MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521305

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 11

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 26 TA' MEJJU 2024 05 GĦALFE JN IL-KANDIDATURA TIEGĦEK GĦALL- PARLAMENT EWROPEW? Illum għandna qbil f 'pajjiżna li s-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea kienet kisba importanti li biha pajjiżna mexa 'l quddiem. Nemmen li jien, flimkien mal-kollegi tiegħi, nistgħu nkomplu naħdmu biex inġibu aktar riżultati lejn pajjiżna. Meta nħares lejn l-ewwel 20 sena ta' Malta bħala Membru tal-Unjoni Ewropea, nara kemm pajjiżna mexa 'l quddiem. Investimenti, opportunitajiet, fondi, standards, kwalità ta' ħajja aħjar... Mhux kollox ward u żahar, imma l-progress kien wieħed sostanzjali. Issa wasal iż-żmien li nsarrfu aktar opportunitajiet, u biex nassiguraw li isem pajjiżna jibqa' jkun wieħed rispettat u li jingħata fiduċja, kif jixraqlu. Irrid nara aktar negozji jibbenefikaw minn fondi Ewropej, żgħażagħ jieħdu esperjenzi biex jitgħallmu u jkabbru l-għarfien tagħhom, irrid nassigura aktar fondi li jiġu investiti fin-nies. U rrid li kull Malti u Maltija, Għawdxi u Għawdxija, iħossu kburi b'pajjiżna, bil-bandiera tagħna tixxejjer ħdejn dik Ewropea. II-BATTAL JA ELETTORALI HIJA BBAŻATA FUQ TEMI LOKALI. X'INHUMA T-TEMI LI GĦAŻILT META TKELLEM LIN-NIES? In-nies huma mħassbin fuq il-futur ta' dan il- pajjiż. Meta tagħmel siegħa, sagħtejn, tliet sigħat kuljum imwaħħal fit-traffiku, tinduna kemm il-Gvern m'għandu ebda pjan għal għada. Meta tiltaqa' ma' familji, ma' ġenituri li għal xogħol, għandhom wieħed, tnejn, u xorta ma jlaħħqux sal-aħħar tax-xahar, tinduna kemm il-Gvern mhux joffri kwalità ta' ħajja li jixirqilna. Meta tiltaqa' ma' anzjani li l-pensjoni ma sservihomx, tinduna li d-dinjità li jixraq lil dawn in- nies, mhix tingħata. Il-Gvern falla u aktar moħħu fl-inkwiet intern tal- partit tiegħu milli biex joffri soluzzjonijiet lin-nies. Jien irrid li pajjiżna, li niesna, ikollhom tama li għada jista' jkun aħjar mil-lum. U nistgħu nkunu ferm aħjar. Għax ikollna viżjoni, ikollna pjan, ikollna idea ta' fejn irridu naslu. Dak hu li qed nitkellem dwaru fid-djar, fil-pjazez, fit-toroq, fl-irħula ta' Malta u Għawdex. Jien dejjem emmint li l-Ewropa mhix dik ta' Brussell u Strasburgu, imma l-Ewropa hija dik tan-Nadur, tal-Mosta, ta' Ħal Safi ... U għal dik l-Ewropa se nkompli naħdem. L-EWROPA FI ŻMINIJIET BĦAL DAWN TFISSER AKTAR MINN QATT QABEL. GĦALIEX? Għaliex meta l-Ewropa qed taffaċċja sfidi bla preċedent, l-Ewropa qed toffri soluzzjonijiet bla preċedent. Dawn l-aħħar ħames snin kienu partikolari – Brexit, il-pandemija, l-aggressjoni Russa, kriżi fl- enerġija ... Imma l-Ewropa flok qagħdet lura, ħadet rwol ta' tmexxija. Rajna kif il-Maltin jintlaqtu bl- inqas mod possibbli mill-Brexit, rajna kif l-ekonomija Maltija tirkupra malajr mill-pandemija. Fi żmien fejn madwarna qed naraw gwerra wara l-oħra, l-Ewropa tibqa' l-vuċi b'saħħitha favur il-paċi, favur l-umanità. U l-ħames snin li ġejjin mhux se jkunu inqas faċli. Għalhekk għandna bżonn sitt MEPs li jkunu ffukati u jaħdmu kuljum għal pajjiżna, u li jassiguraw li Malta jkollha vuċi b'saħħitha fil-fora Ewropej. GĦALFE JN IL-KANDIDATURA TIEGĦEK GĦALL- PARLAMENT EWROPEW? Huwa faċli ħafna li wieħed igerger għas-sitwazzjoni politika ta' pajjiżna. Għax il-kliem bħaċ-ċirasa, huwa faċli li mal-ħbieb, imdawrin ma' mejda noħorġu b'mitt proposta dwar x'għandu jsir mill-Gvern jew mill- oppożizzjoni. Però bil-kliem biss, is-sitwazzjoni tibqa' l-istess, jekk ma tmurx għall-agħar. Il-bżonn li jsir xi ħaġa dwar l-istat tad-demokrazija u s-Saltna tad-Dritt f 'pajjiżna, il-ħtieġa li filwaqt li nkissru l-istigma fil-konfront ta' persuni b'diżabilitajiet li ma jidhrux, u ta' dawk bi problemi ta' saħħa mentali nirrikonoxxu u nsaħħu d-drittijiet tagħhom permezz ta' liġijiet, u l-urġenza għall-protezzjoni tal-ambjent tanġibbli u intanġibbli kont ili nħosshom u nitkellem dwarhom. Kien għalhekk li wara ħafna diskussjonijiet ma' żewġi, iddeċidejt li jekk irrid bidla kelli nkun parti minnha b'mod attiv. KEMM NISTGĦU NKUNU EFFIKAĊI BHALA DEPUTATI MALTIN F'PARLAMENT FE JN AĦNA MINORANZA ŻGĦIRA? Il-Partit Nazzjonalista qatt ma beża' miċ-ċokon ta' pajjiżna għaliex dejjem emmen fil-poplu. Qatt ma werwer lin-nies li aħna makku u li l-Ewropa ħa tiblagħna, għax jaf li l-Malti dejjem kien kapaċi. Malta għandna biss sitt Membri Parlamentari Ewropej minn seba' mija u għoxrin membru. Madanakollu, mill- iċken pajjiż fl-Unjoni Ewropea, u mill-oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista kburi li għandna Maltija li hija l-President tal-Parlament Ewropew, Malti li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-grupp tal-Partit Parlament Ewopew, u Malti li huwa wieħed mill-ħames kwesturi tal-Parlament Ewropew. Dan huwa ċertifikat ta' eċċellenza għal pajjiżna. Ovvjament, biex fiċ-ċokon tagħna nkunu effikaċi u effettivi, irridu naħdmu b'għaqal u nagħrfu niddiskutu qabel ma jittieħdu l-voti. Irridu nkunu unjoni u nagħrfu nissieħbu ma' pajjiżi oħra b'ċirkostanzi simili għal tagħna biex inżidu s-saħħa tal-vuċi tagħna. Irridu nżommu f 'moħħna l-interessi ta' pajjiżna filwaqt li nagħrfu nagħmlu l-każ tagħna b'għaqal u bis-sens. HEMM NUMRU TA' NIES LI QED JGĦIDU LI MHUX SE JIVVUTAW. GĦALFE JN TAĦSEB LI GĦANDHOM JIVVUTAW? Kull min hu mdejjaq bis-sitwazzjoni u jrid il-bidla sseħħ, għandu jkun parteċipi biha billi juża l-vot tiegħu. Verament li l-elezzjonijiet tat-8 ta' Ġunju mhumiex elezzjoni ġenerali, però għandhom iwasslu messaġġ lill-Gvern li d-direzzjoni li qabad il-pajjiż mhijiex sostenibbli. Fuq livell Ewropew, irridu MEP's li jħarsu l-interess tal-poplu u tal-istat Malti (għaliex l-istat mhuwiex il- Gvern), li jħarsu d-dritt tal-ħajja fil-ġuf, u li jaħdmu id f 'id biex, mhux biss inġibu fondi, imma wkoll biex għal sitwazzjonijiet li jaffettwaw lil Malta b'mod negattiv, naraw li jkun hemm derogi jew moratoriums u dan fl- aħjar interess tal-kompetittività ta' pajjiżna. GĦALFEJN IL-KANDIDATURA TIEGĦEK GĦALL- PARLAMENT EWROPEW? Iddeċidejt li nkun kandidat għall-Parlament Ewropew għax għandi l-esperjenza u l-viżjoni li nirrappreżenta, flimkien ma' sħabi, il-valuri tagħna bħala Ħodor u progressivi fuq livell Ewropew. Irrid inkun mezz kif inwasslu l-messaġġ li f 'Malta, għalkemm gżira fil-periferija tal-Unjoni Ewropea, hemm nies li jħarsu lejn il-preżent u l-futur lil hinn mill-parrokkjaliżmu u l-provinċjaliżmu li jifgana. Irrid inpoġġi fuq quddiem l-isfida tal-bidla fil-klima u kif nistgħu flimkien nibbażaw is-soċjetà u l-ekonomija tagħna fuq il-benesseri ta' kulħadd, minflok fuq il- ħela, it-tniġġis u l-abbuż tan-nies u tan-natura. Inħoss li nidħol fil-fond tat-temi li għandna naffrontaw, u nżomm 'il bogħod mis-superfiċjalità li rrendiet l-politika lokali marida mill- għeruq. Għandi wkoll esperjenza naħdem fil-manifattura, żvilupp ta' prodotti, u bħala lettur fl-edukazzjoni avvanzata u ogħla, kif ukoll fit-tmexxija lokali għal bosta snin. IL-BATTALJA ELETTORALI HIJA BBAŻATA FUQ TEMI LOKALI. X'INHUMA T-TEMI LI GĦAŻILT META TKELLEM LIN-NIES? L-isfida hija biex iżżewweġ temi lokali ma' dawn Ewropej. L-aktar li nitkellem huwa fuq l-aktar tema li tinteressa liż-żgħażagħ, jiġifieri l-bidla fil-klima u kif din l-isfida m'għandniex għażla ħlief li naffrontawha. Iż-żgħażagħ lesti għal din l-isfida jekk jingħataw l-opportunitajiet biex jaħdmu biex inbiddlu l-industrija tagħna f 'waħda żero-tniġġis, fis- sistemi tal-enerġija f 'sistemi rinovabbli u nodfa, u f 'ekonomija tal-benesseri. L-isfida hija li nimxu lil hinn minn ekonomija bbażata fuq l-ispekulazzjoni tal-art, li tfisser trekkin ta' flus għall-it imma pagi baxxi, xogħol li ma jtikx sodisfazzjon, u nuqqas ta' investiment fin-nies u fiż-żgħażagħ, għal investiment fil-benesseri tan-nies, inkluż f 'xogħlijiet li jwasslu għal kwalità ta' ħajja aħjar. HEMM NUMRU TA' NIES LI QED JGĦIDU LI MHUX SE JIVVUTAW. GĦALFEJN TAĦSEB LI GĦANDHOM JIVVUTAW? Hemm diversi raġunijiet għaliex xi nies ma jivvutawx. Ma tistax tqegħedhom kollha f 'keffa waħda. Hemm dawk li jaraw il-politika bħala mezz kif jiġbdu lejhom u jakkwistaw il-pjaċiri għax hekk darrewhom, u għaldaqstant meta ma jaslux ma jivvutawx. Il-Prim Ministru stess iħajjar in-nepotiżmu b'dit- tip ta' politika provinċjali meta jsejjaħ lin-nies li 'ma nqdewx' biex ikellmuh. Huwa appuntu għalhekk li min iddejqu dit-tip ta' politika għandu fil-fatt jivvota, biex jagħti l-aktar risposta b'saħħitha lil dawn in-nies. Kull vot għal partit progressiv u ambjentalista bħal tiegħi huwa messaġġ b'saħħtu li trid politika li tħares lil hinn mill-parrokkjaliżmu tal-oħrajn. Messaġġ li aħna parti mid-dinja. Messaġġ li trid tħares 'il barra mill-għar lejn id-dawl, u mhux 'il ġewwa lejn id-dlam. HAWN MIN IPOĠĠI L-PARTITI FL-ISTESS KEFFA. GĦALIEX TAĦSEB HEKK? Bilfors jiġri hekk meta għandek sistema klijentelista tal-PL u l-PN. Ejjew nieħdu programmi ta' diskussjoni, pereżempju. Lanqas biss jiddiskutu t-tema fil-fond, imma mehdijin jinfexxu f 'xulxin. Lanqas joffru soluzzjonijiet ambizzjużi għall-problema tal-ispekulazzjoni tal-art, tal-bini bl-addoċċ, tat-tniġġis tal-arja, tat-trasport, imma jirrepetu l-istess slogans għal widnejn l-aktar partitarji ffissati tagħhom. In-nepotiżmu huwa l-istil tal-politika tagħhom. Għalhekk huwa importanti li tivvota differenti, biex ma tkunx kompliċi magħhom. RALPH CASSAR LOUISE ANNE PULIS ROBERTA METSOLA Dawn huma biss siltiet mill-intervisti li saru. L-intervisti sħaħ se jkunu qed joħorġu matul il-ġimgħa fuq is-sit tal-ILLUM.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 May 2024