MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520625

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni 09 IL-ĦADD 12 TA' MEJJU 2024 • illum Clint Azzopardi Flores huwa Kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew I l-ġimgħa li għaddiet, ktibt dwar il-possibbiltà ta' av- veniment li jista' jaffettwa l-andament tan-narrattiva tal-kampanja elettorali tal-Par- lament Ewropew. Teknikament kont qed nirreferi għat-tlestija tal-inkjesta maġisterjali, minħab- ba li l-midja kienet diġà qed tispekula. Huwa veru li xogħli mhuwiex ta' avukat. Madankollu, xejn ma jwaqqafni milli nanalizza l-mod ta' kif ġraw l-affarijiet u l-mod ta' kif iż-żmien li fih għad- dejja din l-inkjesta maġisterjali qed jipprova jħassar il-kampanja tal-Partit Laburista waqt din l-elezzjoni importanti. Il-Partit Laburista f 'Malta huwa mdorri b'dawn it-tattiċi. Dawn huma l-istess tattiċi li ntużaw fis-snin tletin fi żmien Stickland u Boffa, fejn ħafna mill-esperti legali Nazzjonalisti, ramaw il-qrati favurihom permezz tal-konnessjonijiet tagħhom, biex primarjament jipparalizzaw lill-Gvern. Naf bil-provi li l-membri tal-Partit Nazzjonalista ma kinux kuntenti li kixfu l-pjanijiet tagħhom, lokalment u barra minn Malta, speċjalment il-mod ta' kif il-PPE immaniġġja l-gwerer fl-Ukrajna u f 'Gaża, u l-imbuttatura għall-finanzjament tal-armamenti. Ċertament, min ma jafx lil Malta jista' jinjora l-fatt li l-Partit Nazzjonalista kien dejjem qed jorqod ma' xi istituzzjoni, sew jekk hija reliġjuża jew inkella parzjalment indipendenti, inklużi l-qrati fis-snin tletin u l-Knisja fis-sittinijiet. F'April tal-1961, l-Arċisqof ta' Malta Michael Gonzi, interdetta lill-membri eżekuttivi tal-Partit Laburista Malti. Sfortunatament, għandna qraba li ġew midfuna mingħajr qrar fuq is-sodda tal-mewt minħabba li l-maġġoranza tas-saċerdoti kienu jistmerru lill-partitarji Laburisti u ngħataw struzzjonijiet biex jirriutaw is-smigħ ta' qrar, u biex ma jqarbnux. Dawk li rnexxielhom jagħmlu dan, għamluh bil-moħbi u permezz ta' nies li kienu jafu. It-tensjoni politika u reliġjuża kienet għolja. Uħud mill-qraba tagħna kienu saħansitra midfuna f 'post magħruf bħala "fil-miżbla " fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Pjan ta' żvilupp propost li beda wara t-Tieni Gwerra Dinjija, issuġġerixxa emigrazzjoni tal- massa. Maż-żmien, fis-sittinijiet, pjan bħal dan kien imbuttat mill-Partit Nazzjonalista fil- gvern, flimkien mal-Gvern Ingliż. Kien fl-interess tal-Ingliżi li jħallsu inqas qabel jitilqu. B'mod qarrieqi, xi qassisin minn irħula differenti kkonvinċew bosta nies biex jemigraw barra. L-istorja turi li ħafna minnhom kienu ġejjin predominarjament minn familji Laburisti. Huma kkonvinċew lill-ġenituri tagħhom biex jitilqu minn Malta. Dak iż-żmien, il-Knisja u l-kap tagħha kienu fis-sodda mal-Partit Nazzjonalista. Bir-reqqa kollha, ippruvaw inaddfu lill-partitarji Laburisti għall-vantaġġ tal-Partit Nazzjonalista. Ma ninsewx li l-elezzjonijiet f 'Mata, dak iż- żmien, kienu deċiżi b'maġġoranza żgħira. Tabilħaqq, ħafna telqu lejn l-Awstralja, il-Kanada, u l-Istati Uniti. Ħafna barranin ma jimux il-kultura tagħna. L-istorja tagħna għandha għeruq sodi fil-kultura tagħna. Ċertament, il-barranin ma jistgħux jiddistingwu bejn tindif politiku, etniku, jew reliġjuż. U bir-raġun. Dan huwa r-riżultat tal-kolonizzaturi tagħna. Missirijietna rreżistew lill-kolonizzaturi tagħna, iġġieldu għall-indipendenza tagħna, u anke għal-libertà tagħna. Dom Mintoff kien, u forsi jibqa', l-attur politiku ewlieni li tassew iġġieled għal Malta ħielsa. Partitarji Laburisti rreżistew l-establishment, l-istatus quo u l-Partit Laburista ssepara l-Knisja u l-istat. Kull gvern għandu jkun responsabbli ta' dak li jagħmel. Però l-indipendenza tal- istituzzjonijiet tagħna hija tassew mhedda. Ironikament, il-pressjoni li qed issir fuq il-qrati tal-liġi tagħna mhijiex mill-Gvern, iżda minn xi membri, u eks membri fi ħdan l-oppożizzjoni. L-oppożizzjoni qed tipperikola l-inkjesti maġisterjali billi tagħżel lill-maġistrati li jkunu fuq xogħol. Id-diċenza tiddetta li rridu nneħħu kull farka ta' dubju, ikun xi jkun il-każ, biex il-ġustizzja ssir. Minkejja li s-sejħa għax-xhieda tista' tkun fid-diskrezzjoni tal- maġistrat inkwirenti, madankollu, biex tissaħħaħ l-indipendenza, kif ukoll biex tissaħħaħ il-fiduċja tal- pubbliku fl-istituzzjonijiet tagħna, kien ikun għaqli li nsejħu għal dawk li qed jiġu akkużati fil-qorti. Mhux biex tinterferixxi mal- proċess imma biex tneħħi d-dubji. Kieku kont maġistrat kont insejjaħ lix-xhieda kollha biex sempliċement ineħħu kull dubju u ma jħassrux l-indipendenza tal-proċess. Li tibgħat inkjesta lill- Avukat Ġenerali lejlet elezzjoni, żgur li tibgħat messaġġ ħażin. Is-setgħat mogħtija lill-ġudikatura m'għandhomx jiġu abbużati, u dan japplika għall-membri tal-ġudikatura Laburisti u Nazzjonalisti. B'dispjaċir, dan ma jiqafx bl- indipendenza tal-qrati tagħna. Anke fil-każ tal-Awtorità tax-Xandir, kellna sitwazzjoni fejn is-Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista ppreżenta oġġezzjoni f 'Ġunju 2023, fejn qal li qed nieħdu vantaġġ mis-servizz tax-xandir pubbliku, mingħajr lanqas biss ħallieni nistqarr il- verżjoni tiegħi waqt il-proċess ta' deliberazzjoni. Meta staqsejt, qaluli li ma kienx dmirhom li jċempluli. Teknikament, tawni tweġiba ta' impjegat taċ-ċivil. Kont nistenna aħjar mill-membri tal-istituzzjonijiet indipendenti tagħna, speċjalment fejn jidħol it- tkabbir ta' fiduċja fil-pubbliku. Prattiċi bħal dawn huma ekwivalenti għall-mod kif taħdem ir-Russja. Wara l-kriżi politika tal-2019, l-indipendenza tal- istituzzjonijiet intilfet b'mod eċċessiv favur l-oppożizzjoni. Ma ninsewx li l-gvern ta' bħalissa rrevoka bosta poteri. Il-Partit Nazzjonalista kuntent b'dil-ħaġa. L-argument ta' bejniethom fil- Każin Malti hu li l-qrati tal-liġi dejjem kienu viċin tal-Partit Nazzjonalista, u l-Partit Laburista dejjem kien se jilgħab barra minn daru. Din hija prattika komuni li ilha tintuża 'l fuq minn seklu. Hija tabilħaqq parodija tad- demokrazija. Aħna m'aħniex ir-Russja. Fl-aħħar nett, il-President Vladimir Putin bħalissa qed jipprepara għal eżerċizzji militari li jinvolvu l-armi nukleari. Dan hu li verament jgħodd f 'din il- kampanja u wara t-8 ta' Ġunju. Terġgħux tiġu tokorbu li ma wissejtkomx. L-indipendenza tal-istituzzjonijiet Clint Azzopardi Flores

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 May 2024