MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Mangiola għall-aħħar darba fit- Teatru Manoel, bil-produzzjoni "Geographers of Solitude" ŻfinMalta tingħaqad ma' Ballet d'Jèrri, il-kumpanija nazzjonali taż-żfin ta' Jersey Island, f 'xogħol ġdid mid-Direttur Artistiku ta' ŻfinMalta, Paolo Mangiola. Għoxrin żeffien jingħaqdu biex jesploraw dak li jgħaqqad dawn iż-żewġ gżejjer permezz tal-pajsaġġi ġeografiċi u kulturali distinti. B'ispirazzjoni miċ-Ċirlewwa tal-Artiku, għasfur magħruf li għandu l-itwal mudell migratorju fuq id-dinja, "Geographers of Solitude" hi konverżazzjoni fuq id-diversità, il-fraġilità ta' ilħna differenti u t-trawwim ta' armonija kollettiva. Hekk kif dawn iż- żewġ għasafar it-tnejn jistkennu fuq iż-żewġ gżejjer waqt il- vjaġġ tagħhom, iż-żeffiena fuq il-palk jesploraw kemm il-ħajja itineranti u fit-tul fuq gżira, kif ukoll l-interazzjoni dinamika bejn is-solitudni u l-komunità, fuq in-narrattivi, individwali u kollettivi tagħna. Dan ix-xogħol jesplora l-kunċett tal-gżejjer bħala mikrokożmu tad-dinja inġenerali – ambjent magħluq fejn l-abitanti tagħha jiżviluppaw kulturi uniċi u modi ta' kif tiġi organizzata soċjetà. Għall-udjenzi ta' ŻfinMalta li segwew it-trasformazzjoni tal-kumpanija taħt l-għajn kreattiva ta' Mangiola f 'dawn l-aħħar seba' snin, din il- produzzjoni hija l-aħħar ċans biex jaraw il-koreografija tiegħu fuq il-palk tat-Teatru Manoel qabel ma jtemm l-aħħar staġun tiegħu bħala direttur artistiku. Din il-produzzjoni tibda nhar il-Ġimgħa 24 ta' Mejju u tkompli sal-Ħadd 26 ta' Mejju, bi prestazzjoni waħda kuljum fis-7:30pm. Dawk interessati huma mitluba jaqtgħu biljetti mis-sit tat-Teatru Manoel. "Geographers of Solitude" hi konverżazzjoni fuq id-diversità Il-Librerija Pubblika ta' Pembroke se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għal sezzjoni ta' qari minn ktieb tat-tfal Miskit: The Brave Stoat. Il-Kunsill Norveġiż għar- Refuġjati, NRC, kien nieda dan il-ktieb, miktub mill- awtur Malti Karl Schembri b'illustrazzjonijiet ta' Ana- Maria Cosma, xhur ilu. Il-ktieb huwa maħsub għat- tfal li ġew affettwati mill- ispostament madwar id-dinja sabiex jgħinhom itaffu l-istress jew it-toqol ta' trawma wara l-esperjenzi diffiċli li jgħaddu minnhom. Il-karattru prinċipali tal- ktieb, Miskit, huwa ballottra żgħir li ntilef f 'bosk u bena ħbiberija mhux tas-soltu, ma' lupu, ma' bebbuxu, u ma' xi nies li ntilfu hemm. Minn hawn beda vjaġġ ta' qlubija li fih jibda jiskopri lilu nnifsu u dan għallmu jsib skop fl-isfidi u l-beżgħat tal-ħajja. Miskit ntgħażel minn tfal refuġjati Sirjani fil-Ġordan li vvutaw għall-karattri tal- annimali favoriti tagħhom f 'kompetizzjoni internazzjonali tal-artisti li ntrebaħ mill- illustratur tal-ktieb, Cosma. Fis-16 ta' Mejju, il-Librerija Pubblika ta' Pembroke se tilqa' lill-awtur stess, Karl Schembri, għal qari mill-ktieb tiegħu. L-avveniment huwa ideali għal qarrejja żgħar minn sitt snin 'il fuq. Minbarra l-qari, se jkun hemm attività ħelwa għal dawk li jattendu. L-attività tibda fl-4:30pm u se tkun bl-Ingliż. Miskit il-ballottra jsib ruħu fil-Librerija Pubblika ta' Pembroke Il-karattru prinċipali tal-ktieb, Miskit, huwa ballottra żgħir li ntilef f'bosk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024