Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079
02 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU L-aspett ta' dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, l-istess Gemini se tkun dik il-ġimgħa fejn b'għaqal trid tagħraf tqassam, kemm dak li int qed tesperjenza, kif ukoll dak li hemm riesaq lejk. Wettaq bilanċ. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Cancer. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU L-aspett ta' dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Cancer se tkun ġimgħa fejn trid tkun aktar kunfidenti. Trid toħloq ambjent ta' kunfidenza ġewwa fik sabiex tkun kapaċi tmexxi aktar lilek innifsek. Iffoka. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Taurus. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN) MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU L-aspett ta' dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Libra se tkun ġimgħa li min issa 'l quddiem trid tkun aktar iffokat lejn il- karriera. Analizza. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Aquarius. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT) MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR L-aspett ta' dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa fejn trid tagħti ħarsa madwarek sabiex tagħraf xi trid u x'hemm bżonn. Irrifletti. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Aries. Namaste. TAURUS (IT-TAWR) MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU L-aspett ta' dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Gemini, għalik, Taurus se jkun il-bidu ta' fażi fejn issa għandek dik l-opportunità li kapaċi tkattrek minn kull angolu. Ħares biss 'il quddiem. Iż-żodjaku ta' ispirazzjoni għalik huwa ż-żodjaku ta' Gemini. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-aspett ta' Qamar Ġdid (New Moon) għaż-żodjaku ta' Gemini MILL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU SAS-SIBT 15 TA' ĠUNJU Mara ta' 32 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f 'diffikultà waqt li kienet qed tgħum ma' grupp fil-baħar madwar Kemmuna. Il-każ seħħ is-Sibt waranofsinhar għall-ħabta tas- 1pm, it wara li l-mara, ta' nazzjonalità Ċiniża, niżlet tgħum flimkien ma' grupp. It-tfajla ngħatat l-ewwel għajnuna minn voluntiera tal-Emergency Response Rescue Corps (ERRC), u wara twasslet sal-Port tal-Imġarr. Minn hemm, it-tfajla, li kienet mitlufa minn sensiha, ittieħdet lejn l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, b'ambulanza. Dwar dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech, waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. Raġel ta' 52 sena, residenti Ħ'Attard, ġie arrestat il- Ġimgħa waqt li nqabad jisraq minn binja fin-Naxxar. Huwa ġie rrapportat dieħel fil-binja, fi Triq San Ġorġ, in-Naxxar, għall-ħabta tal-10:30pm. Persuni fl-akkwati mill-ewwel ċemplu l-pulizija b'suspetti li dan daħal bla permess. Uffiċjali tal-Pulizija li waslu fuq il-post sabu d-dawl mixgħul, iżda malli identifikaw ruħhom id-dawl intefa' u nstema' ħoss ta' ħġieġ jinkiser. Il-pulizija indunaw it wara bir-raġel jipprova jaħrab minn tieqa li kien għadu kif kisser, ġrew warajh u arrestawh. Investigazzjonijiet fuq il-każ diġà kixfu li r-raġel wettaq mill-inqas 12-il serqa oħra fl-aħħar jiem. Huwa qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, sakemm tressaq quddiem il- Maġistrat Monica Vella. Dan hu t-tieni każ, fi it sigħat, fejn il-Pulizija sfrattat serqa waqt li kienet qed isseħħ. Fil-fatt, il-Ħamis, Taljan ta' 30 sena residenti Birżebbuġa nqabad waqt li kien qed jisraq minn stabbiliment f 'San Ġiljan. Hu wkoll wettaq diversi serqiet oħra, u tressaq il- Qorti s-Sibt. Fil-periklu tal-mewt wara li ssib ruħha f'diffikultà tgħum madwar Kemmuna Pulizija tisfratta serqa fin-Naxxar