Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1521708
aħbarijiet illum • IL-ĦADD 2 TA' ĠUNJU 2024 05 YOUR VOICE IN EUROPE It's the time to confirm our resolve to move forward VOTE LABOUR And continue to vote for all Labour Party Candidates L-iskema tat-tapering: 'Strument eċċezzjonali biex tingħeleb in-nassa tal-faqar' Skont studju tal-Bank Ċentrali, l-iskema tat-tapering kienet strument eċċezzjonali biex tingħeleb in-nassa tal-faqar. L-istudju jinnota li wara l-introduzzjoni tal-iskema, l-għadd ta' persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali naqas b'mod konsiderevoli. Fil-fatt, skont l-analiżi li saret mill-ekonomista Kurt Sant, l-iskema tat-tapering irdoppjat il-probabbiltà li persuna fuq benefiċċji ssib impjieg. Il- probabbiltà li persuna titlef l-impjieg wara li tkun fuq l-iskema tonqos bi 11.8 punti perċentwali, u ladarba l-eliġibbiltà tal-iskema tintemm wara s-36 xahar, it li xejn dawn il-persuni jispiċċaw bla xogħol. Waqt it-tapering, bħala medja, persuna tirċievi aktar minn €6,800, jew madwar 26%, fi dħul addizzjonali. Il-benefiċjarji li jgawdu mill-akbar pagamenti bħala medja għandhom 36 sena jew aktar. 70% tal-pagamenti kollha marru għand nisa. Grazzi għall-iskema tat- tapering, il-Gvern iffranka madwar €46 miljun, jew madwar 0.3% tal- ġid nazzjonali f 'benefiċċji soċjali. Barra minn hekk, l-ekonomista tal-Bank Ċentrali jikkalkula li jekk wieħed jassumi li l-individwi kollha qalgħu biss paga minima, bejn l-2014 u l-2019, il-Gvern daħħal mill-inqas 15-il miljun ewro, jew madwar 0.1% tal-ġid nazzjonali, fi dħul addizzjonali. L-ekonomista Kurt Sant isostni li l-iskema tat-tapering wasslet biex madwar aktar minn 5,600 persuna daħlu f 'impjieg, li jammonta għal madwar 1.3% żieda fl-ammont ta' nies jaħdmu. B'riżultat ta' dan il-ġid nazzjonali, il-kapaċità produttiva ta' Malta żdiedet b'0.9%. B'hekk, filwaqt li r-rapport jikkonkludi li l-iskema tat- tapering kellha suċċess fil-ġlieda kontra l-faqar, din kellha impatt fiskali pożittiv qawwi u żżid is- sostenibbiltà fiskali. Skont studju tal-Bank Ċentrali, l-iskema tat-tapering kienet strument eċċezzjonali biex tingħeleb in-nassa tal-faqar