MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 fil-politika Maltija trid tinqata'' nistgħu nassiguraw li dak kollu, li l-ukrajn ilha tbati minnu minn mindu r-Russja ddeċidiet tenvadi, naraw kif se nsolvuhom. LILL HINN MINN DAWN IT-TIP TA' INIZJATTIVI, HEMM UKOLL L-ASPETT TAD-DIFIŻI NUKLEARI. L-UKRAJNA TRID TIEĦU LURA T-TERITORJU TAGĦNA, U TWAQQA L-INVAŻJONI TAR- RUSSJI. WAĦDA MILL-KRITIKA LI SSIR, ANKE FIL-KONFRONT TIEGĦEK, HIJA LI L-EWROPA TRID IL-GWERRA, LI DDAĦĦAL L-EWROPEJ F'KUNFLITT. MIN- NAĦA L-OĦRA RRIDU WKOLL NIFHMU LI JEKK MA JKUNX HEMM WAQFIEN, JEW MA NWAQFUX L-INVAŻJONI RUSSA MA NAFUX X'SE JIĠRI. KIF TWIEĠEB GĦAL DIN IL-KRITIKA KONTINWA? Kontinwa f 'Malta, jiġġifieri jiena li dejjem nissorprendi ruħi, tgħidli allura għadek ma drajtx?, imma għadni nissorprendi ruħi, li inti għandek gvern imexxi min Robert Abela li b'ipokrazija liema bħala, xahar wara xahar, u dawn nista' nurijhomlok, jieħu deċiżjonijiet biex jgħin lill-Ukrajna kif hemm bżonn, fid-difiża, f 'din il-gwerra. Mentri f 'Malta, jagħżel li jdawwarha li qisni jien xi awtur ta' xi politika ta' gwerra tal- UE. Għalfejn qed ngħid hekk? Id-deċiżjoni biex l-UE tgħin l-Ukrajna, ħadha kulħadd inkluż Malta. L-Ukreni qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħna wkoll. Meta aħna nitkellmu fuq l-għajnuna militari, għalhekk kien hemm liġijiet li għaddew u għajnuna li ngħatat. Issa hemmhekk hemm differenza bejn id- difiża, u naqbeż hawn fuq in-newtralità. Kull pajjiż jrid jiddefendi ruġu. Jiġġifieri meta Robert Abela ddeċċieda li jara kif se jagħmel biex jattakka lili, dan rama' l-armata kollha. L-armata, is-suldati kollha, u l-AFM, li bbenifikati minn fondi ewropej biex ikollna possibilità li aħna nkunu nistgħu jkollna sigurta. Dik hi d-difiża. Difiża importanti, li l-Prim Ministru rema' u fl-istess ħin in- newtralità. Aħna mhux l-unika pajjiż li huwa newtrali, intik eżempju, l-Irlanda. Ma taħsibx li ma hemmx f 'dan id-dibatittu, attakk mill-Gvern fuq l-MEPs għax huma wkoll qed jivvottaw bie xjgħinu l-Ukrajna? Anzi, x'qalu l-Irlandiżi? "Aħna pajjiż newtrali, imma aħna mhux newtrali fil-każ ta' pajjiż li nvadi lill-ieħor. Ħa ngħinu fid- demining." JIĠĠIFIERI, BIEX NIFHMEK SEW, ID-DEFINIZZJONI TA' NEWTRALITÀ, MA TFISSIRX LI MA TKUNX PARTEĊIPI, EŻEMPJU TKUN ATTIV... Jekk tagħmel għajnuna militarja, jekk inti ħa tgħin lill-persuni li għandhom bżonn, kemm saħħa, kura medika... INTI TIFHEM LI L-PREZENŻA DIRETTA, MILITARI, FUQ IL- FRUNTIERA, DIK TKISSER IN- NEWTRALITA? Ħadd mhu jitkellem fuqha dik, ħlief Robert Abela. Robert Abela ddeċċieda li jagħmel sitt xhur jgħid li Roberta se tibgħatilna t-tfal għal gwerra. F'ġieħ il- Bambin, hemm xi ħadd li jemmen, li jiena favur il-gwerra? Jekk ilni snin twal, kemm ilni fil-politika, naħdem biex Malta tidħol fl-UE, li hija propju proġett ta' paċi, kontra kull gwerra... Għalhekk qegħdin hawn u għalhekk irridu nkunu onesti. L-ipokrezija fil-politika Maltija trid tinqata', speċjalment f 'dan ir-rigward, minn dan il-gvern. HAWN ŻEWĠ KUNFLITTI FID- DINJA BĦALISSA, IT-TNEJN HUMA SERJI, KUNFLITT FL- UKRAJNA U IEĦOR F'GAŻA. FIL- KUNFLITT TA' GAŻA, KIEN HEMM KRITIKA, FIL-BIDU, FEJN QISEK TAJT L-IMPRESSJONI LI QISEK MA KONTX SENSITTIVA GĦAT- TBATIJIET TAL-PALESTINJANI. LILL-HINN MINN DAN, INTI UKOLL, NUMRU TA' MEPS JĦARSU LEJK BĦALA PERSUNA LI TIBBILJANĊJA FORZI KBAR POLITIĊI. IĦARSU LEJK, FORSI GĦAX MALTIJA, GĦAX PAJJIŻ ĊKEJKEN. KONXJA MINN DAN? KONXJA LI ĠEJJA MINN PAJJIŻ ŻGĦIR, U TISTA' TIBNI PONT MA' PAJJIŻI ŻGĦAR, SPEJALMENT MA' DAWN IL-PAJJIŻI ŻGĦAR FIL- LVANT TAL-EWROPA. Assolutament iva. Il-fatt li aħna l-vantaġġ li għandna hu li dejjem kellna naħdmu ma' kulħadd, biex nirnexxu. L-iżvantaġġ ta' pajjiżi ikbar hu li jkollhom ċertu 'baggage' li jġibu magħhom minħabba l-qies tal-pajjiż. U ANKE L-ISTORJA TAGĦHOM... L-istorja, il-kuntest, kull suġġett tista' tgħid. Imma jien tgħallimt naħdem ma' kulħadd, u għalhekk huw atajjeb, f 'dan il- kuntest, ta' kampanja elettorali f 'Malta fejn id-diskussjoni hi mqanqla. Imma tajjeb li ngħidu kemm naħdmu tajjeb flimkien. Tajjeb li ngħidu wkoll fuq kemm li inti għandek President li jiġi minn pajjiż żgħir, propju minn Malta, għamlet differenza, kemm għal pajjiżna, u anke għall-Ewropa. Dawn il-pożizzjonijiet mumhiex prerogattiva tal-pajjiżi l-kbar. Anke f 'dan ir-rigward, meta nitkellmu fuq il-paċi, jiġiffieri, l-għan ewlieni tal-Parlament Ewropew, meta nitkellmu fuq dawk li qed jiġri hawn, meta nitkellmu fuq il- katastrofija f 'Gaża, meta nitkellmu fuq dak li għamilt mal-counterparts tiegħi kemm f 'Iżrael u Palestina, mhux issa, mhux fl- aħħar xhur, u għidna "isma dak li ġara fis-7 ta' Ottubru hija traġedja kbira, ir-risposta tal-iIżrael għanda tkun proporzjonata. irridu noqgħodu attenti kif issir." Illum il-Parlament Ewropew qiegħed fuq quddiem biex jara l-għajnuna umanitarja li tidħol f 'Gaża, li jiġu melusa l-ostaġġi, u nerġgħu nibdew nitkellmu fuq iż-żewġ stati, soluzzjoni ta' żewġ stati. L-appoġġ elettorali għall-Partit Nazzjonalista jrid jaħdem għalih il-Partit Nazzjonalista. Qatt ma kien l-iskop tagħna, u qatt mhu se jkun l-iskop tagħna, li ngħinu lil xi partit jew ieħor iżid l-appoġġ elettorali tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024