Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631
Fl-1946 Cornel Wilde ħadem il-parti tat-tifel ta' Robin Hood f 'Bandit of Sherwood Forest; Jon Hall kien Robin fi Prince of ieves (1948); fl- 1950 din id-darba John Derek interpreta l-parti tat-tifel tiegħu f 'Rogues of Sherwood Forest; kien Robert Clarke li fl-1952 ħadem tal-maħrub eroj f 'taħlita jisimha Tales Of Robin Hood. F'dik l-istess sena fil-Gran Brittanja Walt Disney iffilmja lil Richard Todd bħala l-bniedem liebes l-aħdar f 'e Story of Robin Hood and his Merry Men li kellu suċċess moderat, imma ta' min jgħid li l-veru foresta ta' Sherwood dehret hawn għall-ewwel darba fuq il-liżar ċinematografiku. Fil-film tal-1952 Ivanhoe, Robin Hood jidher biss f 'parti żgħira interpretata minn Harold Warender. Xogħol ieħor mir- Renju Unit, Men Of Sherwood Forest (1956) kellu li Don Taylor bħala Robin. Son Of Robin Hood ukoll maħdum fir-Renju Unit ma kien it-tifel xejn, imma t-tifla ta' dan il- leġġendarju, parti maħduma minn June Laverick. L-iżjed attur li saddad f 'dan l-irwol kien l-Ingliż Richard Greene li ħadem f '165 episodju ta' nofs siegħa l-wieħed fuq it-TV, kif ukoll fl- 1961 ġo film normali bl-isem ta' Sword of Sherwood Forest. Fl- 1967 Barrie Ingham aċċetta din il-parti f 'A Challenge for Robin Hood. Kienet il-kumpanija Disney li fl-1973 ipproduċiet il-film cartoon (animat) Robin Hood, bil-protagonist ikun volpi. Robin and Marian (1976) kienet produzzjoni kurjuża fejn Sean Connery u Audrey Hepburn interpretaw il-partijiet ta' Robin Hood u l-maħbuba tiegħu Maid Marian xi 20 sena wara, issa anzjani li jgħaddu minn ħafna diffikultajiet u perikli. Xogħol ieħor Brittaniku kien Wolfshead: e Legend of Robin Hood (1973), film qasir. Serje ġdida għat-TV dehret fl-1984, Robin of Sherwood. Patrick Bergen ħadem din il-parti flimkien ma' Uma urman bħala n-novizza Maid Marian f 'Robin Hood (1991), xogħol pjutost serju. Malajr dan il-film intesa meta kważi miegħu beda jintwera Robin Hood: Prince Of ieves (1991) bl-attur Kevin Costner li f 'dik is-sena kiseb suċċess enormi, għalkemm l-unuri marru għall- mibki Alan Rickman bħala l-viljakk Sheriff of Nottingham. Dan il-film spettakulari kien immodellat it jew wisq minn fuq dak tal-1938 ta' Errol Flynn, e Adventures of Robin Hood li wkoll kellu suċċess tajjeb fi żmienu. L-aħħar film denju ta' nota fuq dan il-maħbub karattru kien jismu wkoll Robin Hood (2010), dirett minn Ridley Scott b'Russell Crowe bħala Robin Longstride li jsir il-vagabond tal-foresta Sherwood u jieħu l-isem ta' Robin Hood però li jirrakkonta l-inċidenti kollha li ġraw qabel ma' dan l-eroj ħarab mil-liġi. L-istorja ta' Robin Hood: Prince Of ieves fil-qosor hi din: Is-sena 119 WK. Matul it- Tielet Kruċjata mmexxija mir- Re Richard the Lionheart (Sean Connery), Robin of Locksley (Kevin Costner) jinqabad f 'Ġerusalemm, imma jaħrab ma' ħabibu Peter u l-priġunier Għarbi Azeem (Morgan Freeman). Peter jinqatel, imma qabel jitlob lil Robin jindokra lil oħtu Marian (Mary Elizabeth Mastrantonio). Robin u Azeem jirritornaw lejn l-Ingliterra u Azeem jinsisti li se jibqa' hemm sakemm ipattiha bit-tajjeb lil Robin talli salvalu ħajtu. Lura f 'Nottingham isib li missieru nqatel u l-kastell imħarbat. Duncan, seur xiħ li għamewh jgħid lil Robin li missieru, Lord Locksley inqatel mix-Xeriff ta' Nottingham (Alan Rickman) talli ma riedx jingħaqad ma' dawk li riedu jieħdu t-tron mingħand Richard. Robin, Azeem u Duncan isibu kenn fil-foresta ta' Sherwood u hemm jiltaqgħu ma' grupp ta' briganti mmexxija minn Little John (Nick Brimble) u Will Scarlett (Christian Slater). Meta Robin jirbaħ lil John f 'taqtigħa biz-zkuk, hu jsir il-kap tagħhom u ta' diversi oħrajn li sabu refuġju hemm mill-qilla tax- Xeriff. Huma jaħtfu taħt idejhom kaxxaforti mimlija flus u rikkezzi mis-suldati tax-Xeriff u Maid Marian tibda turi rispett lejn Robin. Ix-Xeriff jaħtaf lil Maid Marian biex jiżżewwiġha billi hi tiġi mill-qrib mir-re. Wara ġlieda ħarxa fejn ħafna min-nies ta' Robin jinqabdu priġunieri, hu, Azeem u oħrajn jinfiltraw il-kastell tax-Xeriff u wara dwell aħrax, Robin joqtol lix-Xeriff, mhux qabel ma' Azeem isalvalu ħajtu. Robin u Marian jiżżewġu u fit-tieġ tagħhom ikollhom sorpriża – il-preżenza tar-Re Richard innifsu li jagħti l-libertà lil dawk kollha li kienu moħbija fil-foresta. Dan l-eroj folkloristiku żgur li se jibqa' popolari mal- ġenerazzjonijiet ta' wara u b'hekk, fil-futur wieħed jistenna li se jinħadmu aktar films dwaru anki fuq it-TV u joħorġu iżjed kotba avventurużi dwaru. 14 films IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum Carmel Bonnici Robin Hood – L-eroj/ruffjan tal-folklor Ingliż (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Alan Rickman fil-parti ta' Sheriff of Nottingham fil-film Robin Hood: Prince of Thieves (1991) The Bandit of Sherwood Forest: L-avventuri ta' Robert ta' Nottingham, iben Robin Hood