MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520219

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 5 TA' MEJJU 2024 05 L-istħarriġ tal-gazzetta MaltaToday juri li 16% beħsiebhom jagħtu l-ewwel preferenza lil Roberta Metsola u 8% beħsiebhom jivvutaw għal Alex Agius Saliba. Waqt li Metsola tirbaħ 46% tal-voti tal-votanti Nazzjonalisti, Agius Saliba jirbaħ 20% tal-votanti Laburisti. Imma waqt li 60% tal-Laburisti huma indeċiżi fuq liema kandidat se jivvutaw, l-indeċiżjoni tonqos għal 43% fost in-Nazzjonalisti. Waħda mir-raġunijiet għal dan tista' tkun, kemm l-inċertezza dwar il-kandidatura ta' Muscat, kif ukoll l-assenza ta' kandidati stabbiliti fil- line up tal-PL. L-istħarriġ, li saqsa wkoll għat-tieni preferenza ta' dawk li se jivvutaw lil Metsola u 'l Agius Saliba, juri li t-tiġrija fil-PN għat-tieni u t-tielet siġġu hi bejn David Casa u Peter Agius. Fil-Partit Laburista hemm tiġrija miuħa bejn Steve Ellul, Daniel Attard u Clint Flores. JONQOS ID-DISTAKK HEKK KIF IKTAR LABURISTI JGĦIDU LI MHUX SE JIVVUTAW L-istħariġ juri li l-Partit Laburista għadu jgawdi vantaġġ komdu ta' 17,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista skont stħarriġ tal-MaltaToday. Imma minkejja li l-oppożizzjoni kważi ma gwadanjat xejn, meta wieħed iqabbel ma' stħarriġ li sar f 'Marzu, id-distakk naqas bi kważi 12,000 vot. Dan minħabba li l-fatt li l-astensjoni fost dawk li vvutaw lill-PL fl-aħħar elezzjoni telgħet minn 14% għal 23%. L-istħarriġ jista' jitqies bħala ritratt tal-elettorat qabel il-bidu uffiċjali tal-kampanja elettorali u ġie konkluż qabel l-aħħar kontroversja politika dwar l-inkjesta maġisterjali fuq il-bejgħ tal-isptarijiet. L-istħarriġ sar fi żmien ta' inċertezza fost il-Laburisti dwar il-kandidatura ta' Joseph Muscat wara li f 'Marzu, Muscat innifsu kien qal li qed jikkunsidra li joħroġ. Dan kien qajjem entużjażmu ikbar fost il-Laburisti tant li f 'Marzu l-PL kellu vantaġġ ta' 29,000 vot hekk kif dawk li beħsiebhom ma jivvutawx kienu naqsu b'mod sinifikanti. L-istħarriġ li sar f 'April juri li l-astensjoni fost il- Laburisti reġgħet bdiet tiżdied hekk kif beda jidher li Muscat ma kienx se joħroġ bħala kandidat. Wieħed issa jrid jara jekk il-PL hux se jirbaħ lura dawn il-votanti fid-dawl tal-aħħar kontroversja dwar l-inkjesta tal- maġistrat. Metsola u Agius Saliba fuq quddiem imma 60% tal-Laburisti indeċiżi Rizultat | PL: 50.7%, PN: 44.2%, Other: 5%; Turnout: 71% Sondaġġ kandidati: 16% jagħżlu lil Metsola u 8% lil Alex Agius Saliba. 60% tal-votanti Laburisti indeċiżi Alex Agius Saliba u Roberta Metsola IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Bla dubju ta' xejn se jkun hemm oġġezzjoni qawwija mid-difiża ta' Muscat li jintbagħat il-ħabs. Dan kollu se jwassal għal reazzjoni minn ċerti attivisti Laburisti imma mhux ċert jekk din ir-rabja tkunx waħda mdaqqsa. Li huwa ċert hu li l-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella marret fil-fond sew u daħlet f 'affarijiet 'il bogħod mill- VITALS. In-nies li wkoll qed jissemmew li se jitilgħu l-Qorti imma permezz ta' ċitazzjoni huma l-Ministru Chris Fearne, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u l-Eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, u żewġ Segretarji permanenti li aktarx kellhom x'jaqsmu mal-Finanzi u Projects Malta. Dan kollu se joħloq terremot kbir politiku u l-Kap tal-Partit Laburista Robert Abela se jkollu sfidi enormi f 'dawn il- ġranet kbar. Hija wkoll opportunità kbira għall-Partit Nazzjonalista! Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd hi kemm se jkun importanti dan kollu biex ir- riżultat elettorali fit-8 ta' Ġunju jinbidel tant li l-Labour jitlef ir- raba' siġġu. Ilbieraħ sar magħruf li l-inkjesta maġisterjali dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet mill-Gvern lill-privat ġiet tiswa aktar minn €10 miljuni. Dan qalu l-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard li skont il-Ministru ġie mħallas għall-assigurazzjoni ta' riżorsi neċessarji lill-ġudikatura. "Jgħidu li l-ġudikatura m'għandhiex riżorsi, imma din l-inkjesta ġiet tiswa iktar minn €10 miljun," qal Attard. Waqt li tkellem fuq l-istazzjon tar-radju tal-Knisja huwa ssuġġerixxa li jsir tibdil fil- metodu li bih jinħatru l-esperti tal-Qorti, li bħalissa qegħdin kollha fid-diskrezzjoni tal- maġistrat inkwirenti. "F'sitwazzjoni bħal din kulħadd jaħtar esperti fid- diskrezzjoni tiegħu, iżda fl- aħħar mill-aħħar huma n-nies li qed iħallsu," qal Attard. Inkjesti simili fil-passat kellhom prezz simili, bl-inkjesta tal-Bank Pilatus laħqet is-€7.5 miljuni, u dik ta' Egrant tiġi tiswa €1.25 miljun lis-servizzi forensiċi. L-effett tal- inkjesta Il-mistoqsija fuq fomm kulħadd hi kemm se jkun importanti dan kollu biex ir-riżultat elettorali fit-8 ta' Ġunju jinbidel tant li l-Labour jitlef ir-raba' siġġu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 May 2024