MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 9 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522079

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 9 TA' ĠUNJU 2024 • illum aħbarijiet Xhur wara, jintaħaq ftehim u l-MUT jerġa' jibdielha F'Novembru tal-2023, il-Union Maltija tal-Għalliema tagħmel strajk ta' ġurnata. Xhur wara terġa' tiddikjara tilwima kummerċjali mal-Gvern. Ftit jiem wara jiltlaħaq ftehim, imma l-MUT jerġa' jibdielha. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-ġrajjiet kif seħħew. MARIANNA CALLEJA Għadda kważi xahar mid- deċiżjoni tal-Union Maltija tal- Għalliema (MUT) li jirreġistra tilwima kummerċjali mal- Gvern dwar in-negozjati tal- Ftehim Settorjali. Dan filwaqt li ħabbar ultimatum lill-Gvern. Imma f 'dawn it-22 ġurnata seħħew bosta andamenti, tant li rajna ultimatum mill-MUT lill-Gvern, u anke saħansitra lill-Ministeru tal-Edukazzjoni jkellem lill-għalliema minn jeddu, u ħafna aktar. Dan li ġej huwa silta ta' dak li seħħ fl-aħħar ftit ġimgħat. 17 TA' ME JJU 2024 L-MUT tieħu d-deċiżjoni li tirreġistra tilwima kummerċjali mal-Gvern u tħabbar ultimatum. L-MUT tgħid li esperjenzat rigressjoni ta' negozjati fil- ġimgħa li għaddiet u dan wassal għad-dikjarazzjoni ta' sfiduċja fil-fergħat tan-negozjati tal- Gvern li hija t-Taqsima tar- Relazzjonijiet Industrijali (IRU). L-MUT tgħid li għandha jdejha marbuta, u għalhekk tagħti lill-Gvern ġimgħa biex ifittex riżoluzzjoni għas- sitwazzjoni preżenti. L-MUT tgħid li l-membri tagħha huma ddiżapuntati li l-Gvern għamel ftehim dwar gradi tekniċi fl-iskejjel "minn wara daharhom." Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ma ħalliex il-ġurnata tgħaddi, u ħeġġeġ mal-ewwel l-MUT biex fil-laqgħat mal-edukaturi tinforma lill-membri b'dak li ġie propost min-naħa tal-Gvern, inkluż il-proposti finanzjarji. Il-Ministeru qal ukoll li lest jitkellem mal-MUT, u estenda stedina biex issir laqgħa oħra bejniethom. 20 TA' ME JJU 2024 Tlett ijiem wara, l-MUT toħroġ stqarrija taħraq, takkuża lill-Gvern li tella' ħajt għoli f 'nofs in-negozjati. Din l-istqarrija ġiet wara li l-Gvern introduċa dokument komprensiv li kien qed jiġi diskuss bejnu u bejn l-MUT. F'komunikazzjoni mal- edukaturi membri tagħha, l-MUT tgħid li mill-ewwel irrifjutawh "għax kien rigressjoni ta' dak li konna qed ninnegozjaw u kien se jistaġna n-negozjati. L-MUT timxi bit-tilwima industrijali u thedded li teskala s-sitwazzjoni bl-introduzzjoni ta' diversi direttivi inkluż strajk tal-għalliema f 'nofs il-perjodu tal-eżamijiet. Il-Gvern hawn jgħid li se jippubblika l-proposti tal- ftehim, bl-MUT tgħid li dan hu "theddid." L-MUT tavża lill-membri tagħha li l-ftehim għadu fi stadju bikri, u dak li jista' jippubblika l-Gvern "ma jirriflettix dak li l-MUT qed taspira għall- edukaturi." Fl-istess ġurnata, il-Partit Nazzjonalista joħroġ għonqu għall-għalliema, u jgħid li "l-Gvern qiegħed jilgħab bil- kliem u mhux jagħti l-fatti kollha." Il-kelliema tal-PN Justin Schembri u Ivan Castillo jakkużaw lill-Gvern li qiegħed jonqos milli jippreżenta lill-edukaturi kollha dak li ilu jwiegħed, u li l-pakkett finanzjarju ma jsostnix il- wegħda elettorali ta' "żieda sostanzjali". 24 TA' ME JJU 2024 Il-Gvern u l-union tal- għalliema jilħqu jaqblu fuq ftehim kollettiv għall-edukaturi. Il-Ministru jgħid li l-MUT se tinforma lill-membri tagħha u tressaq il-ftehim għall- approvazzjoni. In-negozjati, li kienu ilhom għaddejjin xhur, waslu biex ftehim jiġi approvat b'mod anonimu mill-Kunsill tal- MUT qabel jittieħed għall- approvazzjoni tal-membri. Il- membri ġew avżati li laqgħa fiżika dwar il-ftehim se ssir fit- 30 ta' Mejju fl-4pm. F'post fuq il-pjattaforma X, Robert Abela laqa' l-konklużjonijiet tal-ftehim kollettiv f 'negozjati mal-MUT, filwaqt li faħħar lill-Ministeru u l-Ministru Clifton Grima tax- xogħol u d-dedikazzjoni. Il-Kelliem tal-PN għall- Edukazzjoni Justin Schembri qasam immaġni bit-titlu: "X'ironija. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni titkellem dwar il-benessri tal- istudenti u tal-edukaturi. Se nieqaf hawn għalissa." 31 TA' ME JJU 2024 Waqt laqgħa taħraq, l-MUT tipposponi l-proċess tal-vot tal-ftehim settorali. Tgħid li ma kinitx sodisfatta bir- risposta bil-miktub imsejħa finali mingħand il-Gvern u li ma kinitx se tindirizza l-ilmenti ta' sezzjonijiet ta' edukaturi li semmew waqt il-laqgħa ta' ġurnata qabel. L-MUT tgħid ukoll li kunfidenti li dan il-posponiment se jwassal sabiex fiż-żmien li ġej isiru l-laqgħat kollha neċessarji mal-Gvern u mal-membri li jwasslu biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet pendenti u jkun jista' jinbeda mill-ġdid il-proċess tal-votazzjoni. Intant, il-Ministeru għall- Edukazzjoni tisħaq li l-edukaturi għandhom jingħataw stampa ċara ta' dak offrut. Fi stqarrija, il-Ministeru appella biex il-partijiet involuti jiddiskutu l-proposti tal-Gvern. Il-Ministeru jgħid li qatt m'għandu jiġi ppreġudikat ir- rispett lejn l-edukaturi, it-tfal u s-sostenibbiltà, u li għadu jemmen li l-pakkett finanzjarju li qed joffri huwa aħjar minn qatt qabel. 1 TA' ĠUNJU 2024 L-MUT u l-Gvern jerġgħu jiltaqgħu fuq il-mejda tan- negozjar. Fuq l-istazzjon tar- radju tal-Knisja, il-President tal-MUT Marco Bonnici jispjega li waqt laqgħa mal-membri, l-għalliema qajmu numru ta' punti li ħassew li kienu nieqsa mill-ftehim. Mingħajr ma jispeċifika t-tliet punti mqajma, Bonnici jgħid li l-union ħasset il-bżonn għal aktar diskussjoni mal-Gvern. Dan kollu wassal biex jiġi pospost il-proċess tal-vot dwar il-ftehim tal-edukaturi. 5 TA' ĠUNJU 2024 L-edukaturi u l-għalliema fl- iskejjel tal-istat iqumu b'ittra personalizzata mill-Gvern, b'dettalji dwar kif il-pakkett il-ġdid se jolqothom jekk il- ftehim settorjali jiġi approvat. L-ittri ġew iffirmati mis- Segretarju Permanenti fil- Ministeru tal-Edukazzjoni u s-Segretarju Permanenti fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-ittri jagħtu analiżi tal- pakkett finanzjarju tal- edukaturi skont l-iskali u gradi differenti li qegħdin fihom kull għalliem. 7 TA' ĠUNJU 2024 L-MUT titlob lill-membri tagħha sabiex japprovaw mozzjoni għall-estensjoni tal- mandat tal-kunsill. Il-Kunsill ifakkar li bħalissa l-union qed tinnegozja mal- Gvern l-iffirmar tal-ftehim kollettiv ġdid għall-edukaturi wara li l-vot ġie pospost. F'ittra mibgħuta lill- membri, l-MUT tgħid li tinsab "f 'ċirkostanzi straordinarji" fid- dawl tan-negozjati mal-Gvern u t-tilwim industrijali li għadu fis-seħħ. Tgħid li se tagħmel konferenza ġenerali straordinarja fl-14 ta' Ġunju, fejn il-membri tal-union ikunu jistgħu jivvotaw fuq il- mozzjoni li tara l-mandat estiż b'sitt xhur u minflok jintemm fl-1 ta' Lulju, jintemm fl-aħħar ta' Diċembru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 9 June 2024