MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523589

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 7 TA' LULJU 2024 • illum 06 'Konvenjenti ħafna għall-Gvern u l-Oppożizzjoni speċjalment jekk ebda wieħed ma jrid GĦAL LIEMA BIDLIET EŻATT QED TIMBOTTAW FIR- RIFORMA ELETTORALI? Bil-petizzjoni fuq is-sit tal- Parlament ta' Malta u bix-xogħol li qegħdin inwettqu, il-Kollettiv qed jimbotta sabiex jinfetaħ proċess ta' konsultazzjoni għal rifoma tal-liġi elettorali qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Il-poplu Malti u Għawdxi bagħat messaġġ ċar it ilu fl-aħħar elezzjoni għall- Parlament Ewropew. Nemmnu li s-sistema tal-lum hija inġusta għax tiffavorixxi lill-partiti stabbiliti u toħnoq il-vuċijiet tal-partiti ż-żgħar, li huma tant importanti għal demokrazija rappreżentattiva u pluralista. Iddikjarajna bil-quddiem li nistennew introduzzjoni ta' kwota nazzjonali u allura t-tmiem tal- bżonn li partit żgħir ikollu jilħaq kwota ta' 16.7% fuq livell ta' distrett biex jeleġġi l-kandidati. Naturalment, il-Kollettiv diġà qed jipprepara l-proposti tiegħu bi preparament għal dan il-proċess. DAWN IR-RIFORMI KIF SE JGĦINU LILL-PARTITI ŻGĦAR U LILL-INDIPENDENTI? Din ir-riforma għandha tkun ta' siwi għall-elettorat kollu, billi twassal għal iżjed għażliet u iżjed kontroll fuq min jiġi elett. Daqshekk nisimgħu t-theddida li vot għal partit li mhux il-PL jew il-PN hu vot moħli, u verament kull vot jibda jgħodd. Kull partit li jkun kapaċi jilħaq il-kwota nazzjonali jkollu d-dritt li jkun rappreżentat bin-numru ta' siġġijiet xierqa skont in-numru ta' kwoti miksuba. Nemmnu li r-riforma għandha tkun wiesgħa. IL-PUBBLIKU KIF QED JIRREAĠIXXI GĦALL- PETIZZJONI? Kellna rispons tajjeb ħafna, anke għax ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa għal riforma. Il-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech fakkar li l-PN inkluda proposta għall-introduzzjoni ta' kwota nazzjonali ta' 5%. Wiegħed ukoll li se jkun qed iżomm din il-proposta fil-manifest elettorali għall-elezzjoni li jmiss. Filwaqt li l-Kollettiv japprezza l-pożizzjoni favur id-dħul ta' kwota nazzjonali min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, ma nistgħux inqisu dak li qal il- Kap tal-Oppożizzjoni b'xi mod bħala biżżejjed. Dan għax il- poplu kien ċar fuq il-bidla li jrid. Id-demokrazija rappreżentattiva rriduha mil-leġiżlatura li jmiss u mhux minn ta' warajha, u żgur li l-bidla fil-liġi m'għandhiex tħoll u torbot fuq li l-PN jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. L-elettorat ħaqqu aħjar, minn issa. KIF QED TIPPJANAW LI TINKORAĠĠIXXU LOKALITAJIET OĦRA BIEX JGĦAQQDU GRUPPI RESIDENZJALI? Il-Kollettiv twaqqaf biex jaħdem għan-nies man-nies, u allura jkollna ħafna diskussjonijiet fuq livell lokali u ma' gruppi tar- residenti. Meta nitkellmu man- nies fl-irħula nindunaw kemm hawn rieda li r-residenti jaħdmu għal dak li huwa tagħhom, għat- tisbiħ tal-lokalità, għal proġetti komunitarji u biex jipproteġu dak kollu li hu tajjeb. Għal ħafna żmien kien hawn it-twemmin li n-nies igergru imma wara "ħadd ma jrid jagħmel xejn". L-esperjenzi li kellna s'issa jmeru dan. Hawn stejjer ta' suċċess bħalma huma l-Għaqda Residenti taż-Żurrieq u l-Marsaskala Residents Network, żewġ għaqdiet relattivament żgħażagħ li twieldu mill-entużjażmu u r-rieda tar- residenti. Huma dawn ir-rebħiet li nużaw bħala eżempju għal gruppi ta' residenti oħra li juru l-ħeġġa inizjali li jingħaqdu. Rebħiet bħall-applikazzjoni massiċċa li ġiet proposta fiż-żona tal-Bebbux fiż-Żurrieq, u li f 'kollaborazzjoni mal-Għaqda Residenti taż- Żurrieq rnexxielna nikkonvinċu sabiex l-art tal-Gvern f 'dik l-applikazzjoni – il-biċċa l-kbira – ma tingħatax għall-iżvilupp iżda tkun f 'idejn il-Kunsill Lokali. B'dal-mod għenna wkoll lill- għaqda tar-residenti sabiex tiddiskuti mal-kunsill tal-post u flimkien iġibu r-riżultati. L-istess jista' jingħad għan-Nigret – sena wara li ġiet approvata l-PC, għad m'hemmx il-firma tal-Ministru biex il-bini jibda, u dan grazzi għall-pressjoni mill- għaqda tar-residenti. Għenna wkoll lir-residenti tal-Imqabba u l-Qrendi meta waqqafna milli jsir impjant tat-tarmak passejn bogħod min-nies. Morna anki Ħal Safi, u meta ħdimna mar- residenti ta' hemm, f 'temp ta' it ġimgħat laqqajna grupp u saret il-pressjoni. L-applikazzjoni ma ġietx approvata. Hemm aktar, u ċerti li dan il-mudell se jkompli jinfirex għax hu wieħed li jagħti l-frott. IL-KOLLETTIV KIF QED JIPPJANA LI JAPPOĠĠJA LIR- RESIDENTI F'LOKALITAJIET BIEX JORGANIZZAW LILHOM INFUSHOM? Xi ħaġa li spiss inħabbtu wiċċna magħha hi d-diviżjoni li ġġib il- pika politika jew tal-każini u kemm issir ħsara meta tiġi imbuttata għal raġunijiet partiġġjani. Waqt xogħolna nassistu l-komunitajiet jimu kemm din mhix fl-interess tagħhom u kemm minflok taħdem kontrihom u kontra l-ispazji miuħa u komuni. Meta naħdmu mill-qrib mar- residenti f 'xi raħal jew belt, aħna niffukaw fuq dak li jgħaqqad u dak li kulħadd jgħożż dwar il- komunità tagħhom. Inħeġġu lir-residenti jikkunsidraw il-ġid komuni u jinsew il- politika partiġġjana; dan għax il-konsegwenzi tat-tkissir tal- komunità ma jsofrihx il-partit imma r-residenti. Nassistu lir-residenti jieħdu iżjed kontroll ta' x'jiġri fil- komunitajiet tagħhom u sabiex ikunu awtonomi fit-tmexxija tal- kampanji tagħhom. Importanti li jkollhom kontroll fuq id-destin ta' dak li qed jiġri madwarhom u s-sens li ħadd m'għandu dritt ikissrilhom l-ambjent li jgħixu fih. Wieħed mill-għanijiet ewlenin Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' Matthew Borg, Teżorier ta' Il-Kollettiv, qabel ma' jingħaqdu seba' għaqdiet ta' residenti fil-Pjazza taż-Żurrieq b'talba ta' bidla fil-Pjan Lokali tal-2006 Matthew Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 July 2024