Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708
aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum 06 GĦALFEJN IL-KANDIDATURA TIEGĦEK GĦALL- PARLAMENT EWROPEW? Irrid nuża l-esperjenza miksuba fuq il-mejda tan- negozjati fl-UE biex inġib riżultati tanġibbli għal Malta. Jekk inkun elett ikolli l-privileġġ li ngħin lill-poplu ta' Malta jaħsad il-benefiċċji kollha tas-sħubija fl-UE. Irrid lill-Ewropa tiem aktar il-bżonnijiet ta' Malta u nagħmel lil Malta aktar Ewropea fil-prattika. Matul is- snin li għaddew indirizzajt numru ta' kwistjonijiet lokali permezz tas-soluzzjonijiet tal-UE. Biex insemmi it każijiet li ħdimt fuqhom matul is-snin li għaddew: • ħdimt għas-sigurtà tar-residenti ta' Ħal Farruġ billi ħeġġiġt lill-Kummissjoni biex tinforza miżuri ta' sigurtà f 'konformità mad-Direttiva Seveso tal-UE, partikolarment dwar il-prossimità tat-tankijiet tal-fuel ma' żoni residenzjali. • b'suċċess għamilt pressjoni fuq il-Kummissjoni biex tissalvagwardja l-interessi tas-sajjieda tal-lampuki Maltin permezz ta' patrol boats biex tiskoraġġixxi serq minn bastimenti Tuneżini. • iddefendejt l-interessi tal-konsumaturi Maltin waqt il- bidu tal-Gwerra fl-Ukrajna, u ħdimt biex il-Kummissjoni Ewropea tintervjeni meta l-esportazzjoni tal-qamħ lejn Malta kienet imblukkata minn pajjiżi oħra Ewropej. • bħala membru tal-kabinett tal-President Antonio Tajani, mexxejt l-isforzi biex niżgura li Malta tassigura ġustizzja sħiħa għal Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha. • ħdimt biex Malta tikseb €700,000 f 'fondi mill-UE biex nistabbilixxu Wi-Fi b'xejn fi spazji pubbliċi f 'Malta. • bdejt verifika dwar l-użu tal-fondi tal-UE għat- trattament tad-dranaġġ bi tweġiba għal ħruġ rikorrenti tad-dranaġġ fl-ibħra tagħna. Jekk niġi elett, bħala MEP, nittriplika l-ħidma tiegħi b'riżultati konkreti għall-poplu Malti. Jien impenjat li nisfrutta l-esperjenza tiegħi tal-UE u l-enerġija tiegħi biex inwassal riżultati tanġibbli għal Malta u Għawdex. HEMM NUMRU TA' NIES LI QED JGĦIDU LI MHUX SE JIVVUTAW. GĦALFEJN TAĦSEB LI GĦANDHOM JIVVUTAW? Pajjiżna mhux sejjer fid-direzzjoni t-tajba. Jien nemmen li l-bidla trid tibda minn ġol-partiti. Għalhekk dħalt fil- politika u fil-Partit Nazzjonalista biex nindirizza l-isfidi reali li qed jaffaċċjaw in-nies. Dawk li ma jivvutawx ikunu qed jgħidu li l-ħażen kollu tal-gvern hu aċċettabbli, li jgħaddi li l-gvern jitfa' d-dranaġġ fil-baħar, li jaċċettaw li pajjiżna jaqa' l-bini. Jien għalija dan mhux aċċettabbli u rrid noffri tama u soluzzjoni lil dawn in-nies li qed jitilfu t-tama fil-politiċi. HAWN MIN IPOĠĠI L-PARTITI FL-ISTESS KEFFA. GĦALIEX? Jien dħalt fil-Partit Nazzjonalista ħames snin ilu. Dħalt biex inġib l-ideat, il-bidla u noffri enerġija ġdida. Jien irrid inħares 'il quddiem u mhux lura. Biss dak li qed naraw fil-preżent hu serq. Filwaqt li l-PN ta lil pajjiżna sptar ġdid u kiseb il-fondi għaċ-Ċentru tal-Onkoloġija, dan il-gvern biegħ tliet sptarijiet f 'deal frawdolenti. Il-politiċi tal-Labour fetħu l-kumpaniji fil-Panama tlett ijiem wara li telgħu fil-Gvern. Il-PN fl-oppożizzjoni qed ikun vuċi tan- nies. Jien fl-aħħar elezzjoni tajt il-kontribut tiegħi u jekk inkun elett se nkompli nagħti l-kontribut tiegħi fil-PN biex il-partit ikompli jissaħħaħ u jkun gvern alternattiv. IL-BATTALJA ELETTORALI HIJA BBAŻATA FUQ TEMI LOKALI. X'INHUMA T-TEMI LI GĦAŻILT INT META TKELLEM LIN-NIES? Bħala kandidata hemm diversi temi illi qed nitkellem fuqhom, però hemm tliet temi ewlenin illi l-aktar qed niffoka l-kampanja tiegħi fuqhom: is-saħħa mentali, l-attiviżmu taż- żgħażagħ, u l-iżvilupp sostenibbli. Is-saħħa mentali hija kwistjoni kruċjali li taffettwa lin- nies ta' kull età, kemm f 'Malta, kif ukoll madwar l-Ewropa. Sfortunatament, aktar kemm jgħaddi ż-żmien, aktar qed naraw żieda qawwija ta' nies li jbatu bi problemi ta' saħħa mentali. Għalkemm hemm għarfien, dan qatt mhu biżżejjed. Irridu naħdmu biex tonqos l-istigma, u l-aċċess għall-għajnuna professjonali jkun aktar disponibbli. L-attiviżmu taż-żgħażagħ hija tema oħra importanti għalija. Nemmen li ż-żgħażagħ għandhom vuċi qawwija li tista' ġġib bidla pożittiva fis-soċjetà tagħna. Pajjiż jista' jimxi biss meta hemm bilanċ bejn l-esperjenza u l-ġdid. Jien irrid nagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex jitkellmu, jieħdu azzjoni, u jagħmlu differenza fil-komunitajiet tagħhom u lil hinn. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp sostenibbli huwa kwistjoni urġenti li teħtieġ attenzjoni urġenti. Se nappoġġja politiki li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u inizjattivi li jippromovu futur aktar sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Madankollu, dawn huwa biss it mit-temi illi qed nitkellem fuqhom. Huwa ta' pjaċir niltaqa' man-nies, u ma' entitajiet differenti, u dejjem nitgħallem minnhom. Nittama li flimkien jirnexxilna noħolqu Ewropa aħjar, aktar b'saħħitha u aktar sostenibbli għal kulħadd. HEMM NUMRU TA' NIES LI QED JGĦIDU LI MHUX SE JIVVUTAW. GĦALFEJN TAĦSEB LI GĦANDHOM JIVVUTAW? Nemmen illi l-vot huwa dritt, però wkoll dmir. Tħalli lil ħadd jiddeċiedi għalik. Ħares lejn il-kandidati kollha, irrelevanti mill-partiti u l-kuluri, ara x'qed joffru, u fit-8 ta' Gunju mur u agħmel deċiżjoni infurmata. Kull vot jifforma l-futur tagħna lkoll. Meta n-nies ma jivvutawx, ikunu qed iċedu leħinhom. Il- votazzjoni hija għodda qawwija biex tiżgura li r-rappreżentanti tagħna jirriflettu l-ħtiġijiet u l-valuri tal-komunità. L-astensjoni mill-votazzjoni tista' twassal għal rappreżentanza żbilanċjata fejn jitqiesu biss l-interessi ta' minoranza. Il-votazzjoni tagħti s-setgħa lill-individwi biex jappoġġjaw lill-mexxejja li jistgħu jġibu bidla pożittiva. Għalhekk, inħeġġeġ lil kulħadd biex jivvota u jipproteġi l-interessi tiegħu u jikkontribwixxi għal soċjetà demokratika fejn kull vuċi tgħodd. Niem illi hawn ammont ta' nies illi forsi m'għadhomx jirrelataw ma' partit jew ieħor, però aħna l-kandidati għalhekk qegħdin hawn. Fittxuna u kellmuna. Ilkoll lesti li niddiskutu u naħdmu għall-aqwa interess ta' Malta. L-EWROPA F'DAWN IŻ-ŻMINIJIET TFISSER AKTAR MINN QATT QABEL. GĦALIEX? Tajjeb li nimu l-Unjoni Ewropea minn fejn bdiet. L-idea, snin ilu kienet illi grupp ta' pajjiżi jwaqqfu l-gwerer bejniethom billi jkunu dipendenti fuq xulxin għal ċerti riżorsi. L-għan dejjem kien il-paċi. Ovvjament, biż-żmien, l-Unjoni Ewropea kompliet tikber u tevolvi. Fi żminijiet bħal dawn, l-Ewropa tirrappreżenta unità, saħħa u valuri. Fost sfidi globali bħall- inċertezza ekonomika, tibdil fil-klima, u anki ċerti tensjonijiet, l-Unjoni Ewropea tibqa' hemm biex tipproteġi liċ-ċittadini kollha tagħha, u b'hekk tippromovi l-istabbiltà. L-Unjoni Ewropea trawwem il-koperazzjoni bejn l-istati membri. GĦALFEJN IL-KANDIDATURA TIEGĦEK GĦALL- PARLAMENT EWROPEW? Pajjiżna għandu bżonn min jaqbeż għal dawk il-valuri li għandhom isawruna bħala nazzjon. Il-politika għandha taqbeż għad-dritt taċ-ċittadin li jgħix f 'ambjent san għal kulħadd. Il-Maltin u l-Għawdxin m'għandhomx jgħixu l-ħin kollu fil-biża' li l-ambjent naturali, kulturali u soċjali se jiġi meqrud għall-bwiet ta' erba' bullies. Il-politika għandha taħdem għal soċjetà ġusta fejn int tagħmel suċċess bil-ħila tiegħek mhux skont lil min taf. Il-ħidma politika għandha tistinka biex ikollna pajjiż sabiħ li jilqa' lit-tfal u ż-żgħażagħ u mhux jimbuttahom biex imorru jgħixu barra. Jien dejjem ippruvajt ngħix u naħdem favur dawn il-valuri pożittivi. Nemmen li fil-Parlament Ewropew nista' nkun vuċi ta' tama li dawn il-valuri pożittivi ħa jirbħu f 'pajjiżna wkoll. KEMM NISTGĦU NKUNU EFFIKAĊI BĦALA DEPUTATI MALTIN F'PARLAMENT FEJN AĦNA MINORANZA ŻGĦIRA? L-esperjenza turini li jekk taħdem bis-serjetà, b'sens ta' djalogu miuħ, filwaqt li tibqa' konsistenti mal-prinċipji tiegħek, tista' tibni alleanzi ma' deputati oħra mill-Ewropa kollha u tħalli impatt. Jien għamilt numru ta' snin Segretarju Ġenerali tal-Partit tal-Greens fl-Ewropa. Hemmhekk naħseb li rnexxieli nikkonvinċi u nwassal leħni, anki favur issues li jaffettwaw lil pajjiżna, minkejja ċ-ċokon tagħna. Hemm stejjer oħra ta' Maltin li ħallew impatt. Roberta Metsola laħqet l-ogħla kariga fil-Parlament Ewropew. Deputati oħra influwenzaw u ġabu bidliet f 'liġijiet importanti tal-Parlament Ewropew. L-attitudni miuħa għall-kulħadd u li tipprova tibni pontijiet bejn ideat differenti hija kruċjali. Nemmen li din hija xi ħaġa li dejjem ippruvajt nagħmel matul il-karriera tiegħi u li nkompli nagħmel jekk niġi elett. IL-BATTALJA ELETTORALI HIJA BBAŻATA FUQ TEMI LOKALI. X'INHUMA T-TEMI LI GĦAŻILT INT META TKELLEM LIN-NIES? Flimkien ma' numru sabiħ ta' voluntiera li qed jgħinuni, qed ngħidu li issa ċ-ċans li nagħtu messaġġ qawwi lis-sistema politika li ġabitna fis-sitwazzjoni fejn qegħdin illum. Fejn qisu l-pajjiż irrassenja ruħu li l-korruzzjoni u l-abbuż tal- poter saru kważi ħaġa normali. Fejn il-qerda tal-it ambjent naturali li għad fadal saret ħaġa ta' kuljum. Fejn id-drittijiet taċ-ċittadin li jgħix bi kwietu f 'daru qed jiġi mhedded mill- kostruzzjoni selvaġġa u bla rażan li ħakmet lil pajjiżna. Fejn qed jiżdiedu n-numru ta' nies li qed jgħixu fil-faqar. Jien u sħabi ma nemmnux li l-pajjiż huwa rassenjat għal dan. Anzi nemmu li l-pajjiż qed jgħajjat biex jagħti messaġġ li Malta u Għawdex jistgħu jikbru u jiżviluppaw mod ieħor. Nemmnu f 'pajjiż li jirrispetta d-drittijiet tan-nies. Li jippremja l-bżulija. Li jwieżen lil min għandu bżonn l-għajnuna b'mod ġenwin. Li jħares il-ġid komuni u l-ambjent. Nemmnu li t-8 ta' Ġunju huwa ċ-ċans uniku biex nagħtu dan il-messaġġ pożittiv ta' tama għal pajjiżna. HAWN MIN IPOĠĠI L-PARTITI FL-ISTESS KEFFA. GĦALIEX? Minkejja li huwa fatt li ż-żewġ partiti għamlu ġid lil pajjiżna matul is-snin, is-sistema politika tagħna qed tikkundanna liż- żewġ partiti li jirrepetu l-istess żbalji, amministrazzjoni wara oħra. Huwa veru li l-fawls ta' partit kultant ikunu ikbar minn ta' ieħor, imma l-pattern tal-fawls huwa simili: abbuż ta' poter, korruzzjoni, qerda tal-ambjent, tgħaffiġ fuq iċ-ċittadin iż- żgħir filwaqt li jiġi faċilitat il-bully b'saħħtu. ARNOLD CASSOLA MIRANA CALLEJA TESTAFERRAT DE NOTO PETER AGIUS Dawn huma biss siltiet mill-intervisti li saru. L-intervisti sħaħ se jkunu qed joħorġu matul il-ġimgħa fuq is-sit tal-ILLUM.