MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Forsi l-aktar sports popolari fl- Istati Uniti hu l-baseball u fuq dan is-suġġett ħarġu pataflun ta' films, kif ukoll fuq id-dixxiplina l-oħra, pjuttost imħarrka u anki vjolenti, il-Futbol Amerikan. Però, il-films dwar il-boxing tassew iddominaw din l-isfera sportiva, speċjalment meta ċ-champion tad-dinja fil- kategorija heavyweight tkun persuna Amerikana jew Afro- Amerikana. Il-boxing hija dixxiplina sportiva bejn żewġ ġellieda libsin ingwanti protettivi li jaffaċċjaw lil xulxin, jagħtu bil-ponn lil xulxin l-aktar fuq il-wiċċ u r-ras, fuq pjattaforma elevata għal xi ħin determinat. Il- boxing tad-dilettanti (propjament mhuma dilettanti xejn imma amateur boxing) huwa sport inkluż fl-Olimpjadi, fil-logħob tal-Commonwealth u f 'festivals sportivi oħra internazzjonali, barra li għandhom ukoll il- World Championship. Il-ġlieda organizzata tal-boxing tkun sorveljata minn referee, b'intervalli ta' tlieta jew erba' minuti, fejn il- kompetituri jduru u ġieli anki jiġru jersqu lejn xulxin fuq il- pjattaforma. Ir-riżultat aħħari jkun deċiż meta r-referee jħoss li xi avversarju ma jkunx f 'sikktu li jkompli jikkumbatti, jew li jkun skwalifikat għax jikser xi regola, jew iċedi meta jarmi x-xugaman. Ir-rebbieħ u t-tellief jixxandru fuq avviż elettroniku bil-punti mirbuħa fil-final tal-ġlieda. F'każ li ż-żewġ kontestanti jieħdu l-istess punti mill-ġurija fil- ġlieda, f 'kuntesti professjonali l-ġlieda tkun iddikjarata f 'parità. Fil-logħbiet Olimpiċi, li bilfors fl-aħħar xi ħadd irid joħroġ rebbieħ, f 'każ ta' parità, il-ġurija tuża kriterji tekniċi biex tagħżel min tassew jistħoqqlu li jkun ir- rebbieħ. Il-ġlied bil-ponn oriġina mill- bidu nett tal-eżistenza umana. Bħala sport organizzat, l-oriġini ta' din id-dixxiplina bdiet mill- Griegi antiki fil-logħob Olimpiku tas-sena 688 Qabel Kristu. Il- boxing baqa' juri progress u titjib mis-sekli sittax u tmintax għar- rebħ ta' unuri u anki flus, l-aktar fil-Gran Brittanja. Il-prekursur tal-boxing modern beda f 'nofs is-seklu dsatax meta fl-1867 ġew introdotti r-regoli mill-Markiż ta' Queensbury. Il-boxing modern fl- Olimpjadi beda fl-1904. Ħa naraw issa kif żvolġa dan l-isport fuq il-liżar taċ-ċinema. Ġellieda professjonali attwali ġew murija aktarx b'xi avvenimenti fittizji miżjuda ġo films li jinkludu lil Jim Corbett, interpretat minn Errol Flynn f 'Gentleman Jim (1942), John L. Sullivan, iċ-champion li deher ukoll f 'Gentleman Jim, parti maħduma minn Greg McClure f 'e Great John L (1945), u l-leġġendarju Joe Louis, interpretat minn Coley Wallace f 'e Joe Louis Story (1953). Paul Newman inkarna lil Rocky Graziano f 'Somebody Up ere Likes Me (1956), James Earl Jones kien Jack Johnson fil- produzzjoni tal-1970 e Great White Hope, Robert DeNiro interpreta lil Jake La Motta f 'Raging Bull (1980), Denzel Washington kien bħala Rubin Carter f 'e Hurricane (1999), Will Smith għamel il-parti ta' Muhammed Ali (Cassius Clay) f 'Ali (2001) u Russell Crowe tassew impressjona fis-superjuri Cinderella Man (2005) bħala James B, Braddock. Films oħrajn purament fittizji aktarx kienu jenfasizzaw il- korruzzjoni li teżisti f 'dan il- logħob, fosthom e Ring, e Square Ring, e Square Jungle, Iron Man, Kid Galahad, Kid Nightingale, e Champ, e Crowd Roars, Body And Soul, e Set Up, Champion, Golden Boy, No Way Back, e Good Die Young, Run With e Wind, e Harder ey Fall, Shiner u mill- Ewropa Walkover u e Boxer. Il-kummiedji tal-boxing huma rari jekk wieħed iħalli barra s-seje ta' films Joe Paluka. Xi kummiedji li fihom hemm il-boxing huma: Bud Abbott and Lou Costello Meet the Invisible Man, Harold Lloyd f 'e Milky Way, Danny Kaye f 'e Kid From Brooklyn, Charles Chaplin f 'e Champion u oħrajn. L-unika fantasija dwar il-boxing kienet Here Comes Mr. Jordan (1941), li fiha r-ruħ ta' Robert Montgomery tiġi trasferita f 'ġellied gwapp. L-aktar film brutali dwar dan is-suġġett kien, bla dubju ta' xejn, Raging Bull li fih Robert DeNiro kellu jeħxien b'xi ħames libbri biex jinterpreta lil Jake La Motta meta kiber. Suċċess kbir fil-parti ta' Rocky kellu Sylvester Stallone f 'serje ta' sitt films u tlieta oħra dwar Creed. Dan l-isport mhux destinat biex ikun għall-irġiel biss. Anki n-nisa qajmu rixhom ġo produzzjonijiet tajbin bħal Girlfight (2000) u dak tad-Direttur Clint Eastwood tal- 2004, Million Dollar Baby. Charles Bronson ħa sehem ukoll f 'Hard Times (1975) li hawn Malta rajnieh bl-isem aktar addattat ta' Streetfighter, dwar glidiet mingħajr ingwanti bil-moħbi u kontra l-liġi għall-flus f 'xi garaxx jew xi sqaq, f 'xi maħżen, eċċ. Film brutali u vjolenti! 14 films IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum Carmel Bonnici Films importanti dwar il-boxing (L-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA ROCKY: L-attur Sylvester Stallone fil-parti ikonika ta' Rocky Balboa CINDERELLA MAN: Russell Crowe fl-2005 jaħdem fil-film Cinderella Man, flimkien ma' Renée Zellweger u Paul Giamatti MILLION DOLLAR BABY: Id-Direttur Clint Eastwood jieħu f 'idejh l-irwol ta' Frankie Dunn, li jibda jħarreġ lil Maggie Fitzgerald (Hilary Swank) fl-isport tal-boxing

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024