MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum 04 Elezzjoni tal-Kunsilli Lokali: L-elezzjonijiet ġew u marru, u issa wasal il-perjodu fejn il- partit politiċi jpoġġu bilqiegħda u jaħsbu fuq x'mar tajjeb u ħażin. Il-gazzetta ILLUM tanalizza dak li seħħ fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. MARIANNA CALLEJA Iż-żewġ partiti rebħu, iż-żewġ partiti tilfu. Partit serju jrid jaċċetta n-numri kif inhuma u jitgħallem minnhom jekk irid jikseb l-għanijiet aħħarin tiegħu. Dan m'għandniex għalfejn ngħiduh aħna, il-partiti jafuh. Iżda jekk nagħtu ħarsa lejn in- numri, is-siġġijiet, it-tragwardji u d-diżappunti, nistgħu noħorġu wkoll bil-konklużjonijiet tagħna. IL-PARTIT NAZZJONALISTA JAKKWISTA ĦAFNA, IŻDA GĦADU 'L BOGĦOD L-istorja politika Maltija dejjem rat lill-Partit Laburista jiddomina dawn l-elezzjonijiet, bil-Partit Nazzjonalista jsofri l-agħar riżutat tiegħu fl-2019 meta d-distakk kien mess is-47,000 vot. L-għajjat u t-twerżiq minn qiegħ qalb in-Nazzjonalisti fis-Sala tal- Għadd tal-Voti żgur mhux forsi servew ta' tama għan-Nazzjonalisti li kienu qatgħu qalbhom li qatt xi darba se jerġgħu jisimgħu l-innu tal-partit fin-Naxxar. Għal partit li għamel l-aħħar 10 snin ma jafx x'laqtu, u frankament jimxi skont il-kurrent, il-Partit Nazzjonalista, f 'tal-Ewropej iktar minn tal-Kunsilli Lokali, għamel passi kbar. Ġab lura ħafna, u dan ma nistgħux niċħduh, iżda li ġab mhux biżżejjed. Frankament, ħarsa lejn il-partit u tinduna li b'ħalqu miuħ, bi lsienu barra, għadu it 'il bogħod fit-tellieqa. Il-PN rebaħ lura lokalitajiet importanti u kbar, inkluż il-Mosta, San Pawl il-Baħar, u l-Imsida. Rebaħ b'distakk komdu s-Siġġiewi wkoll, anke wara li l-Qorti ddikjarat frodi elettorali. Ir-raħal kwiet fil-Punent ta' Malta, fortizza Nazzjonalista ra it azzjoni mhux ħażin din is-sena, u ma kinitx ta' sorpriża li l-għajnejn kollha waqgħu fuqu l-Ġimgħa filgħaxija. Tradizzjonalment blu, is- Siġġiewi kien intilef mill-PN u mar għand il-Partit Laburista fl-2019, b'differenza ta' 70 vot biss. Issa ntrebaħ lura mill-Partit Nazzjonalista b'938 vot. Fl-istess waqt il-Partit Nazzjonalista rebaħ 20 siġġu aktar minn dak li rebaħ fl-2019, u b'hekk naqqas id-distakk fis-siġġijjiet minn 88 fl-2019 għal 44 din is- sena. L-ikbar ċelebrazzjoni għall-PN tiġi wara ħarsa lejn x'tilef u rebaħ kull partit ikkumparat mal-2019. Fil-fatt, filwaqt li l-Partit Laburista tilef 15,747 vot, il-PN rebaħ 11,114. Minkejja dan, is-suċċess ma kienx kbir daqskemm kien fl- elezzjonijiet tal-Ewropa, fejn il-PN irnexxilu jniżżel id-distakk taħt id- 9,000 vot. Apparti minn hekk il-ħoss tiegħu tant kemm ma kienx b'saħħtu daqskemm ittama, illi għen biex l-indipendenti u l-partiti ż-żgħar jisirqu ħames lokalitajiet minn idejn il-Labour u jdendlu d-destin tal-kunsill lokali fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Hemm fost l-oħrajn, il- lokalitajiet tal-Mellieħa, u anke ta' Ħaż-Żebbuġ. Għaldaqstant, l-ikbar mistoqsija li jrid jistaqsi lilu nnifsu l-PN huwa, xi l-marelli ġara fil-Belt Valletta. Bejn siġġijiet fin-nofs, żibel akkumulat, storbju li jqażżek u nuqqas ta' parkeġġ, il-Beltin kienu ċari li matul l-aħħar snin xebgħu. Imma r-rabja tagħhom minflok irriżultat f 'tibdil fit-tmun u voti għall-PN, sarrfet biss għal bidla f 'sindku Laburista u żieda ta' voti għall-partit Residenti Beltin. Għaliex il-Beltin ħassew li l-Partit Nazzjonalista ma jistax ikun gvern lokali alternattiv għalihom? Tajjeb ngħidu li fil-Belt Valletta, il-Partit Nazzjonalista kellu l-aktar telf ta' voti, bi 370 vot inqas mill-2019. IL-LABOUR REBAĦ ... IMMA M'GĦANDUX JIFRAĦ WISQ Il-Partit Laburista ħareġ il-Ħadd li għadda mis-Sala tal-Għadd tal-Voti, ma jafx jekk għandux jifraħ jew jitbikkem. Li titlef iktar minn 30,000 vot mhux ċajta. Kien għalhekk li kien hemm bosta fi ħdan il-PL imbeżżgħa li l-istorja se tkun l-istess f 'tal-Kunsilli. Iżda l-biża' ma mmaterjalizzatx, u għalkemm id-daqqa ħadha, ma kinitx daqqa kbira u l-partitarji sintendi ferħu xorta, għax fuq il- karta r-rebħa tal-Labour hi. Minkejja kollox irridu ngħidu li l-Partit Laburista tilef il- voti fi kważi kull belt f 'Malta u Għawdex. It-52% li rebaħ il- Labour f 'din l-elezzjoni jista' jkun hi maġġoranza, iżda hi wkoll tnaqqis qawwi ta' kważi sitt punti perċentwali mill-2019. Dak li kien xi darba distakk ta' 18-il punt perċentwali bejn iż-żewġ partiti ewlenin issa niżel f 'ċifra waħda, bi it inqas minn 8%. Dawk il-it punti perċentwali, flimkien mas-suċċess tal-kandidati indipendenti, ħalla prattikament kull lokalità bbilanċjata fuq xifer ta' sikkina. Għandek Pembroke, bħala eżempju, baqa' mmexxi mil- Labour b'seba' voti biss. Tilef il-maġġoranza fil-Mellieħa, tilef l-Imsida, San Ġwann u s-Siġġiewi, tlieta mill-ibliet li kien ħakem bla tbatija ta' xejn fl-2019,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024