MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti PHILOSOPHY SUMMER FESTIVAL Il-filosfija lil hinn minn Aristotli u Sokrate Ruħna, tlifnieha? L-Intelliġenza Artifiċjali tista' tkun is-Sammaritan it-Tajjeb? Persuna tajba, dejjem hi ċittadin tajjeb? Dawn il-mistoqsijiet huma biss uħud mill-it li se jiġu mwieġba fil-Festival tal-Filosofija. Il-Philosophy Summer Festival huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f 'pajjiżna, grazzi għall- organizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Filosofija fl- Università ta' Malta flimkien mal-Campus Hub. Il-Festival qed isir bl-għan li titqajjem kuxjenza pubblika dwar ix-xogħol li jagħmlu l-filosfi hekk kif jimpenjaw ruħhom mal-mistoqsijiet li jisfidaw il-ħsieb differenti. Il-Festival se jsir fil-Campus Hub fit-3 ta' Lulju mill-5pm sal-11pm. Apparti numru ta' taħditiet qosra iżda provokattivi, se jkun hemm mużika live, stand tal-kotba second hand imtella' mis-Soċjetà tal- Filosofija tal-Istudenti, ċans għal networking, kif ukoll diversi NGOs b'orjentament soċjali u stands Artiġjani. Għal aktar informazzjoni idħol fil-paġna ta' Facebook ta' Philosophy at UM. Rota Korrotta hija produzzjoni ta' tliet stejjer qosra li jduru kollha mat-tema tal-korruzzjoni f 'soċjetà preżenti. L-istejjer se jeħduna fi tliet postijiet differenti; fi knisja, f 'faċilità korrettiva u f 'dipartiment tas-saħħa. Niltaqgħu ma' bosta karattri, kollha interpretati minn studenti tad-drama, li bħalissa qegħdin ilestu t-tieni sena tagħhom ma' Freespirit Acting, taħt it-taħriġ ta' Gilbert Mallia. Il-prestazzjonijiet se jkunu qed isiru ġewwa l-Malta School of Drama and Dance, fi Blata l-Bajda nhar it-18 u 19 ta' Mejju fis-7pm. Għal aktar informazzjoni u anke biex taqta' l-biljetti ċempel fuq 9946 7410 jew idħol fuq il-paġna ta' Freespirit Acting fuq Facebook. Iż-żgħażagħ ta' Freespirit lura fuq il-palk, bi storja fuq il- korruzzjoni Rota Korrotta hija produzzjoni ta' tliet stejjer qosra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024