Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373
NIGHT OF THE EAGLE (1962): Film ieħor Brittaniku ta' siegħa u nofs bl-atturi Janet Blair, Peter Wyngarde, Margaret Johnston u Anthony Nicholls taħt id-direzzjoni ta' Sidnet Hayers. Storja ta' maġija li tinfiltra l-ħajja ta' għalliem u l-mara tiegħu li twassal għall-final ta' eċitament palpabbli u ġenwinament ta' terrur. Film stupend li fl-Istati Uniti semmewh Burn, Witch Burn! THE BIRDS (1963): Tliet snin wara Psycho, id-Direttur Alfred Hitchcock reġa' qajjem kurżità fl-ispettaturi bi produzzjoni oħra mhux daqshekk tal-biża', b'tema verament distinta mix-xogħol ta' qabel. L-atturi huma Rod Taylor, Tippi Hedren, Jessica Tandy, Suzanne Pleshette, Veronica Cartwright u Charles McGraw b'ħin ta' sagħtejn. Meta Hedren tasal f 'komunità żgħira u iżolata f 'xatt f 'California, l-ekoloġija u l-ordni naturali b'mod misterjuż jinbidlu meta l-għasafar jibdew jattakkaw lill-umani. Film ieħor klassiku ta' Hitchcock, b'xi qatgħa 'l hemm u 'l hawn li jintrigawk. THE HAUNTING (1963): Robert Wise, sentejn qabel li dderieġa l-fenomenu e Sound Of Music, imbarka biex iġib fuq il-liżar ċinematografiku n-novella ta' Shirley Jackson, e Haunting Of Hill House, maħdum bla kulur u bil-proċess CinemaScope. Grupp ta' persuni magħżulin biex jintroduċu ruħhom għas- sopranaturali, jirċievu invit biex iżuru dar antika msaħħra mibnija 90 sena qabel fi New England, fl-Istati Uniti. Dan il-film iħallik tistenna xi ħaġa terribbli li qatt ma sseħħ, però jħallik ukoll kontinwament moħħok mhux floku. Irreklamat biex ma tarahx waħdek. Għall-ġeneru tiegħu xogħol ta' ċertu livell. Fost l-atturi nsibu lil Julie Harris, Claire Bloom, Richard Johnson, Russ Tamblyn u Lois Maxwell. Il-film hu twil 112-il minuta u l-iffilmjar sar l-Ingilterra. ROSEMARY'S BABY (1968): Xogħol ieħor klassiku u kult dirett minn Roman Polanski bil-ħin ta' 136 minuta u li fih jidhru Mia Farrow, John Cassavetes, Ruth Gordon (rebbieħa tal-Oscar), Sidney Blackmer u Maurice Evans. riller ambjentat fil- modern b'ħila mid-direttur/ kittieb Polanski bbażat minn fuq il-ktieb ta' Ira Levin. Fi New York, Farrow hija l-mara żagħżugħa ta' Cassavetes li qatt ma tissuspetta li r-raġel tagħha involva ruħu ma' klikka ta' satanisti u sħaħar fl-appartament fejn jgħixu u mal- pjanijiet djaboliċi tagħhom. Il- produttur ta' din il-produzzjoni hu William Castle magħruf bħala direttur ta' films misterjużi u tal- biża' kważi dejjem b'xi gimmick. NIGHT OF THE LIVING DEAD (1968): George A. Romero baqa' rinomat bħala d-direttur li ta ħajja ġdida lill-films taż-zombies speċjalment f 'dan l-ewwel xogħol tiegħu, tassew imfaħħar li ħa l-fama ta' kult. L-atturi prinċipali huma Duane Jones, Judith O'Dea, Gary Streiner u Karl Hardman. Seba' persuni jissakkru ġo razzett waqt li barra armata sħiħa ta' zombies, għatxana għal-laħam uman, qed jiġġerrew mal- kampanja. Minkejja l-ħafna xogħlijiet simili li ġew wara, aktar elaborati u bil-kulur, kif ukoll aktar ħorox u mdemmija, dan jibqa' l-aktar awtentiku. Il-ħin hu ta' 96 minuta. THE EXORCIST (1973): Dan hu film li beżża' lil ħafna u barra, f 'xi teatri kien hemm l-ambulanza għal xi emerġenza f 'każ li xi ħadd jiġi bżonnha. Xogħol intensiv magħmul kważi perfettament minn novella best seller ta' Peter William Blatty u dirett minn William Friedkin bil-ħin ta' 121 minuta. Jaħdmu Ellen Berstein, Max Von Sydow, Linda Blair, Jason Miller u Lee J. Cobb. Blair, tifla normali ta' 12-il sena tkun ippossessata mix-xitan. Żewġ qassisin Kattoliċi jkunu mitluba minn ommha jeżorċitaw lil din it-tifla. Miller, qassis b'moħħ imħawwad, irid l-ewwel jeżamina lilu nnifsu u Von Sydow diġà ltaqa' max-xitan fi skavar fil-Medju Orjent. Tassew film inkwetanti u tal-biża' ppreżentat b'ħila kbira, fejn ġew ingaġġati esperti mediċi u psikoloġiċi kif ukoll persuni intiżi fl-eżorċiżmu mill-Knisja Kattolika bħala technical advisors. e Exorcist hu wkoll il-film tal-biża' favorit ta' ħafna, fosthom kritiċi serji. THE OMEN (1976): Gregory Peck, Lee Remick, Billie Whitelaw, David Warner u Leo McKern jaħdmu f 'din il-produzzjoni ta' livell għoli diretta minn Richard Donner bil-ħin ta' 111-il minuta. Film effettiv imma wkoll b'ton ta' sensazzjonaliżmu dwar il- miġja fid-dinja tal-Antikrist li jinzerta li jkun it-tifel ta' Peck u Remick, ambaxxatur Amerikan u martu li jinsabu l-Ingilterra. Minkejja l-imwiet vjolenti li fih, il-film mhux daqshekk goff, bl-eċċezzjoni ta' ġurnalist li tinqatagħlu rasu bi ħġieġa. Il- mużika ta' Jerry Goldsmith rebħet l-Oscar. Wara ħarġu żewġ films oħra dwar it-trobbija ta' Damian (l-antikrist) u meta jsir adult. e Omen reġa' nħadem fl-2006 u it ilu beda jintwera wkoll e First Omen. 14 films IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • illum Carmel Bonnici L-aqwa films klassiċi tal-biża' matul is-snin (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Exorcist huwa film Amerikan tal-orrur sopranaturali lI ħareġ fl- 1973 taħt id-direzzjoni ta' William Friedkin The Birds (1963) kien id-debutt fuq l-iskrin tal-attriċi Tippi Hedren