MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum Is-sidien tal-Aria jfittxu żgumbrament ta' kerrej li kera parti mill-kumpless bla permess Il-kumpanija propjetarja tal- Kumpless Aria fl-Iklin talbet lill-Qorti biex tkeċċi kumpanija li torganizza avvenimenti hemmhekk, wara li allegatament kisret il-kuntratt tal-kiri tagħha. Is-sidien allegaw li l-kerrej kera l-art lil terza kumpanija, tal-istess sid, Dominic Micallef. Micallef huwa s-sid tan- Nightclub Tattingers fir-Rabat, iżda bħalissa qed jipprova jbiddel l-istess art fir-Rabat f 'lukanda. Is-sidien tal-kumpless Aria jakkużaw lil Micallef li opera minn u ospita avvenimenti fi żvilupp illegali li l-MEPA qed titlob li jitneħħa, f 'żona fejn avvenimenti bħal dawn huma meqjusa bħala illegali mill- MEPA. F'applikazzjoni mressqa riċentement quddiem il-Bord tar-Regolazzjoni tal-Kera mis- sidien ta' Aria, Martan Limited, kontra Dominic Micallef u Signature Entertainment Festivals Limited, ġie sostnut li DJRL Dance Ltd kienet qed tikri l-proprjetà f 'Novembru tal-2021 u li minn dak iż-żmien, kien twettaq numru ta' xogħol illegali. Martan Ltd qalet li riċentement skopriet li DJRL Dance kienet kriet ukoll il-post lil Signature Entertainment Limited. Intant, issemma wkoll kif minkejja li obbliga ruħu li jneħħi l-kostruzzjonijiet illegali, DJRL Dance kien naqas milli jagħmel dan u kien ostakola lil Martan Ltd meta kien ipprova jagħmel l-istess xogħol. Ir-rikors, iffirmat mill- Avukati Franco Galea u Chantel Muscat, jgħid li għalhekk qed jitlob l-iżgumbrament ta' DJRL Dance. Micallef u grupp ieħor ta' kumpaniji li hu marbut magħhom, huma wkoll suġġetti ta' każ separat ippreżentat minn Seasport Ltd, li qed titlob €1,270,000 mingħand is- SEG Concessions Limited ta' Micallef, b'rabta mal-bejgħ tal- Mambo Beach Club fl-Armier. Fil-każ ta' Seasport Ltd, l-atturi jallegaw li SEG Concessions kienet qed tiddevja d-dħul mill-operat tal-Beach Club lill-kumpaniji oħt tagħha, billi ċċaqlaq fondi minn kumpanija għal oħra biex tevita li tħallas kredituri privileġġjati. Il-Qorti f 'dan il-każ qed tintalab "tneħħi l-velu korporattiv" ta' SEG Concessions Ltd, SEG MBO Ltd u SEG Holdings Ltd u twarrab il- personalitajiet ġuridiċi separati tal-kumpaniji biex tosserva li Micallef huwa l-uniku sid benefiċjarju tagħhom kollha. l-Kumpless Aria fl-Iklin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024