MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum 04 L-opinjonisti, l-attivisti, u l-politikanti Diversi attivisti, opinjonisti u kandidati tal-Elezzjonijiet Ewropej jitkellem mal-gazzetta l-ILLUM dwar l-aħħar żviluppi li ħarġu fil-Qrati Maltin, wara l-konklużjoni tal-Inkjesta Vitals X'JIDHIRLEK MINN DAK LI SEĦĦ FL-AĦĦAR FTIT JIEM FIL-QORTI, BL-INKJESTA VITALS, U ANKE BL-AKKUŻI KONTRA DIVERSI PERSUNI, INKLUŻ L-EKS PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT? Niem li l-akkużi li qed tirreferi għalihom s'issa dehru biss fil-gazzetti u allura it nista' nikkummenta fuqhom. Fil-fatt, jien ningħaqad mal-appell immedjat tal-Prim Ministru li l-inkjesta tiġi ppubblikata fl-intier tagħha biex tkun tista' ssir analiżi serja u kalma. Li nista' ngħid huwa dak li qed jgħidu n-nies fil-kwiet ta' djarhom. Irrelevanti mill-mertu tal-każ, il-fatt li inkjesta ddum għaddejja erba' snin u nofs u b'kumbinazzjoni titlesta fis- siegħa preċiża tal-bidu ta' kampanja elettorali, le ma tantx tnissel fiduċja li l-ġustizzja mhux biss issir imma tidher li qed issir. Bl-istess mod, il-fatt li tul dawn l-erba' snin u nofs kellna esponenti tal-Partit Nazzjonalista li fuq il-Facebook joħorġu dettalji u żviluppi b'rabta ma' din l-inkjesta, li juru b'mod ċar li jafu x'se jiġri u x'fiha l-inkjesta, ukoll nemmen li ma tantx issaħħaħ il-fiduċja tan-nies f 'dan il-proċess. Personalment kont nippreferi stil differenti. Li jekk hemm allegazzjoni, tiġi investigata fil-kwiet, ma tiżżeffinx f 'nofs kampanja elettorali u ma ssirx ballun politiku, kulħadd jingħata dritt jiddefendi ruħu u mbagħad jittieħdu d-deċiżjonijiet u n-nies jaslu għall- konklużjoni tagħhom. Nemmen li hekk għandhom isiru l-affarijiet. GĦANDHOM CHRIS FEARNE U EDWARD SCICLUNA JIRRIŻENJAW MILL-POŻIZZJONI RISPETTIVI TAGĦHOM? Qed issemmi żewġ persuni li huma magħrufin għall-integrità u l-kompetenza tagħhom. Chris fil-qasam tas-saħħa u Edward fil-qasam tal-finanzi. Naom bħala persuni retti li l-kapaċitajiet tagħhom huma rikonoxxuti internazzjonalment. Chris ħass li kellu jagħmel pass lura mill-kariga li kellu biex jiddefendi dak li qed jingħad. Minkejja li l-Prim Ministru ġustament talbu jikkunsidraha, Chris baqa' mal-pożizzjoni tiegħu. Iżda nieħu gost li qal li, fi tmiem dan il-proċess, jekk pajjiżu jerġa' jsejjaħlu, ikun lest biex ikompli jagħti servizz. Chris fadallu x'jagħti lil dan il-pajjiż. Biżżejjed naraw ix-xogħol tiegħu fil- pandemija. Meta kellna dinja għarkupptejha, u flimkien mal-Prim Ministru, Chris wera kompetenza straordinarja fl-immaniġġjar ta' dik is-sitwazzjoni li qatt ma konna rajna bħalha u Malta saħansitra kienet mudell għal pajjiżi oħra. U Chris eventwalment ingħata wkoll rwol fl-Għaqda Dinija tas-Saħħa. L-istess prinċipju japplika għall-Professur Scicluna u x-xogħol kbir li wettaq tul is- snin taħt Gvernijiet differenti. Mill-ġdid, sa issa fid-dominju pubbliku m'hemm l-ebda dokumentazzjoni uffiċjali ta' din l-inkjesta, u allura li naqbad ngħid jien li għandhom jittajru lista ta' persuni li ssemmew fil-gazzetti, onestament ma nħossx li huwa l-mod kif isiru l-affarijiet. TEMMEN LI DAN HU "TERRORIŻMU POLITIKU" MINN DAK L-IMSEJJAĦ "ESTABLISHMENT" KIF QED JIRREFERI GĦALIH IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA? F'dan il-pajjiż, l-establishment jeżisti u iva jipprova jitterrorizza lin-nies. Huma l-forzi tad-dlam li jemmnu li għandhom dritt divin li jmexxu dan il-pajjiż, u li jekk ma jilagħbux, jagħżlu li jħassru b'kull mezz. Dawk li fl-aħħar jiem saqsew min hu l-establishment, jafu sew għal min qed nirreferu. Dawk li jqaċċtu kap tagħhom stess elett demokratikament u jsejħu lilhom infushom eroj. Dawk li jagħmlu l-ħajja infern lil min ma jikkonformax mal-linja tagħhom – kif kien qal l-Eks Deputat Mario Galea. Huma n-nies li jwaħħlu fil-poplu talli jkun ta l-fiduċja lill-Gvern li ma jogħġobx lilhom. Dak huwa l-establishment. L-establishment li jipprietka ħafna fuq l-istituzzjonijiet, iżda mbagħad jgħajjar kontinwament lill-Avukat Ġenerali, lill- Kummissarju tal-Pulizija, saħansitra jiddikjara diżubbidjenza fuq l-Istituzzjoni tal- Ispeaker. Kif diġà għedt, it-timings u l-leaks li kkaratterizzaw din l-Inkjesta mhumiex sinjali li jnisslu fiduċja f 'dan il-proċess. Irrid infakkar li hemm inkjesti oħra li tlestew u li rrakkomandaw li jitressqu nies il-Qorti iżda sal-lum, snin wara, baqgħu ma tressqux dawn il-persuni. F'dan il-każ l-Inkjesta tlestiet fil-bidu tal- kampanja elettorali u propju fl-istess xahar diġà se jibdew jitressqu n-nies il-Qorti. F'dan il-kuntest, onestament issa nittama li l-proċess ma jtawwalx iktar milli hemm bżonn biex il- konklużjonijiet fattwali jkunu magħrufa. Fuq livell politiku, iktar minn qatt qabel, ir- risposta tan-nies tingħata fit-8 ta' Ġunju li ġej. X'JIDHIRLEK MINN DAK LI SEĦĦ FL-AĦĦAR FTIT JIEM FIL-QORTI, BL-INKJESTA VITALS, U ANKE BL- AKKUŻI KONTRA DIVERSI PERSUNI, INKLUŻ L-EKS PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT? Seħħ dak li jseħħ normalment f 'kull pajjiż demokratiku meta jkollok skandlu ta' din l-entità. L-akkużi huma tabilħaqq straordinarji. Id- dewmien fl-inkjesta jixhed kemm huma nieqsa minn riżorsi umani adegwati l-magistrati taghna. Hemm bżonn għalhekk tisħiħ immedjat ta' dawn ir-rizorsi. GĦANDHOM CHRIS FEARNE U EDWARD SCICLUNA JIRRIŻENJAW MILL-POŻIZZJONI RISPETTIVI TAGĦHOM? Iva, m'hemmx dubju. Madankollu, niddistingwi bejn it-tnejn. Anki jekk b'mod dgħajjef, Fearne ġa offra r-riżenja tiegħu u għalhekk wera li għandu minimu ta' dinjità u rispett lejh innifsu. Scicluna, mill-banda l-oħra, ikkonferma li huwa yesman bla dinjità. Moħħu biss li jżomm is-siġġu, politiku jew tas-Central Bank, bis-salarju ġeneruż li dan iġib miegħu. Bażikament, sangisuga beżżiegħ u bla idea tal-istat u tad-dinjità li suppost il-karigi tiegħu jġibu magħhom. TEMMEN LI DAN HU "TERRORIŻMU POLITIKU" MINN DAK L-IMSEJJAĦ "ESTABLISHMENT" KIF QED JIRREFERI GĦALIH IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA? Assolutament le. Il-maġistrata qdiet dmirha kif suppost. U, jekk xejn, wara 11-il sena fil-Gvern, il- veru establishment huwa magħmul minn Robert Abela, missieru George, li – minkejja li mhux elett – għandu rwol importanti fit-tmexxija ġewwa Kastilja, u oħt il-mara ta' Robert, li hija Segretarju Parlamentari. Jidher li dan l-establishment tal-familja Abela ma għandux is-saħħa li jobżoq lid-delinkwent politiku Joseph Muscat li, milli jidher, għandu ħafna xi jgħid fuq Robert, li huwa fi stat ta' impotenza politika meta jiġi biex jaġixxi kontra Muscat. X'JIDHIRLEK MINN DAK LI SEĦĦ FL-AĦĦAR FTIT JIEM FIL-QORTI, BL-INKJESTA VITALS, U ANKE BL- AKKUŻI KONTRA DIVERSI PERSUNI, INKLUŻ L-EKS PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT? Nemmen li dawn akkużi serji, li hemm bżonn jittieħdu bis- serjetà. Nispera li ma jkunx hemm xi loopholes, żbalji, jew affarijiet oħra li jistgħu jtappnu t-treġija tal- ġustizzja. Nispera li kollox imur sew, mingħajr dellijiet. GĦANDHOM CHRIS FEARNE U EDWARD SCICLUNA JIRRIŻENJAW MILL- POŻIZZJONI RISPETTIVI TAGĦHOM? Kif joħorġu l-akkużi bl-eżatti kontra, kemm Chris Fearne u Edward Scicluna, iva nemmen li t-tnejn għandhom jirriżenjaw b'mod immedjat għax il-pożizzjoni tagħhom ma tibqax treġi aktar. TEMMEN LI DAN HU "TERRORIŻMU POLITIKU" MINN DAK L-IMSEJJAĦ "ESTABLISHMENT" KIF QED JIRREFERI GĦALIH IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA? Le ma nemminx li hu terroriżmu politiku. Din hija biss skuża banali biex il-Prim Ministru Robert Abela jipprova jaqbeż għal Joseph Muscat. Imma Robert Abela għandu bżonn jiakar li huwa l-Prim Ministru ta' Malta u mhux l-avukat ta' Joseph Muscat. Abela huwa l-Prim Ministru ta' pajjiż sħiħ imma donnu qed jinsa. "Abela qed jinsa li hu l-Prim Ministru ta' Malta, mhux l-avukat ta' Joseph Muscat" SANDRA GAUCI, CHAIRPERSON TAL-ADPD, U KANDIDATA TAL- ADPD GĦALL-ELEZZJONIJIET TAL- PARLAMENT EWROPEW "Il-veru establishment huwa magħmul minn Robert Abela, u missieru George" ARNOLD CASSOLA, KANDIDAT INDIPENDENTI GĦALL-ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW'IL-KOLLETTIV' "F'dan il-pajjiż, l-establishment jeżisti u iva, jipprova jitterrorizza lin-nies" STEVE ELLUL, KANDIDAT TAL-PARTIT LABURISTA GĦALL-ELEZZJONIJIET TAL- PARLAMENT EWROPEW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024