Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519393
10 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' APRIL 2024 • illum opinjoni I l-gratitudni hi importanti, dik li nagħrfu li ħaddieħor huwa im- portanti għalina. B' mod speċjali persuna b' diżabilita li minkejja l-impediment fil-ħajja tiegħu jew tagħha, jagħmlu ħilithom biex jibnu soċjeta aħjar. Dan hu l-iskop primarju tal-Premju For- midabbli, li għat-tieni sena konsekuttiiva din is-serata se ssir nhar il-Ġimgħa 21 ta' Ġunju. L-iskop jibqa' dejjem il-grati- tudni, li hi rigal tal-qalb, dik li tgħaqqad lill-bnedmin flimkien. Il-gratitudni tressaq lill-bnedmin ħdejn xulxin. Kulħadd importanti u ħadd m'għandu jkun imwarrab. Imma donnu f 'dinja mgħaġġla, it huma dawk li jaqraw l-imħuħ. Għalhekk, importanti immens li nuru l-gratitudni tagħna lejn ħaddieħor. Ħajjithom u l-preżenza tagħhom hija importanti ħafna fis-soċjetà. Xogħolhom, (fil-każ tagħna, ta' dawk il-persuni b'diżabilità jew b'impediment) hu ta' ġid għalina lkoll. Ix-xjenza turi li l-gratitudni, is- sens t'apprezzament, iżżid il-kimika essenzjali fil-moħħ uman li tikkontrolla l-ferħ jew id-dwejjaq li wieħed iħoss. Fil-fatt, professjonisti jiktbu u jgħidu li l-gratitudni jidher li għandha l-istess effetti kif isir bil-mediċina kontra d-dipressjoni. Lura għall-Premju Formidabbli. Din hija serata ta' festa, spazju fejn jirrendi s-soċjetà Maltija f 'waħda inklussiva. KULĦADD għandu dritt jilħaq il- potenzjal sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja u kulħadd għandu dritt igawdi kwalità ta' ħajja għolja. F'din is-serata nwasslu diversi messaġġi diretti lill-udjenza preżenti, u anki lil dawk it-telespettaturi li se jsegwu s-serata minn fuq Net TV. Minbarra d-diskors ta' introduzzjoni tiegħi, insegwu wkoll id-diskors prinċipali, mill-mistiedna speċjali Dr Amy Zahra u anki mill-Ministru tal-Inklużjoni u l-Benesseri Soċjali l-Onorevoli Julia Farrugia Portelli, li fl-aħħar tas-serata tippreżenta wkoll it- trofew lir-rebbieħ jew rebbieħa tal-Premju Formidabbli għal din is-sena. Quddiemna għandna impenn kontinwu – li nkomplu naħdmu biex nibnu l-mentalità, nisfidaw l-ostakli u noħolqu soċjetà fejn aħna lkoll verament ngħixu bl-aħjar mod possibbli. Kull kisba, anki jekk żgħira, kull daqsxejn indipendenza jqanqal fina lkoll sens ta' ewforija. Għax aħna soċjetà inklussiva u l-missjoni tagħna hija li f 'dan is-settur nibqgħu ntejbu inizjattivi u miżuri, anki jekk il-progress f 'das-settur baqa' għaddej b'ritmu tajjeb tul is-snin minn kull Gvern. Madanakollu rridu nibqgħu naħdmu għal kulħadd u rridu nibqgħu nagħmlu aktar u aktar u aktar, speċjalment li tiġi evitata kull forma ta' diskriminazzjoni diretta jew indiretta. Din is-serata hija waħda mill-it inizjattivi tagħna. Poġġejnieha fil- kalendarju annwali tagħna. Serata mingħajr preċedent, ta' enerġija, spinta u tiġdid. Nieħu l-opportunità nirringrazzja lit-tim formidabbli tiegħi, li jaħdem għal dan l-avveniment minn qalbu. Din hija serata li tħalli frott li jibqa' u li tittrasforma l-ħajja tar-rebbieħa u turihom li l-gżejjer Maltin, bihom u mingħajrhom le, mhux xorta. Ix-xewqa tiegħi hi li niżguraw futur eċitanti u ta' sfida. Irridu naħdmu wkoll għal aktar ħin u aktar opportunitajiet f 'kull settur, anke fil-mainstream. Jim Carey kien qal li "e effect you have on others is the most valuable currency there is." Jien u t-tim tiegħi nemmnu li fil-ħajja mhux x'ser niksbu u lanqas x'ser nieħdu lura, imma nkunu qed nagħmlu pjaċir lilna nfusna meta nibdew naħsbu aktar x'ser nagħtu. Awtomatikament m'għandniex inkunu sorpriżi jekk awtomatikament nibdew nirċievu iktar. L-aktar ħaġa importanti li nagħmlu f 'ħajjitna hija meta nagħtu lil ħaddieħor bla ma nistennew xejn lura. Bla ma naħlu ħin, irridu naraw x'nistgħu noffru, x'potenzjal u x'riżorsi għandna biex nibdew nagħtu lil ħaddieħor minn dak li għandna. U dan kollu jiġbor kollox fis- serata li aħna se norganizzaw għat-tieni sena konsekuttiva nhar il-Ġimgħa 21 ta' Ġunju. Din għandha tkun serata eċitanti għal kull min hu favur dawn il-prinċipji u ħsibijiet li għadni kif esprimejt permezz tal-kitba. Dawk li jixtiequ jinnominaw persuna b'diżabilità jew għandha xi kundizzjoni jew forma ta' impediment f 'ħajjitha, u baqgħu jagħmlu sforz u jagħtu kontribut lis-soċjetà jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu l-customer care 7748 0241, għal aktar informazzjoni u dettalji, sabiex jingħataw linji gwida biex jimlew l-applikazzjoni. Premju Formidabbli Ivan Bartolo huwa l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għal Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Solitudni Ivan Bartolo L-aktar ħaġa importanti li nagħmlu f'ħajjitna hija meta nagħtu lil ħaddieħor bla ma nistennew xejn lura Ivan Bartolo u l-Ministru Julia Farrugia Portelli jagħtu l-Premju Formidabbli 2023 lil David Borda li ta' età żgħira ħarġitlu l-Parkinsons