MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum 04 Il-Gvern ifittex l-għajnuna tas-settur privat biex inaqqas it-tensjoni fid-dipartiment ta'l-Emerġenza Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva nieda sejħa għall-interess biex jikkuntratta s-servizzi ta' emerġenza lis-settur privat, bil-għan li jipprovdi aċċess għas-servizzi tas-saħħa 24/7. Din il-kollaborazzjoni, skont il-ministeru, hija mfassla biex ittejjeb il-faċilitajiet għall- pazjenti, tikkontribwixxi għall- effiċjenza, u tikkomplementa s-servizzi pprovduti mill-Isptar Mater Dei. Il-Ministru Jo Etienne Abela enfasizza li din l-inizjattiva se tiżgura li l-pazjenti jirċievu kura tal-ogħla livell, tnaqqas il-ħinijiet ta' stennija, u tnaqqas it-tensjoni fuq Mater Dei. "Din hija waħda minn serje ta' inizjattivi li qed jiġu mnedija biex id-Dipartiment tal- Emerġenza jsir aktar vijabbli. Il- pazjent jibqa' fiċ-ċentru tal-isforzi tagħna," qal Abela. Is-sejħa għal kollaborazzjoni mas-settur privat tiġi wara żieda qawwija fil-każijiet tal- COVID-19, li tefgħu aktar tensjoni fuq id-Dipartiment tal- Emerġenza ta' Mater Dei, fejn il-ħinijiet ta' stennija laħqu anke sa 12-il siegħa f 'xi ġranet. Din iż-żieda qed tagħfas fuq l-isfidi eżistenti, bħall-ispazju limitat tas-sodod u numru sinifikanti ta' każijiet soċjali—pazjenti li m'għadhomx jeħtieġu kura klinika iżda m'għandhomx akkomodazzjoni alternattiva. Professjonisti tal-kura tas- saħħa innutaw li l-varjant attwali tal-COVID-19, għalkemm inqas sever, huwa ħafna infettiv, u wassal għal żieda fl- ammissjonijiet fl-isptar. L-aħħar varjanti tal-COVID, magħrufa kollettivament bħala FLiRT, ikkontribwew għal rati ta' infezzjoni ogħla, speċjalment wara ċertu avvenimenti kbar. Skont l-aħħar rapporti, Mater Dei qed jittratta 66 pazjent bil- COVID, għalkemm il-ħaddiema tas-saħħa jissuġġerixxu li dan in- numru jvarja. Id-deċiżjoni tal-gvern li jfittex l-involviment tas-settur privat qanqlet dibattitu. Anthony Buttigieg, eks-mexxej tal-PD u tabib f 'isptar privat, ikkritika l-mossa, u sejħilha "ammissjoni ta' falliment" mill-gvern. Huwa esprima tħassib dwar is-sigurtà u l-effettività li tibgħat lill-pazjenti f 'faċilitajiet privati mingħajr appoġġ u infrastruttura adegwata. Buttigieg ippropona soluzzjoni alternattiva: li jitwaqqaf ċentru 24/7 mannat minn professjonisti mediċi biex jagħtu pariri lill- pazjenti dwar il-faċilità xierqa bbażata fuq is-sintomi tagħhom. Din is-sistema, sostna, tnaqqas ir-riskji assoċjati ma' pazjenti li jieħdu deċiżjonijiet mingħajr informazzjoni f 'sitwazzjonijiet urġenti. DAK LI ĠIE RRAPORTAT MILL- ILLUM Il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela qal mal-ILLUM il-Ħadd li għadda li hu se jerfa' r-responsabbiltà kollha ta' dak kollu li qed iseħħ fl-Isptar Mater Dei, minkejja l-kritika li qed iqatta' ħafna ħin jopera minflok jagħmilha ta' Ministru. Huwa rrefera għall-pjan ta' riġenerazzjoni u espansjoni tal- Emerġenza, li se tkopri żieda ta' cubicles minn 30 għal 70, u swali ġodda. Abela spjega li mistennija tinfetaħ sala ġdida b'50 sodda u t-tenders għall-espansjoni tal- emerġenza qed jitħejjew minn issa. Fil-preżent, fl-emerġenza hemm biss 30 cubicle jilqagħu lin-nies anke fis-sigħat l-aktar impenjattivi, b'tobba u speċjalisti bejn 32 u 35, u infermiera u carers jagħtu servizz f 'kull shi. Il-Ministeru qed jippjana kampanja ta' edukazzjoni għall-pubbliku biex jgħinhom jidentifikaw kundizzjonijiet li jistgħu jiġu trattati barra mill-isptar. Hemm ukoll il- pjanijiet biex titnieda hotline tat-telemediċina fuq in-numru 1400 biex tnaqqas l-istennija fid-departiment tal-emerġenza. Tabib fuq il-linja jagħti parir dwar l-aħjar trattament, u xi pazjenti jiġu diretti lejn ċentri tas-saħħa lokali. Il-Gvern qed jippjana li jesternalizza każijiet inqas kritiċi lil sptarijiet privati u qed jifformula politika li tirrikjedi ċittadini ta' pajjiżi terzi jkollhom assigurazzjoni privata għall- ewwel sena ta' residenza. Dan ifisser li ħaddiema mhux tal-UE ma jistgħux jieħdu kura tas-saħħa mingħajr ħlas għall-ewwel 12-il xahar. L-espansjoni nnifisha tad- departiment tal-emerġenza f 'Mater Dei se tiswa lill-Gvern aktar minn €17-il miljun u se żżid il-kubikoli għal 70, adattati għall- bżonnijiet ta' Malta għall-20 sena li ġejjin. Is-sodod f 'Mater Dei se jiżdiedu b'600, minn 1,200 sodda bħalissa. Ħafna mill-120 impjegat amministrattiv se jiġu mċaqalqa għal uffiċċji barra mill-grounds tal-MDH u f 'uffiċċji fis-Swatar. Kmamar ta' ħażna mediċinali u dokumenti se jiġu rilokati għal ambjenti diġitali jew f 'postijiet oħra, u dawn l-ispazji se jiġu konvertiti f 'aktar teatri tal- operazzjonijiet. Il-gvern se jirranġa u jibni mill-ġdid l-Isptar San Luqa, fejn se jċaqlaq numru ta' servizzi bħal kirurġiji ta' ġurnata, servizzi outpatients, u d-dipartiment dentali. L-iskola medika u tal- infermiera se timxi wkoll fl-isptar San Luqa. Se tiżdied il-kapaċità tas-sodod fl-Intensive erapy Unit minn 20 għal 28 sodda billi jiġu ssagrifikati l-kmamar tal-konferenzi. Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela (xellug) u Anthony Buttigieg, eks-mexxej tal- PD u tabib f 'isptar privat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024