MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

Jeanette Borg hija l-President tal-grupp 'Il-Kollettiv' 10 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 • illum opinjoni D ieħel is-sajf u s-sħa- na diġà bdiet tinħass ġmielha. Malta tinbidel ferm mix-xitwa qasira għax-xhur twal tas-sajf: il-pajsaġġ rurali jibdel lewnu u n-nuqqas ta' xita twassal għal nixfa sa Settemb- ru, ġieli sa Ottubru. Għalina wkoll, is-sajf iġib miegħu bidliet fir-rutina u l-mod ta' kif inqattgħu l-ħin liberu, motivati wkoll mit-tfittxija għall-kenn u s-serħan mill-qilla tax-xemx. Il-fatt li s-sajf qliel u x-xitwa kompliet tonqos mis-saħħa tagħha nafuh għax inħossuh kull sena. Żgur li m'għadniex nistgħu ngħidu li t-tibdil tal-klima qed iwassal għal diżastri ekoloġiċi lil hinn minn xtutna biss. Ċiklu vizzjuż? "B'daqshekk?!" isostnu wħud xettiċi, "nixegħlu l-air condition u noqogħdu għall-frisk!" Din mhijiex is-soluzzjoni, anzi, tkompli żżid il-problema. Il-konsum tad-dawl miżjud u s-sħana li jwaddbu l-kompressuri tkompli żżid mas-sħana ta' barra b'ċiklu vizzjuż. Dan huwa wkoll sintomu tan- nuqqas ta' ppjanar urban fit-tul: waqt li ta' qabilna, pereżempju, kienu jibnu djar u binjiet li jilqgħu għall-kesħa u s-sħana, illum appartament modern ma torqodx fih mingħajr l-arja kkundizzjonata. Qed jidher ċar li l-esiġenzi tan-nies m'għadhomx fiċ-ċentru tal- ippjanar, u qed naraw l-effetti ta' dan kullimkien madwarna. Bżonn ta' direzzjoni differenti It-tfittxija tas-soluzzjonijiet temporanji għall-effetti tat-tibdil tal-klima hi normalissima, u ma nistax inlum lil min iħossu li ma jista' jagħmel xejn dwar dan. Din hi wara kollox kwistjoni globali, u teħtieġ li l-politiċi u l-istituzzjonijiet tagħna jaħdmu bis-serjetà lejn pjanijiet iktar sodi u fit-tul. L-ewwel nett, irridu naċċettaw u nirrikonoxxu l-fatt li l-bidliet fit-temp diġà magħna, u skont l-esperti, iktar ma jmur iktar se jsiru komuni – u estremi. L-inizjattivi fuq skala nazzjonali bdew: il-fondi mmirati lejn l-użu tal-enerġija nadifa, u l-miżuri lejn it-tnaqqis tal-konsum tal-ilma fid-djar u anke fl-industrija huma pożittivi. Iżda baqa' ħafna xi jsir. L-istat irid jirrikonoxxi u jwassal il-messaġġ li l-bidla fil-klima ma taffettwax biss l-ambjent ta' madwarna, iżda taffettwa wkoll is-saħħa fiżika u mentali tagħna. Iktar ma ntaffu l-effetti ħorox li jġib miegħu t-taqlib fit-temp, iktar nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Aħna wkoll, fiċ-ċokon tal-irwol tagħna, nistgħu nkunu parti mill- bidla. Min għandu l-mezzi, jista' jmur għal għodda iktar naturali li jnaqqas is-sħana d-dar, bħal pereżempju bl-użu ta' outdoor shutters mat-twieqi, u black-out blinds fuq ġewwa. L-antiki kienu jużaw il-ħasira tal-qasab bl-istess ħsieb, u nemmen li hemm bżonn nerġgħu nibdew nużaw prattiki sempliċi, iżda effettivi, kull fejn nistgħu. Il-klima mhijiex suġġett li tista' titfa' f 'kaxxa waħda: fiha ħafna aspetti li lkoll b'xi mod jolqtu l-ħajja tagħna ta' kuljum. Fejn ngħixu; kif nivvjaġġaw; kif inqattgħu l-ħin liberu tagħna; u l-ikel li nieklu, fost oħrajn. Tajjeb li ninfurmaw irwieħna dwar kif nistgħu nkunu parti mis-soluzzjonijiet, u daqstant ieħor kruċjali li nagħfsu lill- awtoritajiet sabiex ikomplu jagħtu prijorità lil dan is-settur. Il-bidliet li nistgħu nagħmlu f 'ħajjitna huma importanti, iżda dak li jħoll u jorbot huma l-bidliet politiċi u strateġiċi nazzjonali u internazzjonali fit-tul. Hemm diversi entitajiet lokali li għandhom miri riġidi mill-Unjoni Ewropea rigward it-tnaqqis tal- emissjonijiet bl-għan li jittaffa t-tibdil fil-klima; l-ambjent, l-agrikoltura, l-industrija u anka s-settur tas-saħħa pubblika. Dawn il-miri jridu jintlaħqu, u jekk dan ma jsirx, il-konsegwenzi ambjentali se jibqgħu jiħraxu u jsiru dejjem iktar katastrofiċi. Għalhekk importanti l-involviment ta' kulħadd, u l-komunikazzjoni diretta f 'kull livell ta' mmaniġġjar u ppjanar. Spiss inħossu li s-sinerġija bejn l-entitajiet pubbliċi hija nieqsa; il-Gvern għandu jkollu prijorità iktar minn qatt qabel li jiżgura s-suċċess tal-miżuri u miri li jridu jintlaħqu f 'dan il-qasam. Is-sajf Malti u t-tibdil fil-klima Jeanette Borg Ħtieġa ta' miżuri urġenti biex jittaffew konsegwenzi diżastrużi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 June 2024