MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 05 Reference: PT007/24 Petromal Co. Ltd., is issuing the following tender: CALL FOR TENDERS Opening Date: 19/06/24 | Closing Date: 15/07/24 Further information may be obtained by visiting our website www.enemed.com.mt or by sending an email on tenders.enemed@enemed.com.mt Petromal Company Ltd LAP121, Luqa Aviation Park, Vjal L-Avjazzjoni, Luqa T (356) 2220 8230 | M (+356) 9943 0035 | E info@petrmal.com.mt | W enemed.com.mt TENDER FOR THE DISMANTLING OF STRUCTURES AND OTHER INFRASTRUCTURE AS PART OF THE DECOMMISSIONING WORKS AT SAN LUCJAN OIL TERMINAL, IN QAJJENZA Min se jaqbad jifraħ? u tilef il-battalja kompletament fil- Mosta. Anke fl-irħula li rebaħ, anke fil-fortizzi ħomor, il-maġġoranza naqset. Għandek lokalitajiet bħall- Qrendi, iż-Żurrieq, u Santa Luċija, li l-Partit Laburista ma kien qatt jemmen li se jitlef iktar minn ħames punti perċentwali f 'kull wieħed. F'Marsaskala, bejn il-marina u ż-Żonqor, il-Labour tilef 14-il punt perċwentali. Ħarsa lejn il-gżira oħt, fil-Qala, il-partit tilef 18-il punt perċentwali minkejja li ggranfa ma' Paul Buttigieg u ġab rebħa għal Qalin bil-bidla fil-pjanijiet lokali. B'kollox, il-partit tilef 15-il siġġu, u b'hekk il-maġġoranza preċedenti tiegħu ta' 79 siġġu naqset kważi bin-nofs. Kif kienet dik li kitbu fuq il- karta tal-vot? Alla jaħfer, Alla jinsa imma jien m'iniex Alla? Konna ngħidu hawn l-apatija, imma wara elezzjoni bħal din ngħidu li hawn ir-rabja. In-nies ma jinsewx, in- nies xebgħu, in-nies tkellmu. Ħaġa waħda jrid iżomm f 'moħħu l-Labour, dak li għandek tirhan, bigħu. LOKALITAJIET BLA MAĠĠORANZA TAW KULUR ĠDID IL-MAPPA Fuq il-mapep maħruġa mill- midja beda jfeġġ kulur isfar jew oranġjo fuq uħud mil-lokalitajiet. Filwaqt li l-elezzjoni tal-2019 rat żewġ kunsilli mdendlin biss, it-tnejn f 'Għawdex, din id-darba, kandidati indipendenti jew ta' partiti żgħar xaqilbu l-bilanċ tal- poter f 'xi bliet ewlenin Maltin. Birkirkara, waħda mill-bliet l-aktar popolati fil-pajjiż, se tara lill-kandidat indipendenti Kaylocke Buhagiar bilqiegħda bejn sitt siġġijiet tal-PL u sitt siġġijiet tal-PN. Buhagiar, eks kunsillier tal-PL, it li xejn kellu diffikultà biex jiġi elett, u rebaħ siġġu fl-ewwel għadd. Min-naħa l-oħra, f 'Ħaż-Żebbuġ is-suċċess ta' Steve Zammit Lupi fl-aħħar ħames snin sarraf f 'aktar minn 2,000 vot. Għal siġġu, ħa tnejn, u fuqu poġġa 'l ommu Lillibeth. F'sitwazzjoni simili, fil-Mellieħa, Matthew Borg Cuschieri, ħa wieħed mid-disa' siġġijiet tal- kunsill, filwaqt li ż-żewġ partiti l-kbar qasmu l-erbgħa li kien fadal. Fil-Furjana konna ilna it naraw l-indipendenti jiżżerżqu it, iżda din is-sena, Nigel Holland, kien vot wieħed biss 'il bogħod milli jiġi elett fl-ewwel għadd, u faċilment rebaħ siġġu ladarba wiret li kien baqa'. Holland se jingħaqad fil- kunsill ma' żewġ kunsilliera tal-PN u tnejn oħra tal-PL inkluż l-eks gowler tat-tim nazzjonali Justin Haber. Fl-Għarb mhux se jkun kandidat indipendenti li jħassar il-gost tal-partiti l-kbar, iżda l-grupp residenti Għarb l-Ewwel, li eleġġa tnejn mill-kandidati tiegħu, David Apap u Lisa Marie Brooke. Dawn se jingħaqdu maż-żewġ kunsilliera tal-PL u l-uniku rappreżentant elett tal-PN. IT-TURN OUT QATT MA KIEN DAQSEKK BAXX Fit-tellieqa bejn iż-żewġ partiti daħħal denbu t-turn out, li għal din is-sena niżel it inqas minn 60%. Għall-ewwel darba fl-istorja elettorali riċenti ta' Malta, it-turn out niżel għal 59.6%, jew 272,000 vot. L-inqas turnout kien f 'San Ġiljan, fejn 26% biss tal-votanti ħarġu jivvutaw. Dan kien segwit minn San Pawl il-Baħar u Tas- Sliema, bi 28% joħorġu jivvotaw. Kerċem u Ħad-Dingli kienu l-aktar attivi f 'din l-elezzjoni, b'74% ta' turnout, fil-waqt li Santa Luċija segwiet bi 73%. Bejn wieħed u ieħor l-istess numru ta' nies vvutaw fl- elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal- 2019 iżda, minħabba t-tkabbir tal-popolazzjoni ta' Malta f 'dawn l-aħħar ħames snin, il- parteċipazzjoni ta' dak iż-żmien kienet kemxejn ogħla (62.6%). Fejn se jieħu l-kunsilli dan it- turn out baxx ma nafux, imma s-sindki u l-kunsilliera diġà qed igergru għax m'għandhomx poter. X'jiġri jekk ħadd ma jibqa' jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024