MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, l-istess Taurus se tkun ġimgħa fejn trid turi l-kapaċità tiegħek f 'dawk il-miri li rnexxielek tilħaq. Għalhekk issa hu l-mument li turi ħiltek. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Moonstone. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Cancer trid tkun ġimgħa ta' aktar dixxiplina miegħek innifsek b'mod speċjali fil- palat tiegħek. Għalhekk kun aktar dixxiplinat. Analizza. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Jade. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Libra se tkun ġimgħa fejn trid tagħraf aħjar il-finanzi tiegħek, l-aktar dwar ċertu nfiq. Issa trid twettaq bilanċ aktar moderat. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi t-Tiger's Eye. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa li trid iżżomm kalm u ma tgħaġġel fl-ebda deċiżjoni li tkun trid tieħu. Għalhekk, aħseb u analizza sew. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l-Amber. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Taurus, għalik, Pisces se tkun ġimgħa fejn trid tifli ferm sew dak li int għandek fil-preżent. Għalhekk wettaq riflessjoni profonda. Il-kristalla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi l- Fire Gate. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-aħħar ġimgħa għaż-żodjaku ta' Taurus MILL-ĦADD 12 TA' MEJJU SAS-SIBT 18 TA' MEJJU Kapaċi tirrepeti is-suċċess f'Malta? IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Dħalna fil-karru fejn kien hemm kamra li tixbah xi xena mill-film ta' James Bond, b'dekor ħamallu, kollox qisu deheb u mirja. Ma stajniex ma ngħaddux xi kummenti tad-daħk bejnietna. Roberta Metsola kienet fuq it- tielet żjara tagħha fl-Ukrajna. Ma kienx hemm dubju li l-Ukreni jirrispettawha bil-kbir. Kienet l-ewwel mill-mexxejja politiċi li żaru l-Ukrajna fil-bidu tal-gwerra. Wieħed mill-gwardjani personali tagħha qalli li l-ewwel darba li ġiet l-Ukrajna kien iktar stressjat. It-twieqi kienu kollha mgħottija u fuq it-trejn kien hemm suldati bir- rocket launchers. L-Ukreni japprezzaw u ma jinsew qatt li Metsola kienet ħadet id-deċiżjoni kuraġġuża li żżur pajjiżna. Iktar kmieni fil-ġurnata ltqajna ma' parlamentari Ewropew Pollakk f 'Varsavja u kien dirett meta wasal biex jitkellem dwar Metsola u l-appoġġ tagħha lill- Polonja u l-Ukrajna. "Metsola, fehmet mill-ewwel il-problemi tagħna. Iktar minn ħaddiehor." Kienet referenza għall- Ġermaniżi u Von der Leyden li mhumiex l-iktar nies popolari mal-Polakki. Metsola kienet għadha kif waslet minn laqgħa ma' Merkel f 'Berlin, kienet qed tirrakkonta it minn dik il-laqgħa. Kienu nofsillejl, it- trejn bdiet litteralment tirtogħod u tiċċaqlaq qisha se tinqala' minn triqitha. Il-kabina u l-karru jitbandlu minn naħa għall-oħra. Kelli ehim li nintervista lil Metsola f 'żewġ intervisti, l-ewwel qabel ma tiltaqa' ma' Zelensky u t-tieni wara l-laqgħa miegħu. Kienu s-siegħa ta' filgħodu, kienet għadha mimlija enerġija. Għedt lill-assistent tagħha li aħjar nagħmlu l-intervista kemm jista' jkun malajr għax kien se jsir il-ħin. "Le, fadalli enerġija," qaltli. L-intervista kienet waħda faċli għalija. Ma kien hemm l-ebda mistoqsija fuq Malta jew inkella fuq Gaża. Il-tema kienet l-Ukrajna. Deher ċar li fuq dawn is-suġġetti kapaċissima. Fix-xena internazzjonali, bl- eċċezzjoni ta' Gaża, Metsola kienet stilla. Maħbuba minn kulħadd, kapaċi tiem il-weġgħat tal-pajjiżi u gladjatur kontra Fuq: Roberta Metsola iddur xi siti mġarrfa mal-Ispijker tal-Kamra Ruslan Stefanchuk

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024