦADDI TIEGĦU, MA TIKKUNSIDRAWX LI TWAQQFU L-PARTEĊIPAZZJONI TAGĦKOM? Din hija dilemma li dejjem tberren f 'moħħi u f 'moħħ oħrajn li jamministraw lil BirdLife Malta. Apparti li forsi nevita ħafna frustrazzjoni, ma nara li niggwadanjaw xejn iktar jekk noħorġu mill-Kumitat ORNIS. Naħseb li għandna nużawh aħjar u li nkunu proattivi, iktar milli reattivi. Ikun ideali imma, kieku l-Kumitat għandu aktar saħħa xjentifika minn dik politika! HEMM XI PUNT META TAĦSBU LI TKUNU TISTGĦU TAĦDMU MAL- Il-gazzetta Illum tkellmet ma' Mark Sultana, kap eżekuttiv tal-Birdlife Malta, hekk kif l-istaġun tal-kaċċa jinfetaħ minkejja tħassib serju minn ambjentalisti u l-Ewropa Bl-istess argument, il-qrati ta' Malta jagħtu sentenzi differenti jekk xi ħadd jisraq mingħand persuna li għandha kemm kemm biex tgħaddi, jew inkella xi ħadd li jisraq l-istess ammont mingħand biljunarju? Mark Sultana (ċentru) quddiem Kastilja