MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum opinjoni H uwa important li l-votanti jkunu jafu fuq liema prinċipji sejrin jaħd- mu anke l-kunsilliera eletti fit-68 lokalità mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Għall-ADPD-e Green Party, it- twaqqif tal-kunsilli lokali kien ifisser tisħiħ tad-demokrazija bil-parteċipazzjoni kontinwa tal-poplu kollu. F'sistema politika bħal tagħna – maħkuma mid-deni tal- partiġġjaniżmu, tal-klijenteliżmu u tal- korruzzjoni – it-twaqqif tal-kunsilli lokali seta' jagħti lok ta' parteċipazzjoni diretta akbar miċ-ċittadini f 'dawk id-deċiżjonijiet li jolqtuhom fil-laħam il-ħaj. Għalhekk, meta twaqqfu l-kunsilli lokali it aktar minn 30 sena ilu, anke meta kien hemm min baqa' jinsisti li m'għandux ikun hemm rappreżentanza diretta tal-partiti politiċi fil-kunsill, dak iż-żmien l-Alternattiva Demokratika kienet ipparteċipat bis-sħiħ f 'dawk l-ewwel elezzjonijiet, fejn saħansitra ġew eletti numru ta' kunsilliera f 'isimha, fosthom jiena. Aħna nemmnu li l-Kunsilli Lokali ġabu tibdil pożittiv imma bħal kull ħaġa oħra dejjem hemm bżonn li wieħed jixtarr xi jkun sar u jirrevedi skont il-ħtieġa. Għalhekk aħna dejjem ipparteċipajna f 'diskussjonijiet li saru dwar riformi fi ħdan il-kunsilli lokali u numru ta' proposti mressqa tul is-snin illum sfaw imwettqa. Ta' min isemmi li aħna konna l-ewwel partit li saħaq fuq id-dritt għall-vot ta' 16-il sena u li t-terminu tal-kunsill lokali jiġi estiż. Hemm proposti oħra li sfortunatament baqgħu mhux imwettqa u li l-ħtieġa tagħhom illum hija evidenti aktar minn qatt qabel. Dan jinkludi li l-kunsilli lokali jkollhom impatt akbar fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-lokalitajiet tagħhom speċjalment fejn jidħol l-użu tal-art. Uħud mill-proposti kienu injorati inizjalment – forsi għaliex ma kinux ġew imressqa mill-partit fil-gvern? – imma fil-parti l-kbira tagħhom, iż-żmien tagħna raġun. Madankollu hemm numru ta' temi fejn naħsbu li l-kunsilli lokali għandu jkollhom rwol importanti fi ħdan is-soċjetà tagħna. Hemm bżonn impenn ikbar mill-Gvern biex permezz tad-dipartimenti, aġenziji u awtoritajiet imwaqqfa b'liġi, il-kunsilli lokali jkunu kkonsultati u involuti minn kmieni f 'dak kollu li jikkonċerna lil-lokalitajiet. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jingħata għarfien kostituzzjonali bħala linja gwida għall-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna. Kuntrarjament għal dak li seħħ f 'dawn l-aħħar snin, l-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna għandha tkun iktar f 'idejn il-kunsilli li jsiru aktar responsabbli mid-deċiżjonijiet li jolqtu direttament lil- lokalitijiet tagħhom. B'mod partikolari, il-Kunsilli Lokali għandhom jingħataw rwol deċiżiv fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar proġetti maġġuri li sejrin jolqtu direttament lilhom. Dan jinkludi l-ħarsien tal-ambjent, inkluż l-ippjanar għall-użu tal-art fejn l-awtoritajiet ċentrali għandhom iżommu r-rwol ta' regolatur u l-funzjoni operattiva tgħaddi f 'idejn il-kunsilli reġjonali. Fi ħdan il-qafas eżistenti, il-kunsilliera eletti f 'isem ADPD ifasslu l-ħidma tagħhom fuq is-sitt punti bażiċi tal-ħidma ħadra, jiġifieri l-għarfien ekoloġiku, il-ġustizzja soċjali, id-demokrazija parteċipattiva, in- nonvjolenza, is-sostenibbiltà, u r-rispett lejn id-diversità. Aħna naħdmu biex tissaħħaħ it- trasparenza, il-governanza tajba fil-finanzi, il-ħidma politika tal-kunsill, u t-tisħiħ tad- demokrazija lokali. Nimpenjaw ruħna li nkunu ċari u tondi mar-residenti u nżommuhom infurmati fuq dak kollu li jikkonċerna lil-lokalità. Ninsistu fuq responsabbiltà finanzjarja, jiġifieri li l-kunsill lokali ma jidħolx għal xogħol jew proġetti li ma jkunux sostenibbli finanzjarjament. Naħdmu biex jitħawlu aktar siġar u ninsistu f 'politika dwar toroq residenzjali li joffru sigurtà; għal kulħadd, kemm għal min jimxi, kif ukoll għal min jagħmel użu mir-rota. Naħdmu biex jiżdiedu ż-żoni riservati għan-nies permezz tal-pedestrijanizzazzjoni, biex b'hekk ikollna arja aktar nadifa u żoni urbani iktar siguri. Il-politika dwar l-imwejjed u s-siġġijiet għandha taqa' taħt il-Kunsilli Lokali. Għandha titmexxa prinċipalment fl- interess tar-residenti u tal-ekonomija lokali. L-operaturi turistiċi m'għandhomx jitħallew jibqgħu jiddettaw. Għall-kunsilliera f 'isem ADPD, din hija kwistjoni prijoritarja ta' aċċessibbiltà għar-residenti kollha. Naħdmu biex nipproteġu l-ispazji miuħa, biex f 'żoni residenzjali n-nies jieħdu prijorità u tiżdied l-aċċessibbiltà u s-sigurtà fit-toroq. Naħdmu biex nippromovu spazji għan-nies fit-toroq u faċilitajiet għal min jimxi, juża r-rota, anzjani, persuni b'diżabilità u ġenituri bi tfal żgħar. Naħdmu biex ikollna toroq li jaqdu lin-nies. Kunsilliera eletti f 'isem ADPD jaħdmu biex faċilitajiet u binjiet tal-Kunsill Lokali jużaw enerġija nadifa u mezzi ta' konservazzjoni tal-ilma. Nagħmlu pressjoni biex ma jkomplix l-isfreġju tal-bliet u l-irħula tagħna u tal-it kampanja li baqa'. Għal dan l-iskop aħna kontra kull estensjoni fiż-żoni tal-iżvilupp, kif ukoll insegwu kull żvilupp proġettat li jkun antiċipat li jkollu impatt fuq il-lokalitajiet tagħna. Il-prinċipju li jiggwidana huwa li l-ħarsien tal-ambjent ifisser kwalità ta' ħajja aħjar għal kulħadd. Nopponu l-politika tal-Gvern Ċentrali li jdgħajjef lill-Kunsilli Lokali biex iżommu kontroll f 'idejhom il-Ministri. Il-Kunsilli mhux customer care tal-Gvern, lanqas m'għandhom jiddependu mill-karità tal-Ministri. Iċ-ċentralizzazzjoni f 'idejn il-Gvern ġejja mill-mentalità tal-politika ta' klijenteliżmu. Il-Kunsilliera ta' ADPD jaħdmu favur aktar investiment fil-libreriji pubbliċi, settur li preżentement għandu nuqqas kbir ta' riżorsi. Ninsistu fuq koperazzjoni aħjar mal-iskejjel kollha kif ukoll mal-għaqdiet tal-lokalità. Naħdmu biex jiżdied is-sens ta' komunità fil-lokalitajiet tagħna. Flimkien mal-għaqdiet tal-lokal jiġu organizzati attivitajiet kulturali, edukattivi u sportivi. Il-kunsilliera ta' ADPD jaħdmu biex isiru tabelli jew pubblikazzjonijiet b'informazzjoni dwar postijiet storiċi fil-lokalità u jippromovu r-restawr u l-użu mill-ġdid tagħhom. Il-prinċipju li jiggwida lill-kunsilliera ta' ADPD huwa l-ġid komuni tas-soċjetà u l-bini ta' sens ta' komunità. Fil-Kunsilli Lokali, Aħdar jiswielek. Fil-Kunsilli Lokali, Aħdar jiswielek Brian Decelis jipparteċipa f 'inizjattiva ta' tħawwil ta' siġar organizzata mill-Marsaskala Residents Network Brian Decelis huwa l-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-ADPD u se jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f'Marsaskala f'isem l-ADPD Brian Decelis

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024