MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • NRU 921 3.60% p.a. MeDirect Bank is a participant in the Depositor Compensation Scheme established under the Maltese Laws. Rate is fixed and is quoted gross of tax on a per annum basis and is paid into a savings account. Accounts can be opened with a minimum of €100 and deposit must be kept in the account for the duration of the term. If a withdrawal is made, the rate will not be achieved. Terms and Conditions apply and are available upon request. MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, is licensed by the Malta Financial Services Authority under the Banking Act (Cap. 371). on a 6-month term deposit in Euro. Open an account online today. medirect.com.mt 2557 4400 I info@medirect.com.mt L-ewwel xelter kwir f'Malta, qed joqrob lejn il-ftuħ tiegħu PAĠNI 6 - 7 MARIANNA CALLEJA Il-votanti fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew sas-2pm tas-Sibt, kienu kważi 10% ogħla milli kienu fl-2019 bil-Kummissjoni Elettorali tirrapporta attendenza ta' 42.6%. Bl-istess mod, il- parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fis-2pm kienet ta' 41.1%. Madankollu, dawn iż-żewġ ċifri ġew ikkalkulati b'mod differenti mis-snin preċedenti. Fil-fatt għall-ewwel darba, mingħajr ebda spjegazzjoni, fiċ-ċifra tagħha l-Kummissjoni inkludiet il-votanti li pparteċipaw fl-elezzjonijiet bikrin. Dan filwaqt li l-persentaġġ ma jinkludix fih il-votanti kollha eleġebbli fil-pajjiż u minflok iċ-ċifra ġiet ikkalkulata fuq il- votanti eleġibbli li ġabru l-vot. Iċ-ċifra sas-2pm, skont votanti eleġibbli, mingħajr dawk li marru jivvutaw fl-elezzjonijiet bikrin, fl-2019, kienet ta' 32.3%. Din iċ-ċifra kienet eqreb lejn il-parteċipazzjoni fl-elezzjoni tal-2014, milli ta' din is-sena. Hemm 332,967 votant eleġibbli wara li 37,000 votant jew 10% tal-elettorat għażlu li ma jiġbrux id-dokument tal-vot tagħhom sa nofsillejl tal-Ħamis. Għalkemm mhux żgħir, in- numru ta' voti mhux miġbura huwa simili għal ħames snin ilu, li kienet sorpriża peress li kien mistenni jkun ferm ogħla minħabba l-informazzjoni konsistenti tal-votazzjoni li indikat rata ta' astensjoni ogħla din is-sena. 42.6% jivvotaw sas-2pm ... iżda ċ-ċifra mhux ikkalkulata bil-votanti reġistrati kollha EDITORJAL ELEZZJONIJIET 2024 X'hemm fil-kaxxa magħluqa? Filwaqt li fl-Ewropa l-elezzjonijiet għall- Parlament Ewropew kienu ffukati fuq it- temi Ewropej u fuq l-Ewropa inġenerali, f 'Malta l-kampanja elettorali kienet waħda lokali u provinċjali. Infatti sewwa għal Robert Abela u Bernard Grech, l-elezzjoni huwa test ta' appoġġ u fiduċja. Abela jrid bilfors iġib mat-tletin elf vot iktar mill-PN. U Grech irid inaqqas id-distakk sew u jtella' t-tielet siġġu. Matul il-kampanja it kienu dawk li kienu qed jagħtu kas l-argumenti dwar il-politika internazzjonali. Min-naħa l-oħra, il-messaġġ ewlieni kien dwar il-kompetenza tad- deputati Maltin. Il-kampanja tal-Partit Laburista dehret dipendenti fuq flejjes sew, waqt dik Nazzjonalista kienet ċertament ifqar. Il- kampanja tal-PN kienet waħda negattiva mhux bħal dik Laburista, filwaqt li l-kampanja ta' Roberta Metsola kienet imfassla fuq tema differenti u aktar pożittiva u separata mill- istrateġija tal-PN. IKOMPLI F'PAĠNA 11 L-istatistika maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali tgħid li ħarġu 42.6% jivvotaw, żieda sostanzjali milll-elezzjoni ta' qabel, iżda l-figura ma tinkludix il- votanti reġistrati kollha, waqt li tinkludi l-votanti fl- elezzjonijiet bikrija wkoll.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024