MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti It-Tigra ta' Wales, Tom Jones, f'Malta f'Lulju li ġej Tħabbru dettalji dwar il-kunċert li l-kantant ta' fama internazzjonali Tom Jones se jagħmel f 'Malta dan is-sajf. Jones, magħruf aħjar bħala 't-Tigra ta' Wales' se jagħmel kunċert fiċ-Ċentru tal- Fieri u l-Konferenzi, l-MFCC f 'Ta' Qali, nhar is-16 ta' Lulju li ġej. Il-melodiji tal-kantant veteran huma famużi bħala taħlita ta' ġeneri pop, country, dance, soul u gospel. Huwa rċieva bosta unuri, inkluż Grammy Award, diversi Brit Awards u l-Music Industry Trust Award, u biegħ aktar minn 100 miljun diska. Fost il-melodiji eċċellenti ta' Jones hemm "Green, Green Grass of Home", "Delilah", "She's a Lady", "Sex Bomb", u cover ta' "Kiss" ta' Prince. Jones jibqa' mfakkar ukoll mill-fanatiċi taċ-ċinema għall-kanzunetta tematika għall-film ta' James Bond Thunderball (1965). Il-kunċert ta' Jones qed jiġi organizzat minn greatt u NnG. Il-biljetti għall-kunċert ta' Jones jinsabu għall-bejgħ mil-lum f 'nofsinhar u jistgħu jinxtraw minn showshappening.com. Teatru Manoel, b'kollaborazzjoni ma' RPL Malta u Calma Management, se jkun qed jorganizza 'Laura Marzadori in Concert' nhar il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2024 fit-8:30pm. Il-prestazzjoni tal-kunċert se ddur ma' Laura Marzadori, il-mexxejja tal-Orkestra Teatro alla Scala b'Eugenio Silvestri fuq il-vjolin, u t-talenti lokali Francis Camilleri u Bettino Farrugia, it-tnejn fuq il-pjanu. Il-programm innifsu se jikkonsisti fi Trio dei Birilli di Mozart, J. Brahms Trio op. 40 (viola al posto del corno) u Kunċert D. Shostakovich: 5 Pezzi. Laura Marzadori ngħaqdet mal-Orkestra Teatro alla Scala bħala 'l-Ewwel Vjolin' fl-2014, fl-età ta' 25 sena biss. Qabel ħadet din il-kariga hija kienet iddoqq biss bħala solista u bħala vjolinista tal-mużika chamber, iżda qatt f 'orkestra. Madankollu, il-membri tal-kummissjoni b'Daniel Barenhoim bħala l-president tagħha, eleġġewha b'mod unanimu bħala l-concert master. F'dan ir-rwol hija ħadmet ma' wħud mill-akbar diretturi fid-dinja: Barenboim, Chailly, Gatti, Harding u Pappano. Fl-2004 rebħet il-Konkors Nazzjonali 'Andrea Amati' għaż-Żgħażagħ Vjolinisti. Iċ-chairman ta' dik il-ġurija kien il-vjolinista famuż Salvatore Accardo li ħadha għal dawn il-korsijiet internazzjonali prestiġjużi tagħha fl-Akkademja Stauffer fi Cremona u fl-Akkademja Chigianao fi Siena fejn għal sentejn konsekuttivi ngħatat id-Diploma tal- Unur mogħtija lill-aqwa studenti. Il-biljetti ta' 'Laura Marzadori in Concert' qed jinbiegħu bi prezzijiet varji €30, €25, €20 u €10. Skontijiet huma disponibbli għal studenti u anzjani. Għal biljetti tal-kunċerti idħol fuq www.teatrumanoel. mt jew ċempel fuq (+356) 2124 6389. 'Laura Marzadori in Concert' fit-Teatru Manoel Laura Marzadori ngħaqdet mal-Orkestra Teatro alla Scala bħala 'l-Ewwel Vjolin' fl-2014, fl-età ta' 25 sena biss

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024