Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523373
aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 TA' ĠUNJU 2024 05 tas-soċjalisti wara t-telf sinifikanti ta' voti Min-naħa tagħha, l-Eks MEP Laburista Abela Baldacchino ddefendiet lill-Partit Laburista iżda qalet li l-Partit Laburista issa jrid jiffoka fuq il-futur. "Il-Partit Laburista jibqa' l-iktar forza politika b'saħħitha f 'pajjiżna," bdiet Abela Baldacchino, qabel ma fakkret illi f 'żewġ elezzjonijiet il-PL ingħata l-fiduċja tal-maġġoranza tal-elettorat. "F'waħda minnhom saħansitra kienet maġġoranza assoluta li qabżet l-20,000 vot." Hija qalet mal-ILLUM li meta l-Partit Laburista jitkellem dwar il-bżonn li jkun aħjar u aqwa qed juri żewġ affarijiet; l-umiltà u l-kuraġġ tal-bidla. "L-umiltà għax kuntrarju għal meta ħaddieħor rebaħ elezzjoni b'elf u ħames mitt vot biss u siker fl-arroganza, aħna qed nimu l-messaġġ li qed jibgħat l-elettorat. Messaġġ li ma jridx jibqa' kollox kif inhu." Huwa hawn fejn skont Abela Baldacchino jidħol il-kuraġġ tal- bidla. "Ġibna suċċessi kbar għal dan il-pajjiż, iżda l-istorja tgħallimna li partit politiku qatt ma jista' jistrieħ fuq li kiseb." Tfakkar ukoll dwar Mintoff fis- sebgħinijiet, Abela Baldacchino tispjega kif il-moviment Laburista kien tilef il-maġġoranza tal-voti wara li għamel "riformi soċjali bla preċedent" u kiseb ukoll il- Ħelsien. "Dan ifakkarna fil-bżonn li l-politika tkun il-ħin kollu dwar il-futur. Dwar il-fatt li Malta tal- lum mhix Malta ta' għaxar snin ilu, u l-aspirazzjonijiet tal-votanti tal-lum mhumiex l-istess bħal dawk ta' għaxar snin ilu." Qalet li hawn ġenerazzjonijiet li ma jafux kif kienet Malta ta' qabel l-2013 u jinteressahom biss kif se tkun Malta tal-2025 u l-2030. Hija tatha xorta r-raġun lil din il-ġenerazzjoni, għax skontha l-politika dejjem għandha ddur dwar kif se jitħalla pajjiż aħjar għal uliedna. "Mela l-Partit Laburista jrid jiffoka fuq il-futur fejn jiddiskuti u jiem mas-soċjetà l-prijoritajiet u jindirizzahom bl- iktar mod b'saħħtu u mingħajr stennija żejda. Il-vantaġġ li dan kollu jista' jagħmlu minn pożizzjoni b'saħħitha fejn il-poplu għadu jafdah," Claudette Abela Baldacchino temmet tgħid. Claudette Abela Baldacchino tiddefendi l-PL imma tgħid li l-partit irid jifhem aħjar il-prijoritajiet tas-soċjetà "Kuntrarju għal meta ħaddieħor rebaħ elezzjoni b'elf u ħames mitt vot biss u siker fl-arroganza, aħna qed nifhmu l-messaġġ li qed jibgħat l-elettorat. Messaġġ li ma jridx jibqa' kollox kif inhu."