MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 11

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 05 Elezzjoni mtappna minn narrattivi jaħarqu MARIANNA CALLEJA Mal-ħoss tal-beraq, sinjal tat- tempesta li kulħadd kien jaf li l-Inkjesta Vitals se ġġib magħha, il-partiti l-kbar mal-ewwel qabżu fuq karru ta' narrattiva differenti. Wieħed jiddefendi ruħu, billi jsejjaħ is-sitwazzjoni "terroriżmu politiku" minn "establishment" li jrid ixekkel il-votanti Laburisti milli jivvutaw. Ħaddieħor jargumenta li l-establishment mhu xejn għajr "babaw". Imma qarrejja tal-ILLUM dlonk ippuntaw li dawn in-narrtativi jafu jkunu perikolużi. Anzjana saħansitra ċemplet lil din il- gazzeta tirrakkonta kif dan kollu qed ifakkarha fi żmien ikrah li għexet ma' familtha żmien ilu. Imma l-istorja qed tirrepeti ruħha? Il-protagonisti ta' din in- narrattiva x'jaħsbu? Dik li kellha tkun elezzjoni kalma għal għażla ta' sitt MEPs Maltin ġiet imtappna minn narrativa taħraq li iktar kemm tmur qed tbiegħed lin-nies mill-politika jew issaħħan il-partitarji kontra xulxin. X'JIDHIRLEK MIN-NARRATTIVA LI Ż-ŻEWĠ PARTITI ĦADU WARA L-INKJESTA VITALS? META TIKKUNSIDRA L-POLITIKA ĦARXA KAWŻA TAT-TRIBALIŻMU LI L-PAJJIŻ DONNU GĦADU JĦADDAN, MA TAĦSIBX LI HUMA NARRATTIVI PERIKOLUŻI? L-aktar ħaġa faċli li nistgħu nagħmlu hija li ma niffukaw fuq ebda narrattiva iżda naraw il-fatti. Kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu iżda li: a) Qorti ddikjarat il-konċessjoni ta' tliet sptarijiet, għal valur ta' kważi 400m miljun, bħala frawdolenti. b) B'rabta ma' dan, inkjesta maġisterjali sabet biżżejjed provi biex jitressqu akkużi kriminali kontra esponenti ewlenin fil-Gvern Laburista. ċ) Bi it eċċezzjonijiet, dawn l-esponenti għadhom iżommu posthom. Dawn huma fatti. Mhumiex opinjonijiet. Ejja ma nagħmlux l-iżball li anke l-fatti nibluduhom f 'opinjoni. Kif inhuma fatti wkoll l-attakki tal-Prim Ministru fuq il- ġudikatura, il-media indipendenti, stakeholders u kull min ma jaqbilx miegħu. L-appell tiegħi hu wieħed sempliċi. Ara x'inhuma l-fatti u ddeċiedi. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jippreżenta l-fatti lill- poplu Malti u Għawdxi. Aħna rridu wkoll li pajjiżna jibża' għall-istituzzjonijiet tiegħu, kif ukoll għar-reputazzjoni tiegħu – għalhekk qed nappellaw biex il-Prim Ministru jieqaf bl-attakki tiegħu kontra l-qrati, kontra l-ġudikatura, kontra kollox u kulħadd. Wara kollox, dan mhux qed ngħiduh aħna biss. Qed jgħiduh l-avukati, qed jgħiduh l-accountants, qed jgħiduh l-istudenti, qed jgħiduh tal-Kamra tal-Kummerċ, qed jgħiduh l-employers u tant aktar organizzazzjonijiet li fejn rari jikkummentaw b'mod politiku, ħassew li kellhom jieħdu stand quddiem din it-theddida. Il-Partit Nazzjonalista, kontra ta' dak li qed talludi inti, qed isejjaħ għall-għaqda nazzjonali quddiem din it- theddida għad-demokrazija u għall-futur ta' pajjiżna. Biex pajjiżna jimxi 'l quddiem, irridu nsaħħu l-istituzzjonijiet tagħna, mhux nattakkawhom u nżebilħuhom. Hekk biss nistgħu naħdmu għal pajjiż b'saħħtu u verament nagħtu saħħa lill-Maltin u l-Għawdxin. X'JIDHIRLEK MIN-NARR ATIVA LI Ż-ŻEWĠ PARTITI ĦADU WAR A L-INK JESTA VITALS? Ir-retorika magħżula tfakkarni fin-narrattiva użata minn mexxejja awtoritarji, minn Orban sa Trump, narrattiva li toħloq għadu, tkeskes u ssaħħan, biex tiżvija l-attenzjoni minn fuq in-nuqqasijiet tagħhom stess. Fil-klima tribali u nuqqas kbir ta' għarfien politiku, jiġifieri dwar ideali u l-valuri politiċi, żgur li dan it-tip ta' diskors għandu effett fuq ċertu tip ta' nies. Nissuspetta li lanqas biss jafu xi jfisser ċertu kliem, imma l-aqwa s-sens ta' 'għaqda' kontra 'l-oħrajn'. Min- naħa l-oħra fuq parti dejjem akbar ta' nies, din it-tip ta' retorika qed tiġi injorata u meqjusa bħala teatrini vojta. F'pajjiż bħal tagħna huwa mistenni li 'l-oħrajn' jeħilbu kemm jistgħu s-sitwazzjoni. Il-ħasra li l-istituzzjonijiet tal-istat jispiċċaw jiżfnu fin-nofs. Imma anke hawn, ftit huma dawk li għandhom is- sens ta' xi jfisser l-istat – xi ħaġa differenti mill-gvern u l-partiti. META TIKKUNSIDR A L-POLITIK A ĦARXA K AWŻ A TAT-TRIBALIŻMU LI L-PA JJIŻ DONNU GĦADU JĦADDAN, MA TAĦSIBX LI HUMA NARR AT TIVI PERIKOLUŻI? In-narrattiva, kemm minn esponenti jew eks ministri Nazzjonalisti u anke minn Muscat u esponenti Laburisti, tixhed li jafu li qed jilagħbu għall-gallarija – għal nies li għalihom it-tribù huwa l-aktar importanti, irrespettivament mis-suġġett. Li hu żgur ukoll li l-kult tal-personalità għadu b'saħħtu ma' ċerti sezzjoni ta' nies. Jiġifieri, jista' jkun li jkun hawn min tisħonlu rasu żżejjed. Imma ma naħsibx li jkun hawn xi vjolenza mifruxa għax il-maġġoranza kbira tan-nies għandhom rashom fuq għonqhom. Li hemm bżonn huwa li aktar u aktar nies juru li xebgħu mit-teatrini, li jridu s-serjetà u jiivvotaw għall-pluraliżmu politiku b'vot fuq l-Aħdar. X'JIDHIRLEK MIN-NARRATIVA LI Ż-ŻEWĠ PARTITI ĦADU WARA L-INKJESTA VITALS? Jien naħseb, fuq l-Inkjesta Vitals, anke peress li n-nies se jivvotaw fuq l-affarijiet tal-Unjoni Ewropea, għandhom jaraw il-kuntest kollu. Fis-sens, jiena nistenna li mill- Partit Nazzjonalista jkun hemm it proposti. Xi ħaġa li kull partit ikollu, u jien għadni ma rajt xejn. Imma l-PN huwa maqbud, minn forzi esterni, biex ma jkunx jista' anke jikkampanja l-affarijiet kif jixtieq jikkampanjahom hu. Jien naħseb li l-Prim Ministru għandu r-responsabbiltà li jgħid l-affarijiet kif inhuma, bħalma huwa stat ta' fatt li t-timing huwa dak li huwa, u ma tantx jawgura l-fiduċja tal-istituzzjonijiet kollha. Jien kieku l-ewwel kont nisma' x-xhieda ta' kulħadd, ħalli noħroġ il-konklużjoni lejliet l-elezzjoni, imma kont ineħħi d-dubji kollha, għax tispiċċa kulħadd jiddubita fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Dan filwaqt li qed jgħajtu għar-riżenja tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, istituzzjoni indipendenti, u qed jgħidu lil Prim Ministru biex jisforzaha. Qed jikkontradixxu ruħhom, għax dan il-Prim Ministru ma jistax jindaħal, fuq x'jagħmel il-Gvernatur. Bl-istess argument, Christine Lagarde ma kellhiex issir il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew minħabba l-affarijiet li nstabu dwarha u l-IMF. L-indħil politiku m'għandu jkun qatt. David Casa ma kellu qatt jikteb lil ECB, mela l-European Central Bank issa ħa nġibuh ballun politiku wkoll? META TIKKUNSIDRA L-POLITIKA ĦARXA KAWŻA TAT-TRIBALIŻMU LI L-PAJJIŻ DONNU GĦADU JĦADDAN, MA TAĦSIBX LI HUMA NARRATTIVI PERIKOLUŻI? Jiena ma naħsibx li għandha twassal għal vjolenza u aggressjoni. Din l-elezzjoni qed naraha kopja tal-2017, anzi hija waħda pjuttost differenti f 'sens li l-Oppożizzjoni qed tipprova ttella' t-temperatura. Qed inkellem nies li kienu votanti tal-PN, u issa jgħidulek, lanqas jekk naf x'naf mhu se nerġa' nivvota lilhom. In-nies qed jiddejqu b'dawn l-affarijiet. Il-Partit Laburista mhu jasal qatt hemm, anke l-Prim Ministru qed jitlob lin-nies jibqgħu kalmi. CLINT AZZOPARDI FLORES Kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet Ewropej RALPH CASSAR Segretarju Ġenerali u kandidat tal-ADPD għall-elezzjonijiet Ewropej DAVID AGIUS Viċi President tal-Kamra tad-Deputati u kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet Ewropej

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 May 2024