MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1523931

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

Albert Buttigieg, Deputat Nazzjonalista fuq l-10 distrett u kelliem għall-familja u s-solidarjeta' soċjali 10 aħbarijiet IL-ĦADD 14 TA' LULJU 2024 • illum opinjoni I l-Bajja tal-Balluta ilha magħluqha mill-1 ta' Ġunju. Ninsabu kważi f 'nofs Lulju, f 'nofs is-sajf u din il-bajja għadha magħluqha minħabba l-problema serja tad-dranaġġ. Din is-sitwazzjoni hija inaċċettabli għal diversi raġunijiet. Sena wara oħra, din il-bajja qiegħda tispiċċa tiġi magħluqha minħabba d-dranaġġ. Is-sena l-oħra u anke` dik ta' qabel, din il-bajja kienet magħluqha għal ġranet sħaħ. Għaldaqstant, il-Gvern ma jistax jgħid li ma kienx jaf b'din is-sitwazzjoni. Bi sfortuna għalina r-residenti, il-Gvern jaf b'din il-problema imma għażel li ma jintervjenix biex jindirizza din il- problema ta' dranaġġ li jispiċċa fil-bajja. Ftit tal-ġranet ilu, il-Gvern ħabbar dak li ilna nafu bih għal tliet snin sħaħ. Qalilna li hemm entita` kummerċjali li d-dranaġġ tagħha qed jispiċċa fil-baħar. Qalilna wkoll li s-sistema fejn jinġabar id-dranaġġ hija waħda antika u għandha bżonn xogħol strutturali fuqha. Kemm huwa bravu l-Gvern! Matul iż-żmien li kont Sindku ġewwa San Ġiljan, jiġifieri sal- 2022, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan kien diġa` tkellem u kiteb lill-Gvern fuq dawn iż-żewġ kwistjonijiet. Jidher li din l-entita` kummerċjali m'għandhiex il-kmamar tal-banju skond il-liġijiet tas-sanita`. Id-direttorat jaf b'dan u xorta waħda ma ħareġ l-ebda multa. Rigward it-tieni kwistjoni, dik tas- sistema fejn jinġabar id-dranaġġ, il-Kunsill Lokali kiteb lid-Direttorat biex fuqha jsir investiment u għaldaqstant isir xogħol biex jinbena mill-ġdid dan is-'sewage'. Imma jidher li dawn it-talbiet spiċċaw waqgħu fuq widnejn torox! Irrid infakkar li filwaqt li t-turist għandu dritt li jgawdi din il-bajja, li ironikament tintuża spiss mill-MTA għar-riklamar b'ritratti pittoreski tagħha biex tiġbed it-turiżmu lejn Malta, anke` r-residenti tagħna għandhom dritt li jgħumu fiha. Infakkar li r-residenti tagħna diga` huma mxebba' sal-ponot ta' mneħirhom b'tant inkonvenjenzi f 'din il-lokalita`. Infakkar li l-kwalita' tal-ħajja tar-residenti tagħna hija diġa` mtappna minħabba x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni bla rażan, l-arroganza ta' ċertu żviluppaturi, it-trab u l-istorbju. Infakkar li r-residenti diġa` jkollhom isofru kaġun tan-numru esaġerat ta' ristoranti, bars, kirjiet qosra bl-istorbju li jġibu magħhom u l-iskart li jitħalla barra. Infakkar li diġa' xi wħud mir-residenti ma jistgħux jistrieħu billejl minħabba l-mużika tgħajjat sa sbieħ il- jum; tinstema' minn kulħadd barra mill-pulizija tal-għassa li donnhom huma torox! U ISSA? ISSA anke` l-bajja u l-madwar tal- bajja ma jistgħux juzaw ir-residenti! Nistaqsi, hemm xi interess partikolari li qed iħalli din il-bajja tibqa' b'din il-problema tad- dranaġġ? Hemm xi pjan malizzjuż biex il-ħruġ tad- dranaġġ jintuża bħala skuża ħalli b'hekk il-bajja ma tibqax tajba għall- għawm u tkun tista' tinbidel f 'port bħal ma ġara ġewwa l-Ferries f 'Tas-Sliema? Infakkar li wieħed mill-argumenti li konna ġibna meta kien hemm applikazzjoni għal Fast Ferry kienet li skond il-liġi, din hija bajja u mhux port li fih jidħlu l-katamarani. Jekk din il-bajja titneħħielha ż-żona tal- għawm, tkun iżjed faċli għal uħud li jistgħu jagħmlu din il-bajja bħal Ferries. Forsi xi ħadd jgħidli li qed nivvinta jew noħlom! J'Alla qiegħed noħlom; j'Alla qiegħed nivvinta. Imma l-esperjenza turina li dan il- Gvern jagħmel minn kollox biex ipaxxi lil it. Kien hemm diversi affarijiet li ġejna akkużati li fuqhom qegħdin nivvintaw u spiċċaw realta`. Jekk dan huwa l-pjan malizzjuż, il-messaġġ tiegħi huwa wieħed ċar – kemm ir-residenti, NGOs, kunsilliera u jiena, semmajna leħinna b'mod l-aktar ċar u assertiv fil-passat u hekk se nagħmlu issa! Għaldaqstant qiegħed nistenna li l-Gvern jassigura lir-residenti li ma hemm l-ebda pjanijiet li din il-bajja ma tibqax bajja. Jekk verament irid li nemmnuh, allura jara li din il-bajja terġa' tinfetaħ għall-għawm! Irridu l-bajja lura! Tuna l-bajja lura! Il-bajja hija tagħna lkoll...u ta' ħadd aktar! Il-Bajja tal-Balluta hija tagħna lkoll! Qiegħed nistenna li l-Gvern jassigura lir- residenti li ma hemm l-ebda pjanijiet li din il-bajja ma tibqax bajja. Jekk verament irid li nemmnuh, allura jara li din il-bajja terġa' tinfetaħ għall- għawm! Albert Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 July 2024