Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305
07 intervista IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 • illum għalija kienet l-abort' Kelli chats, whatsapps, emails ... ta' Keith Schembri, Yorgen Fenech u t-Torok. Il-ktieb kważi kitbuh huma, kważi kważi r-royalties għandhom jeħduhom huma. META TARA L-VOTI LI BDEJT IĠĠIB FL-AĦĦAR MAL-PARTIT TAL-ĦODOR, MA TIKKUNSIDRAX TERĠA' TMUR MAL-AD? Hija idea li tista' ssir, imma tinsiex li hemm il-prinċipji. Waħda mil-linji l-ħomor għalija kienet l-abort. Nemmen li dan hu suġġett filosofiku, jew temmen li fetu huwa ħajja, jew le. Jekk inti ma temminx li dan hu l-ħajja, niimha, li għalik l-abort hu okay, imma għalija l-fetu huwa ħaj u rrid li nindukrawh. Dak kien il-punt prinċipali, li sseparani mill-Alternattiva. Imma nemmen li wasal iż- żmien li jkun hemm it-tielet vuċi, għalkemm ma nassoċja ruħi xejn mal-voti ta' Norman Lowell, li għalija huwa rappreżentazzjoni ta' ħsibijiet skandalużi. Naħseb li jkun il-mument li dawn il-ħafna tielet vuċijiet li issa hawn, jistgħu jibdew jitkellmu flimkien, biex nimu lil xulxin b'forza ta' ċertu għeruq. IMMA JEKK TITLA' U TINGĦAQAD MAL-GRUPP POLITIKU EWROPEW TAL- ĦODOR, ĦA TKUN KOMDU MAGĦHOM? IL-PARTIT TAL-ĦODOR HU FAVUR L-GĦAŻLA ... Għamilt 30 sena mal-Partit tal-Ħodor, bħala Alternattiva Demokratika, qatt ma rratifikat l-abort. F'kull dokument tal- Ħodor, fejn kien hemm l-abort, ġeneralment il-firma tiegħi, u d-dokument kien jaqra, "Alternattiva Demokratika does not ratify article 2.3.2." Meta ġejt elett, irringrazzjajthom li ġejt elett imma għamiltha ċara li ma nistax nippreżentahom fuq l-artiklu 2.3.2. Jien mhux magħmul noqgħod kwiet, u nagħmel l-affarijiet minn wara. Irridu s-siġġu, imma jekk ma tridnix elett, ma nitlax. BERNARD GRECH QAL LI VOT LILL-INDIPENDENTI HU VOT GĦALL-PARTIT LABURISTA. XI TWIEĠEB DWAR DAN? Din kien jużaha l-PN fl-2004, imma n-nies qed jinbidlu, u għalhekk issa ċ-ċans. Hemm nies li jgħidu li vot lill-indipendenti hu vot moħli, imma hemm min qed jgħid "le, issa ta! Bellajthieli fl-2003, bellajthieli fl-2004, u min bellahhieli kien Fenech Adami, li kien ta' ċertu intellett, issa se tiġini inti, treġġa' l-ħin lura bi 22 sena u tiġi tbeżżagħni b'Arnold Cassola?" Mela Gonzi u Fenech Adami kienu jgħidu vot għalija hu vot għal-Labour u issa qed nerġgħu ngħiduha? Dik Malta li ma kinitx fl-Unjoni Ewropea. Il-problema taf x'inhi? Ilna 20 sena fl- Unjoni Ewropea, imma l-Unjoni Ewropea għadha ma daħlitx f 'Malta kif suppost. Jiena naħseb, u se nkun onest ta, inkun kuntent li Bernard qed ibeżża' biha, għax dak sinjal ċar ta' paniku, għax jaf li n-nies inbidlu, u n-nies indipendenti u partiti żgħar issa għandhom iċ- ċans. IN-NARRATTIVI TAL- PARTITI, WARA L-INKJESTA VITALS, X'JIDHIRLEK MINNHOM? Huma narrattivi li se jwassluna lura għax-xifer ta' ġlied fit-toroq bħalma seħħ fit-tmeninijiet. Qisu apposta qed joħolqu din il- konfrontazzjoni. Il-Vitals dejjem kienet ċara, ma kellhiex għalfejn tkun il-Qorti. Il-ġustizzja issa qed tagħti l-kors tagħha, imma konna nafuhom. Ma kellix għalfejn nistenna l-inkjesta biex inkun naf li kien hemm il-frodi. Li qed jiġri issa, qisu apposta kważi, qed tinħoloq atmosfera konfrontazzjonali biex ikun hemm skuża biex, ma nafx, twaqqaf demokrazija? Il-ħasra hi li minħabba ħaġa bħal Vitals, il-vera sfidi ta' politika bħall-kwalità tal- ħajja, jew ta' paga bażika, ma nitkellmux dwarhom. Jitkellmu fuqhom biss il-partiti ż-żgħar jew l-indipendenti. QED TITKELLEM FUQ L-INDIPENDENTI, U LI ISSA Ċ-ĊANS, IŻDA MA TIBŻAX LI L-VOTI LI QED JIŻDIEDU ĦA JMORRU GĦAND NORMAN LOWELL, MINĦABBA PROBLEMA WAĦDA, DIK TAL-BARRANIN F'MALTA? Le, hemm parti li se jmorru għand Lowell imma għalhekk jiena ngħid li Lowell hu viljakk, bla kukki. Għax Lowell m'għandux il- guts jiġi għad-dibattiti, ma jistax jibqa' jilgħabha tal-vittma u jgħid li mhux jiġi mistieden, għax kull dibattitu li stednuh ma ġiex. M'għandux il-guts jgħid lin- nies f 'wiċċhom, "Sinjur inti jekk ikollok tarbija b'diżabilità severa, f 'inqas minn 14-il siegħa, noqtolhielek bil-mod u ġentili." Din hi politika ta' Lowell. M'għandux il-guts jiġi l-Università. Kellna xi ħames dibattiti. Għal kollha kien mistieden. Ma ġiex jgħidilhom, "Sinjorina, inti li se ssir tabiba, avukata, ġurnalista, intom insewha l-karriera, intom postkom id-dar tagħmlu t-trabi." Dik politika ta' Lowell. M'għandux il-guts jgħidlek, "jien qed nara persuna mal-art fit-triq tmut bid-droga, ħalliha tmut." Dik hi l-politika ta' Lowell. Ejja, Lowell, għidilhom f 'wiċċhom lill-ġenituri ta' dak il-wild ibati mill-vizzju tad-droga. Mela ngħidhomlu jien, ħalli min irid jivvutalu, għax hekk hi d-demokrazija, imma kun af għal xiex qed tivvota. Meta qed tivvota għal Lowell, qed tivvota għall-qtil tat-tarbija bid- diżabilità, għan-nisa biex jibqgħu d-dar jagħmlu t-trabi, u li jħallik għall-mewt jekk jarak barra. Iktar kemm nara bullying, nies arroganti, jew xi ħadd jgħidli "int Cassola m'għandek xejn" ... jekk ikollu nofs idea li ngħid "uff forsi wasal iż-żmien li nieqaf" hemm mal-ewwel niġġilidlek