MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum 06 'Huwa ċar li kull telf ta' vot huwa Thomas Bajada hu żagħżugħ professjonist Għawdxi ta' 29 sena mix- Xlendi, li rebaħ l-elezzjonijiet Ewropej flimkien ma' Daniel Attard u Alex Agius Saliba. Il-ġurnalista Marianna Calleja tpoġġi mal-iżgħar MEP Malti fl-istorja. L-IŻGĦAR MEP LI QAT T KELLHA MALTA. KIF QED TĦOSSOK? Inħossni tassew onorat u emozzjonat li sibt l-appoġġ tal- poplu Malti u Għawdxi. Din hija responsabbiltà kbira li qed nieħu b'serjetà u determinazzjoni. Minkejja li kienet kampanja qasira, nemmen li smajt lil kull min kellimni. Inħoss li l-pożizzjoni tiegħi tista' tkun mudell għal żgħażagħ oħra biex ikollhom il-kuraġġ jidħlu fil- politika u jsemmgħu leħinhom. L-elezzjoni tiegħi tirrifletti wkoll bidla pożittiva fil-mod kif in-nies jaraw ir-rwol taż- żgħażagħ fil-politika. Għalhekk, inħossni mhux biss onorat imma wkoll entużjast biex nagħmel l-almu tiegħi kollu biex nirrappreżenta l-aħjar interessi ta' Malta u Għawdex. XI T WIEĠEB GĦALL- KRITIKA KONTINWA LI Ż-ŻGĦAŻAGĦ JIRĊIEVU? PRIMARJAMENT HEMM TNE JN. JEW LI MA JRIDUX JAFU BIL- POLITIKA, JEW INKELLA LI M'GĦANDHOMX ESPERJENZA. XI T WIEĠEB GĦAL DAN? Iż-żgħażagħ huma spiss ġeneralizzati u sterjotipati b'mod inġust. Meta jiġu affaċċjati bl- attakk li mhumiex interessati fil-politika, nemmen li din hija riflessjoni fuq kif il-politika ġiet tradizzjonalment imqiegħda quddiemhom. Il-verità hi li ħafna żgħażagħ għandhom interess qawwi fi kwistjonijiet soċjali, ambjentali, u ekonomiċi, iżda forsi jħossuha diffiċli biex jidħlu fil-qafas formali tal- politika jew inkella li jressqu l-opinjonijiet tagħhom. Din hija sfida li nistgħu nindirizzaw billi noħolqu opportunitajiet aktar inklussivi u aċċessibbli għalihom, anke fil-qalba tal- Partit Laburista. Fir-rigward tal-esperjenza, huwa minnu li ż-żgħażagħ jista' jkollhom inqas snin ta' esperjenza minn politiċi aktar anzjani, iżda dan ma jfissirx li m'għandhomx kontribuzzjonijiet validi u ta' valur x'joffru. Fil-fatt, rajna l-elettorat jafda fl-enerġija, l-ideat friski, u l-perspettivi innovattivi li jġibu magħhom ħafna żgħażagħ u li huma essenzjali għall-progress ta' dan il-pajjiż. Barra minn hekk, l-esperjenza tiġi b'ħidma u dedikazzjoni. Kull politiku jibda l-karriera tiegħu mingħajr esperjenza, imma bl-umiltà, il- kompassjoni u l-impenn, jista' jikseb ħafna. MINKE JJA LI WIĊĊ ĠDID MINN GŻIRA ĊKE JKNA, IN-NIES DONNHOM MAL-EWWEL TAWK L-AT TENZ JONI. X'TAĦSEB LI KIENET DIK IL-ĦAĠA, MILL-KAMPANJA TIEGĦEK, LI LAQATHOM? Nemmen li l-attenzjoni u l-appoġġ li rċevejt matul il-kampanja tiegħi kienu minħabba diversi fatturi. L-ewwel nett, ħdimt ħafna biex inkun preżenti u aċċessibbli għan-nies – fil-pjazez, fit- toroq u f 'postijiet pubbliċi. Fittixt li nisma' l-istejjer tagħhom, nifhem it-tħassib tagħhom, nagħmilhom qishom tiegħi, u nindirizzahom b'mod trasparenti u sinċier. Ir-rabta personali li bnejt ma' diversi persuni kienet fundamentali. It-tieni nett, il-fatt li jien minn Għawdex kien punt ta' forza. Għawdex huwa gżira żgħira b'komunità koeżiva, u l-fatt li kelli r-rappreżentanza ta' Għawdex fis-sħiħ ta' qalbi jgħin biex il-poplu Għawdxi jħossu aktar involut u rappreżentat fil- livell Ewropew. Però, nemmen ukoll li kelli sapport b'saħħtu wkoll minn diversi distretti Maltin, għaliex offrejt politika differenti, awtentika u għan- nies. Barra minn hekk, il-messaġġ pożittiv u inklussiv tal-kampanja tiegħi, li enfasizza l-importanza tal-ugwaljanza, l-identità, u l-iżvilupp sostenibbli, jidher li ntlaqat tajjeb ma' ħafna nies. Ħdimt ukoll biex nuri li l-politika tista' tkun forza għal bidla pożittiva u li tista' tassew tagħmel differenza fil-ħajja ta' kuljum tan-nies. X'INHUMA S-SUĠĠET TI LI L-AKTAR QED TIPPJANA BIEX TAĦDEM FUQHOM? Fil-mandat tiegħi bħala MEP, hemm numru ta' suġġetti li nixtieq niffoka fuqhom b'mod partikolari. L-ewwel nett, b'mod ġenerali, nixtieq nindirizza l-mod kif il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi liġijiet li ma jirriflettux ir-realtajiet speċifiċi tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Dan jirrelata ma' kull tip ta' dossjer u settur leġiżlattiv. It-tieni nett, l-ambjent huwa suġġett ieħor li qed nippjana naħdem ħafna fuqu. Nemmen li huwa essenzjali li nindirizzaw it-tibdil fil-klima b'urġenza u determinazzjoni. Għandna nieħdu passi konkreti biex nippreservaw l-ambjent naturali tagħna, niġġieldu t-tniġġis, u nippromovu l-użu ta' enerġiji rinnovabbli. Għawdex għandu potenzjal kbir f 'dan il-qasam u nixtieq nara aktar proġetti ta' enerġija nadifa u sostenibbli. It-tielet nett, l-impjiegi u l-opportunitajiet għaż- żgħażagħ huma essenzjali. Nixtieq nara politika li tgħin biex toħloq opportunitajiet ġodda ta' xogħol għal żgħażagħ, speċjalment dawk li qed joħorġu mill-istudji tagħhom. Inħoss li rridu niżguraw li ż-żgħażagħ ikollhom l-għodda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024