MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum aħbarijiet Jason Micallef jakkuża lil Repubblika, lil Azzopardi u lil ġurnalista ta' Newsbook li huma l-establishment Fil-qilla ta' mewġ li ġabet magħha l-Inkjesta Vitals tfaċċat in-narrattiva tal-establishment. Mistieden għall-programm fuq l-istazzjon tal-Knisja, l-Eks Segretarju ġenerali tal-Partit Laburista, Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta u issa tal-proġett tal-Park Nazzjonali Ta' Qali, akkuża ġurnalista ta' Newsbook li qed tikkonfoffa mal- establishment. Magħfus mill-preżentatur Andrew Azzopardi dwar min huma l-establishment, Micallef semma b'isimhom lill-Avukat Jason Azzopardi, l-Avukat u l-Eks President ta' Repubblika Robert Aquilina, u l-President kurrenti tal-NGO Alessandra de Crespo. "Ara x'kollużjoni!" werżaq Micallef meta l-esponenti Nazzjonalisti pruvaw jiddefendu l-persuni msemmija. Micallef irrakkonta kif waqt il- konferenza tal-aħbarijiet ta' Joseph Muscat fil-lukanda Excelcior, xi ħadd bilqiegħda wara l-ġurnalisti nnota "l-establishment jibgħat il-mistoqsijiet lill-ġurnalista tal- Knisja biex tistaqsihom lil Charlon Gouder, l-avukat ta' Muscat." Ixejjer il-karti f 'wiċċ il- preżentatur, Micallef qal li issa għandu evidenza f 'idejh min huma l-establishment, entità li skontu ilha teżisti u magħrufa. "U Alla jbierek is-sapjenza t'Alla, in-nutar tal-Kurja huwa l-[Eks] President ta' Repubblika Robert Aquilina," kompla jgħid Micallef. Kienet l-Eks MP Nazzjonalista rese Comodini Cachia li wieġbet l-ewwel għal dawn l-akkużi, billi takkuża lil Micallef li qed jippretendi li "persuni li kellhom il-poter f 'dan il-pajjiż ma jkunux taħt il-lenti tal-liġi." Il-Prim Ministru Robert Abela kien l-ewwel persuna li semma l-establishment meta ġimgħa ilu ħareġ fil-qorti li 78 kaxxa t'evidenza raw l-Inkjesta Vitals magħluqa u ppustjata fuq id-desk tal-Avukat Ġenerali. Fil-jiem ta' wara, il-pajjiż segwa serje ta' akkużi kontra uffiċjali għolja fil-Gvern, kemm preżenti u tal-passat, inkluż l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne. Il-frażi establishment baqgħet tissemma, mhux biss fuq il-midja soċjali minn żgħażagħ u studenti li ħaduha bħala opportunità biex jidħku it, iżda wkoll mill- amministrazzjoni u esponenti Laburisti. Abela saħansitra baqa' jużaha f 'konferenzi stampa, u weħħel fl-establishment fejn tidħol ir- riżenja ta' Chris Fearne, il-pjanijiet sfruttati tal-iżvilupp fil-Ħondoq f 'Għawdex u anke l-ambjent sfortunat li sabu ruħhom fih iċ- ċittadini tan-Nofsinhar ta' Malta. "L-establishment jibgħat il- mistoqsijiet lill-ġurnalista tal-Knisja biex tistaqsihom lil Charlon Gouder, l-avukat ta' Muscat." Jason Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024