MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum 'L-ipokrezija fil-politika TIBBILANĊJA XOGĦOL MARBUT MAL-PARLAMENT EWROPEW, XOGĦOL MARBUT LIL HINN, KIF UKOLL IL-KAMPANJA GĦAL MALTA. DAN IL-BILANĊ KIF ISSIBU? L-ENERĠIJA KIF ISSIBHA? L-ewwelnett, grazzi talli ngħaqadt magħna, din hija verament xi ħaġa unika, hekk kif niċċelebbraw Jum l-Ewropa fl-Ukrajna. kienet deċiżjoni, li bħala Parlament Ewropa għazila li nkunu preżenti hemmhekk, fl-ewwel sena minn meta l-Ukrajna kienet aċċetata biex tkun pajjiż kandidat biex tidħol fl-Unjoni Ewropea. Dak hu l-kuntest wara dan il-vjaġġ. Jiena ma nagħmilx distinzjoni bejn dak li nagħmel Malta, dak li nagħmel fil- parlament Ewropew u fil-kariga tiegħi bħala President tal-Parlament Ewropew. L-ewwelnett ġejt eletta mill-Maltin u l-Għawdxin, il-bandiera Maltija nxejjirha kull fejn ikolli l-bandiera ewropea, u anke hawnhekk, hekk kif ser inkunu qegħdin niddiskutu mal-ukreni l-pass li jrid isir, it-triq għal paċi, ħa niakru ukoll, hekk kif għadna kif iċ-ċelebrajna, 20 sena minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea. Din hija relevanti ħafna, hekk kif, f 'dan il-perjodu li qed niakru dawn l-20 sena malta kif marret fl-unjoni Ewropea, qed inqattgħu l-ħin fit-toroq Maltin, fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin biex nippreparaw għall-elezzjonijiet tat-8 ta' ġunju, fejn ħa nkun kandidata. Kollox magħqud ma' xulxin, u l-enerġija ġġibha naħseb jiena mill-mod kif tagħmel il-politika. il-Politika maltija għandha bżonn l-enerġija, imma anzi jiena dejjem ngħid li jien sirt President tal-Parlament Ewropew propju għax trabbejt fil-politika maltija, kemm biex niġġieled, biex irbaħt dik il-pożizzjoni, u anke biex għandi l-fiduċja mill-kolleggi. FIS-SIGĦAT LI ĠEJJIN SE TILTAQA' MA' ZELENSKY U DIRIĠENTI TAL-GVERN TIEGĦU. HUWA PARTI MINN ŻJARA SIMBOLIKA, NAĦSEB B'MESSAĠĠ TA' TAMA GĦAX L-UKRAJNA ISSA ILHA SENTEJN F'DAN IL-KUNFLITT, IL-MESSAĠĠ EWLIENI HU LI DAK LI QED JIĠRI FL-UKRAJNA, KIF NAFU, GĦANDU IMPATT DIRETT FUQ ID-DEMOKRAZIJA FL-EWROPA. KIF TISTA' TGĦINHA APPARTI L-KLIEM L-EWROPA? X'TAMA TISTA' TTIHOM APPARTI KLIEM U MESSAĠĠI SIMBOLIĊI? Kliem ta' appoġġ, mhux biss bil-kliem biss u anke bl-azzjonijiet ukoll, l-appoġġ urejnih. Il-Parlament Ewropew fil-fatt, u se narahom fil-laqgħat li ser ikollna, għandna fethim mal-Parlament Ukren, fejn aħna għinihom b'mod finanzjarju, b'mod ta' sigurtà u b'mod li aħna nistgħu nassiguraw lil-liġijiet fl-Ukrajna jiġu pprosimati ma dak' li hemm bżonn mill-UE. dik l-ewwel ħaġa. It-tieni, kull għajnuna finanzjarja li ngħata, jew għadha qed tingħata, tgħaddi mill-parlament. Aħna nivvuttaw. kull Deputat Malti huwa parti minn dak il- vot biex jgħin l-Ukrajna. Dik l-għajnuna, minn kull att, jiġġiffieri minn għajnuna finanzjarja, għajnuna biex aħna kellna nieħdu, nospitaw, refuġjati li ġejjin mill- Ukrajna, hekk kif it iżjed sentejn ilu dawn pajjiż ġar tagħhom iddeċieda li jevadihom sempliċiment għax jrid jattakka d-demokrazija, propja kif għidt inti. Il-liberta, id-dinjita, l-integrità, li qed tiġġieled għalihom l-Ukrajna hija waħda li qed tagħmilha r-Russja, u l-attakk mir- Russja, hija attakk, fuq dak li aħna rridu niddefendu. U fil-fatt f 'Ġunju, u dan hu dak ukoll li se niddiskutu, se jsir summit dwar il-paċi fl-Iżvizzera u hemm tliet affarijiet li se jkunu diskussi, kemm bejnietna ma' Zelensky, il-Prim Ministru u l-Parlament, u anke mal-mara tal-President, għax hija involuta f 'dak ir-rigward, u ħa nispjega għalfejn. L-ewwel, is-sigurtà nukleari; aħna kif nidħlu fl-Ukrajna, se naraw, numru ta' faċilitajiet ta' impjanti ta' enerġija li ġew attakkati . Jiġġifieri, infrastruttura kritika, li r-russja iddeċiddiet teqred. Għandek numru enormi ta' Ukreni lill- illum m'għandhomx dawl, ilma jew aċess bażiku għal dawk l-affarijiet li aħna nieħdu forgranted. It-tieni, sigurtà tal-ikel; l-Ukrajna hija r-raġuni, il-pajjiż, li fuqu tiddependi l-Afrika kollha. Fuq il-qamħ li jiġi minn dan il-pajjiż li għadna kif dħalna. Mingħajr dik il-possibilità, dawn il-pajjiżi jmorru lura ħafna. Il-prez tal-qamħ jgħola, u r-Russja qed tabbuża f 'dan ir-rigward, fil-fatt hemm sanzjonijiet fuq dan il-każ u allura hemm bżonn li kull diskussjoni dwar il-paċi, aħna jkollna wkoll diskussjonijiet dwar kif is- sigurtà tal-ikel jiġi garantiet. U t-tielet ħaġa, it-tfal; Hemm reat partikolari f 'din il-gwerra, li inti għandek eluf ta' tfal Ukreni li ġew meħudha lejn ir- Russja. Ħafna minnhom għadhom hemm, għadhom mhux ritornati lura. Il-mara tal- President Zelensky, l-ambaxxatriċi ta'din il-kawża, u parti minn dan il-pajn tal-paċi, li għaliha naħdmu b'integrità, ġustizzja u b'dinjità. Xejn ma jista' jsir fuq l-Ukrajna, mingħajr l-Ukrajna fuq il-mejda. Dan is-summit se jkun ukoll fuq kif Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ssellef ftit ħin minn tagħha lill-Saviour Balzan, fi triqtha għall-Ukrajna, propju f'Jum l-Ewropa. L-inkjesta li qed nitkellmu fuqha – dwar is-serqa ta' tliet sptarijiet – hija eżerċizzju li sar biex tinstab il-verità u biex issir ġustizzja mal-poplu Malti u Għawdxi Roberta Metsola tindirizza l-Parlament Ukren

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024