Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708
10 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 • illum opinjoni E jja niktbu l-istorja flimkien u fit-8 ta' Ġunju jiswielek tivvota aħdar. Għall-problemi tiegħek aħna għandna s-soluzzjonijiet. Jiswielek tivvota aħdar għal kwal- ità ta' ħajja aħjar, għal arja aktar nadifa, għal trasport u turiżmu sostenibbli ... M'għadx baqa' ħin ninħlew wara ħafna tidwir bil-kliem u kliem fieragħ. In-nies xebgħu bil-battibekki u l-politika ta' min jitgħajjar l-aktar u jrid politika propożittiva u proattiva li tista' tissarraf f 'ħajja aħjar għal kulħadd. Jiswielek li nsaħħu l-infrastruttura għal kulħadd: Maltin u mhumiex. Kemm-il siegħa minn ħajjitna qed naħlu ta' kuljum fit-traffiku biex immorru minn post għall-ieħor u nkopru distanzi qosra? Dan huwa ħin li ma jerġax jingħatalna lura. Irridu infrastruttura moderna li tinkludi, mhux biss il-karozzi, imma wkoll mezzi alternattivi oħra bħar- roti u bankini li tista' timxi fuqhom. Li tibqa' tippromovi b'kull mezz possibbli l-użu tal-karozza jwassal biex appuntu dawn jiżdiedu. Fejn f 'pajjiżi oħra ħadmu biex in-nies jinfatmu mid-dipendenza fuq il- karozzi, hawn Malta sar bil-maqlub b'konsegwenza li mhux biss żdied it- traffiku iżda wkoll it-tniġġiż fl-arja b'żieda fil-mard respiratorju. Jiswielek li Malta ma tibqax tintradam taħt il-bini. Ħafna mill-bini li qed jitla' jibqa' vakanti. Ma tagħmilx sens li nkomplu għaddejjin b'bini u tteħid ta' art agrikola mingħajr l-ebda ħsieb u ppjanar. Aħna m'aħniex kontra l-bini imma kontra l-bini bla ħsieb f 'infrastruttura li tiflaħ għalih b'sistema ta' elettriku u drenaġġ li tlaħħaq mad-domanda. Meta jsir abbuż, aħna hemm konna. Meta tkellimna kontra l-proġett tal-Mistra, hemm konna. Meta pprotestajna għat-teħid u l-bejgħ tal-kosta pubblika fil-Qawra, hemm konna. Meta tkellimna kontra l-impjant tat-tarmak tal- Imqabba, hemm konna. Meta tkellimna kontra l-għeluq tal-unika spiżerija f 'Burmarrad, hemm konna. Qatt ma bżajna nitkellmu b'kuraġġ u għall-ġustizzja maċ- ċittadini, fejn partiti oħra beżgħu jew injoraw il-karba tagħhom għax kellhom interessi oħra. Jekk m'intix kapaċi taqbeż għal pajjiżek f 'pajjiżek stess, kif tippretendi li se tagħmel dan fil-Parlament Ewropew b'aktar minn 700 membru? Jiswielek li l-liġijiet Maltin u Ewropej iservu ta' tarka li taħdem għal kulħadd. Li kulħadd jiġi trattat bl-istess mod quddiem il-liġi tidher xi ħaġa ovvja imma mhix. Għad hawn min jaħseb li jista' jagħmel li jrid u jilgħabha tal-bully għax jaf lil xi ħadd jew għandu ħbieb influwenti. Eżempji ta' din it-tip ta' mentalità qed narawha bil-mod kif qed jiġu injorati ċ-ċittadini a skapitu tal-businesses li qed jingumbraw bankini u anke toroq sħaħ a skapitu tar-residenti. Għadna kif rajna ambulanza li lanqas setgħet tgħaddi minn triq fil-Belt minħabba l-ammont eċċessiv ta' mwejjed u siġġijiet. Hemm bżonn li nibqgħu naħdmu biex ħadd ma jkollu trattament privileġġjat billi nsaħħu l-korp tal-pulizija u nagħtuh lura r-rispett li jixraqlu, inħallu l-ġudikatura taħdem fil-libertà, kif ukoll jibda jittieħed bis-serjetà l-infurzar. Hu frott dawn in-nuqqasijiet li kellna l-mewt ta' Jean Paul Sofia li miet sforz it-traskuraġni u l-korruzzjoni: mewt li tagħha għadu ma tħallasx il-prezz politiku. Il-membri parlamentari nesew li jridu jkunu ta' eżempju u jridu jerfgħu l-prezz ta' għemilhom. Jiswielek li l-ġid li tiġġenera l-ekonomija jissarraf f 'pagi aħjar u living income garantit. Li jkollok ekonomija sejra tajjeb huwa bżonn għax mill-ġid igawdi kulħadd. Imma meta dan il-ġid ma jitqassamx sew u l-flus ma jintużawx bil-galbu, il-ġid li miegħu suppost iġġib ekonomija b'saħħitha jintilef jew jitgawda mill-it. Li jkollna qafas Ewropew li jiggarantixxi living income għal kulħadd hija miżura li tiggarantixxi l-ġustizzja soċjali u ssaħħaħ lill-aktar batut fis-soċjetà. Mela fl-elezzjonijiet li jmiss jiswielek tivvota aħdar. Jiswielek għalik għall-kwalità tal-ħajja, għal saħħtek. Tibqax id-dar imma kun parti mill-bidla. Ikteb magħna l-istorja. Jiswielek tivvota Aħdar Sandra Gauci hija ċ-Chairperson u l-kandidata tal-Elezzjonijiet Ewropej tal-ADPD Sandra Gauci 'Tibqax id- dar imma kun parti mill-bidla. Ikteb magħna l-istorja.'