MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 05 l-politikanti dwar l-Inkjesta Vitals X'JIDHIRLEK MINN DAK LI SEĦĦ FL-AĦĦAR FTIT JIEM FIL-QORTI, BL-INKJESTA VITALS, U ANKE BL-AKKUŻI KONTRA DIVERSI PERSUNI, INKLUŻ L-EKS PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT? Min-numru ta' persuni taħt investigazzjoni u akkużati b'reati kriminali, jidher sew li dan l-iskandlu huwa tassew bla preċedent u jikxef sistema sħiħa ta' korruzzjoni u nepotiżmu. F'kuntest fejn awtoritajiet u pulizija it li xejn jagħtu informazzjoni lill-pubbliku, iqumu it tad-dubji fuq il-prassi li qed tintuża, fosthom il-fatt li l-akkużati ma ġewx interrogati. Fl-istess waqt, milli rajna minn każijiet kbar oħra quddiem il-Qrati, nistgħu nistennew xhur u snin ta' dikjarazzjonijiet barra minn lokhom u logħob tal-avukati biex jiġi mfixkel il- proċess kollu. L-iskandlu tal-Vitals huwa l-ikbar manifestazzjoni ta' kif il-politika u l-big business qed jaħdmu kontra l-poplu: riżorsi pubbliċi bħas-saħħa, f 'dan il-każ sptarijiet, saru għodda ta' negozju personali u qligħ illeċitu. Sadanittant, flus il-poplu qed jintremew fil-korruzzjoni; huwa l-poplu l-ikbar vittma ta' dan l-iskandlu, u dawk il-miljuni li nsterqu kienu jkunu iżjed utli għall- poplu u s-servizzi tas-saħħa li għalih inħallsu t-taxxi. Indipendentement mid- dikjarazzjonijiet ta' innoċenza, diġà nafu li l-Qrati sabu li l-ehim innifsu kien illegali; din l-inkjesta tikkonferma kif sar dan kollu. GĦANDHOM CHRIS FEARNE U EDWARD SCICLUNA JIRRIŻENJAW MILL-POŻIZZJONI RISPETTIVI TAGĦHOM? F'pajjiż li jimxi mal-istat tad-dritt kien ikun hawn ir-riżenji l-għada li ħarġu l-allegazzjonijiet. Il-ħajja politika ġġib magħha dmirijiet fosthom ir-responsabbiltà oġġettiva, u ma hemm ebda mod kif Fearne u Scicluna jistgħu jżommu posthom. Anke jekk mhux ħatja ta' aġir kriminali, insibha diffiċli niem kif, f 'karigi bħal tagħhom, baqgħu siekta fuq skandlu ta' dan id-daqs. Fearne għamel sewwa rriżenja, Scicluna għandu jsegwih. TEMMEN LI DAN HU "TERRORIŻMU POLITIKU" MINN DAK L-IMSEJJAĦ "ESTABLISHMENT" KIF QED JIRREFERI GĦALIH IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA? Faċli ħafna tattakka entitajiet bħall-establishment mingħajr ma ssemmi ismijiet. L-attakk ta' Abela fuq il-ġudikatura bħala "establishment" ma jagħmilx sens. L-ewwel nett il-Prim Ministru huwa l-iżjed persuna potenti ta' Malta; għandu rwol fil-ħatriet tal-Prim Imħallef, u fost l-imħallfin u l-maġistrati nsibu anke eks membri tal- Partit Laburista li nħatru tul l-aħħar ħdax-il sena. Dawn jeħtieġu l-approvazzjoni ta' żewġ terzi tal-kamra; jiġifieri, parti mill-"establishment" Nazzjonalist ukoll. Diffiċli wkoll li avukat, iben avukat ieħor, bil-poter u l-ħbiberiji kollha li jinbtu kullimkien, ma jkunx parti minn dan l-establishment tal- ġudikatura. Abela spiss jgħid li l-istituzzjonijiet għandhom jitħallew jaħdmu. Dakinhar li l-Pulizija marret tħabbat għand Muscat, kienu qed jaħdmu l-istituzzjonijiet jew l-establishment? Meta Prim Ministru – li jgħid li jemmen fl-istat tad-dritt – jitfa' d-dubju fuq l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħtu, direttament u mhux, ikun qed jagħmel att ta' irresponsabbiltà li jista' joħloq preċedenti serji. X'JIDHIRLEK MINN DAK LI SEĦĦ FL-AĦĦAR FTIT JIEM FIL-QORTI, BL-INKJESTA VITALS, U ANKE BL-AKKUŻI KONTRA DIVERSI PERSUNI, INKLUŻ L-EKS PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT? Il-koruzzjoni tnawwar il-ġustizzja. Il-korruzzjoni tnawwar il- pajjiż. Ma jistax ikollok l-ebda avvanz fis-saħħa, fl-edukazzjoni, fis-suq tax-xogħol, fl-ambjent, jekk ma jkollokx l-integrità. Għalhekk dak li qed jiġri fl-aħħar it ġranet huwa gravissimu. U juri li d-dikjarazzjonijiet tal-Prim Ministru, minflok qed ikun ta' statesman, qed jipproteġi xawwatu, jipproteġi ġildu. Qed juri l-istat gravi li wasalna fih f 'pajjiżna. Id-demokrazija tagħna tinsab fix-xifer u l-poplu tagħna jrid ikun li jsalva lil Malta minn dan il-Gvern. GĦANDHOM CHRIS FEARNE U EDWARD SCICLUNA JIRRIŻENJAW MILL-POŻIZZJONI RISPETTIVI TAGĦHOM? Chris Fearne, Edward Scicluna u oħrajn implikati fl-inkjesta, iva, għandhom jirriżenjaw. Dan għaliex il-karigi pubbliċi jrid ikollhom il-fiduċja pubblika. Ma jistax ikollok fiduċja pubblika jekk ikollok kontrik akkuża. M'hemmx għalfejn tkun ikkundanat. Jekk kontrik għandek akkuża, diġà qed timmina l-kredibbiltà pubblika f 'dak li qed tagħmel. U peress li dak li qed jagħmlu dawn in-nies huwa ta' interess pubbliku, u peress li diġà saru ħafna żbalji gravissimi, inkluż kuntratt frawdolenti ġġudikat mill-Qorti, fejn il-Maltin insterqu €400 miljun, allura huwa evidenti li l-inqas ħaġa li jistgħu jagħmlu, l-inqas ħaġa fi kwalunkwe demokrazija Ewropea, hija li jirriżenjaw mal-ewwel, f 'inqas minn ħames minuti. Huwa ħasra li f 'Malta jibqgħu ankrati mas-siġġu tal-poter. TEMMEN LI DAN HU "TERRORIŻMU POLITIKU" MINN DAK L-IMSEJJAĦ "ESTABLISHMENT" KIF QED JIRREFERI GĦALIH IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA? Għalija l-establishment huwa Robert Abela, li jibqa' jipproteġi ġildu minflok jagħmel servizz għall-pajjiż. L-establishment huwa Joseph Muscat, li kisser pajjiż bil-korruzzjoni u issa jrid imur fuq il-midja mingħalih se jiskredità dak li qed jagħmlu l-Qrati. L-esteblishment mhumiex l-istituzzjonijiet li provaw jagħmlu xogħolhom. L-establishment huma dawk li qed jiskreditaw l-istituzzjonijiet, li qed jipprovaw inaqqsulhom il-kredibbiltà biex tibqa' tgħaddi tagħhom, biex jibqgħu igerfxu u jħawdu weħidhom. Fit-8 ta' Ġunju rridu nagħtu risposta għal dan kollu. Fit-8 ta' Ġunju qed nappella lill-Maltin kollha ta' rieda tajba, inkluż Laburisti ġenwini, biex joħorġu mid-dar u jivvotaw għall-bidla. Irridu nibdew mewġa ta' bidla għal politika ta' integrità, għal politika ta' riżultati. Jiena, Peter Agius, se nkun kandidat fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista u nagħti l-kelma tiegħi li naħdem dejjem fl- interess tan-nazzjon, fl-interess tal-ħaddiema, taż-żgħażagħ, tal-pensjonanti tagħna, tan-negozji tagħna. Għalhekk irrid nuża l-esperjenza tiegħi fl-Unjoni Ewropea biex inwettaq il-ġid għall- poplu Malti u Għawdxi kollu. Min qed jogħrok idejh jew qed jifraħ b'dak li qed jiġri, ma jiimx l-uġigħ li hemm fil-familji ta' dawk akkużati. Ma jiimx il-ħsara li qed issir lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Min jifraħ b'din is- sitwazzjoni, mhux ġustizzja jkun qed ifittex imma vendetta. Vendetta u ġustizzja ma jgħixu qatt flimkien." Jien konvint li fil- pubblikazzjoni tal-inkjesta ma kien hemm ebda timing. Konvintissimu. U jekk kien hemm xi timing, li ma kienx hemm, dan sar biex jgħin lil-Labour, biex il-Laburisti ħaddiema jiġu aljenati u ma jistaqsux għala Joseph Muscat ma tħalliex joħroġ għal MEP. Jekk sar xi timing, li ma kienx hemm, sar biex iqanqlu lil-Laburisti li ma kinux se jivvutaw, biex jivvutaw. Araw x'qed jiġri. Araw min qed juża t-timing. U għala r-riżultati ta' din l-inkjesta għadhom ma sarux pubbliċi? Ma nagħmlux mod li hawn qiegħed it-timing hux? Timing isir dejjem meta jintbagħtu ċ-ċekkijiet qabel l-elezzjoni. Iċ-ċekkijiet bżonjużi imma mhux għal kulħadd. Aħjar ċerti familji fil-bżonn jingħataw ċekkijiet ikbar u dawk b'paga aktar media bħal tiegħi ma ningħataw xejn. Iżda din mhux se tiġri għax inkella ma jkunux qed jistadu għall-voti ta' kulħadd. BTW bi flusna. U BTW jaħsbu li n-nies ċwieċ. Mhumiex. X'jiġifieri l-Prim Ministru jgħidilna li fit-8 ta' Ġunju l-poplu se jiġġudika? Xi tfisser? Li l-poplu se jagħti l-verdett? U x'jiġri jekk il-Labour jirbaħ dawn l-elezzjonijiet imma jkun tilef ħafna voti? Xi jkun il-verdett? Li kważi ħatja? Li kważi liberati? Nimmaġina li s-sentenza tingħata quddiem l-eluf ta' partitarji jiċċelebraw ir- rebħa quddiem il-Kwartieri Ġenerali. Il-ġurija, b'maġġoranza kbira, issib lill-akkużati mhux ħatja tal-akkużi kontrihom, Liberati. Din traġedja. Bi 78 kaxxa ta' provi, kieku l-inkjesta saret f '60 ġurnata, il-maġistrat kien ikollha tiġbor aktar minn kaxxa provi kuljum? U jekk l-establishment donnu qed jitkaża li damet wisq – għala l-istess establishment qed itawwal iktar u għadu ma ppubblikax l-inkjesta? Ma nagħmlux mod li hemm xi timing dwar il- pubblikazzjoni hux? MIN HU L-ESTABLISHMENT? Vittmi tal-establishment, il-maġġoranza tal-Laburisti li jgħixu bħala Laburisti u li qatt ma ħadu xejn anzi taw sigħat mill-ħin tagħhom għax għadhom jemmnu fil- kawża ta' wlied il-ħaddiema. L-establishment huwa l-poter li jikkontrolla kollox, inkluż lix-Xandir tal-istat tant li l-iskeda ta' TVM issir f 'Kastilja. L-establishment huwa dak li ħalla 14-il priġunier jitgħallqu fiċ-ċella u baqa' jiddefendi lil din it-tmexxija faxxista b'mod oxxen. It-terroriżmu politiku seħħ meta lil Loujin, tifla ta' 4 snin, l-establishment ħallieha tmut bil-għatx fiż- żona ta' salvataġġ Maltija. Terroriżmu Politiku jseħħ meta l-establishment jibgħat lura immigranti nisa lejn il- Libja li jiġu stuprati kuljum. Għax għall-establishment id-drittijiet tan-nisa li tant jiaħar bihom ma jgħoddux għal nisa fuq dgħajsa bejn sema u ilma. Għax suwed. "Timing isir dejjem meta jintbagħtu ċ-ċekkijiet qabel l-elezzjoni" PEPPI AZZOPARDI, OPINJONIST, U ATTIVIST "Fearne għamel sewwa rriżenja, Scicluna għandu jsegwih" WAYNE FLASK, SEGRETARJU TAL- PJATTAFORMA POLITIKA, 'IL-KOLLETTIV' "Id-demokrazija tagħna tinsab fix- xifer u l-poplu biss irid ikun li jsalva lil Malta" PETER AGIUS, KANDIDAT TAL-PARTIT NAZZJONALISTA GĦALL-ELEZZJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024