MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 Jintlemaħ bumerin wara 30 sena nieqes mill-ibħra Maltin Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar is-Sibt filgħodu illi l-proposta li ssaħħaħ l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax- Xogħol se tkun diskussa fil- Parlament nhar it-Tnejn. "Il-Parlament mhux se jaġġorna għas-sajf sakemm jgħaddi l-abbozz," Abela qal. "F'dan is-settur se jkollna liġi totalment mibdula biex insaħħu l-ħidma tagħna għal iktar saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Liġi li tagħti dimensjoni ġdida u totalment differenti lil din l-awtorità," żied jgħid il-Prim Ministru. L-abbozz inkwistjoni jittratta liġi mħabbra perjodu qasir wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta pubblika dwar il- mewt ta' Jean Paul Sofia. Ir- rapport kien għamel diversi rakkomandazzjonijiet dwar ir- regolamentazzjoni tal-industrija tal-kostruzzjoni f 'Malta, u dan l-abbozz se jkun qed jieħu kont tagħhom. Fost ir-riformi immedjati oħra, il-Prim Ministru tkellem dwar is-sistema tal-penalitajiet biex jiżdied id-deterrent għal dawk li ma josservawx il- liġi, waqt li fl-istess ħin jiġu assigurati sistemi effettivi u li jagħtu r-riżultati malajr biex "ma tkunx worth it li tikser il- liġi jew tintilef fil-burokrazija għax taħseb li tista' ġġibha żewġ." Ħabbar ukoll l-introduzzjoni ta' tribunal tas-saħħa u s-sigurtà li jisma' l-appelli fejn ikun hemm. Abela tkellem ukoll fuq il-kunċett obbligatorju ta' Health and Safety Responsible Officer (HSRO) għal ċerti industriji kbar jew li huma high risk. Abela spjega kif din hi bidla li ħadd m'għandu jaraha bħala piż, iżda bżonn. "L-investiment fis- saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema qatt m'għandha tidher bħala piż, iżda l-aqwa investiment," huwa temm jgħid. Il-Parlament se jiddiskuti liġi ġdida tal-OHSA nhar it-Tnejn Bumerin indiġenu għall-Baħar Mediterran intlemaħ għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa wara 30 sena nieqes mill-ibħra Maltin. Filwaqt li l-bumerin huwa indiġenu fir-reġjun tal-Mediterran, l-attività tal-bniedem wasslet biex din l-ispeċi tiġi kklassifikata bħala vulnerabbli. Din il-kreatura hija magħrufa wkoll bħala, il-foka monaka jew il-monka. L-aħħar terminu ġieli jużawh is-sajjieda għal speċi differenti fosthom dniefel kbar jew baleni. L-aħħar li kien intlemaħ fil- baħar Malti kien fl-aħħar tas-snin disgħin. Madankollu, fi stqarrija, l-ERA, qalet li dawn huma rekords sporadiċi. Sas-seklu 20, il-bumerini kienu magħrufa li jiltaqgħu, iwelldu, u jfittxu kenn fuq bajjiet miuħa f 'diversi partijiet tar-reġjun tal-Mediterran. Fi żminijiet aktar reċenti, jidher li abbandunaw dawn l-ambjenti naturali aktar esposti u llum huma l-aktar magħrufa minn żoni remoti u għerien tal-baħar aktar imwarrbin u protetti, peress li dawn ħafna drabi huma inaċċessibbli għall-bniedem. Il-Ġimgħa Andrew Galea u Mario Muscat, lemħu l-bumerin u kienu ħfief biżżejjed biex jiħdulu ritratt. Din l-aħbar mill-isbaħ ġiet milqugħa l-aktar mill- konservazzjonisti u l-bijoloġisti. F'kumment dwar dan, il-bijologu marittimu Alan Deidun sejjaħ il-preżenza tal-bumerin fl-ibħra Maltin bħala "ritorn ta' merħba" għall-ispeċi u rringrazzja lil Galea u Muscat talli rreġistraw il-lemħa. Deidun spjega li din l-ispeċi hija fil-periklu kritiku fil-Baħar Mediterran, bil-popolazzjoni Mediterranja kollha maħsuba li ma taqbiżx l-1,000. "Hija prinċipalment ristretta għax-xtut tal-Greċja, Ċipru u t-Turkija. B'mod partikolari, l-ispeċi hija vulnerabbli minħabba inċidenti ma' inġenji tal-baħar, it-tniġġis tad-dawl billejl u l-intrużjonijiet tal-bniedem fil- postijiet li jeħtieġ biex ikattru," kompla jgħid Deidun. Il-bumerin huwa protett mil-liġi nazzjonali u internazzjonali. F'Malta, ilu ddikjarat legalment bħala speċi protetta mill-1992. Il-qbid, il-qtil, it-teħid u l-kummerċ ta' tali foki, kif ukoll id-disturb i nte n z j onat ta' din l-ispeċi huma pprojbiti u soġġetti għal azzjoni legali. Ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tal-Flora, Fawna u l-Ambjenti Naturali jimponu multa minima ta' kważi €500 u titla' għal kważi €2,400 għal kull annimal affettwat. Fid-dawl ta' din l-aħħar dehra, il-pubbliku ġenerali u l-baħħara huma mħeġġa jaġixxu b'mod responsabbli f 'każ ta' lemħiet oħra. L-Awtorità tħeġġeġ ukoll rapport immedjat ta' kwalunkwe osservazzjoni dwar il-bumerin lill-ERA fuq it-telefown (2292 3500) jew permezz tas-servizz tal-assistenza għall-klijenti (customer care). Andrew Galea u Mario Muscat lemħu l-bumerin nhar il-Ġimgħa u kienu ħfief biżżejjed biex jiħdulu ritratt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024