Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297
1975 – e Bridge On e River Kwai. Dan juri suldati Brittaniċi u priġunieri tal-Ġermaniżi f 'Burma (illum Myanmar) jibnu pont bħala eżerċizzju ta' moral taħt il-kmand tal-Kurunell Alec Guinness. Is-suldati Amerikani u oħrajn Brittaniċi mmexxija minn William Holden u Jack Hawkins jippruvaw jisploduh, b'Alec Guinness ma jridx jara x-xogħol perfett tiegħu jkun meqrud. Huwa film li rebaħ seba' Oscars bil-marċ tal-Ewwel Gwerra Dinjija, bit- tisfir, Colonel Bogey March użat hawn b'effett eżileranti. 1962 – e Longest Day. Dan jirrakkonta l-invażjoni ta' Normandy fi Franza, nhar is-6 ta' Ġunju 1944 – operazzjoni li kienet il-bidu tal-waqgħa tan-Nażismu. Huwa evidentament film kolossali, bla kulur, b'kast kbir (ta' kważi 60 attur), li rċieva Oscars għall-effetti speċjali u l-fotografija. Paul Anka kkompona l-kanzunetta tat-titlu ta' dan il-film dirett minn Ken Annakin. 1964 – e Train. Il-Kurunell Ġermaniż maħdum mill-attur Paul Scofield, ammiratur kbir tal-arti, jisraq it-teżori kollha tal-pittura lejn il-Ġermanja. Ir-Reżistenza Franċiża taħt il-kmand tal-illitterat Paul Labiche (Burt Lancaster), iddawwar din il-ferrovija madwar Franza billi tpoġġi ismijiet foloz f 'kull stazzjon biex jissalva dan it- teżor imprezzabbli. F'dan il-film, is-segwaċi jesperjenzaw eċitament b' azzjoni mill-bidu sal-aħħar f 'din il-produzzjoni ta' prima klassi. Dan il-film huwa mżejjen b'mużika evokattiva ta' Maurice Jarre. 1966 – Cast A Giant Shadow. Dan huwa film bil-mużika ta' Elmer Bernstein u b'atturi bħal Kirk Douglas, John Wayne, Frank Sinatra, Yul Brynner u Angie Dickinson. Douglas jaħdem il-parti tal-eroj tal-gwerra Mickey Marcus f 'dik bejn l-Għarab u l-Iżraeliti. 1963 – e Great Escape. L-imsemmi huwa bbażat fuq storja vera. Dan il-blockbuster b'kast internazzjonali, fosthom Steve McQueen, Richard Attenborough, James Garner, James Coburn, Charles Bronson u Richard Attenborough, jirrakkonta pjan elaborat ta' ħarba ta' numru kbir ta' priġunieri tal-gwerra minn kamp tal-konċentrament Ġermaniż. Fih element ta' tensjoni, fotografija mill- aqwa u tema prinċipali mużikali ukoll minn Elmer Bernstein tassew addattata. 1969 – e Bridge At Remagen. Għal darba'oħra il-mużika hi ta' Elmer Bersnstein. Grupp ta' alleati jiddefendu pont strateġiku fl-Olanda lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija li minn fuqu jridu jgħaddu s-suldati alleati. 1969 – Hannibal Brooks. Il- priġunier tal-gwerra Oliver Reed ikun imqabbad jevakwa xi annimali minn zoo fi Munich fil-Bavarja u jħejji pjan kif jaħrab bil-mixi minn fuq il-muntanji bl-annimali b'kollox (bħal Annibale li ħadha kontra r-Rumani). Il-mużika hija ta' Francis Lai. 1961 – e Guns Of Navarone. Il-produzzjoni tesegwixxi azzjoni splussiva fejn Gregory Peck u ċorma suldati miegħu jmorru fuq din il- gżira Griega okkupata min-Nażisti biex jippruvaw jeqirdu kanuni kbar tal-għadu ħalli tkun tista' tgħaddi l-flotta Brittanika. Tintuża mużika tajba ta' Dimitri Tiompin. 1967 – Triply Cross. Christopher Plummer jaħdem il-parti ta' Eddie Chapman, spija li tassew kien kapaċi jiaħ kull kaxxaforti u li kien jaħdem kemm għall-alleati u kemm għall-Ġermaniżi. Yul Brynner u Romy Schneider jaħdmu wkoll f 'dan ix-xogħol bil-mużika tal- Franċiż Georges Garvarentz. 1969 – Play Dirty. Il-Kaptan tal- armata Brittanika jmexxi grupp ta' suldati ruani fl-Afrika ta' Fuq kontra l-Ġermaniżi. Huwa film verament vjolenti mqabbel ma' e Dirty Dozen (1967) fejn iż-żewġ naħat mhumiex dinjitużi. Jidhru fih Michael Caine u Harry Andrews bil-mużika ta' Michel LeGrand. Tinstema' l-kanzunetta popolari Lili Marleen. 1966 – Is Paris Burning?. Dan il- film huwa ta' produzzjoni Franċiża diretta minn Rene' Clement b'atturi minn diversi pajjiżi bħal Kirk Douglas, Glenn Ford, Anthony Perkins, Jean Paul Belmondo, Leslie Caron, Gert Froebe u Orson Welles. Il-film juri l-liberazzjoni ta' Pariġi u l-attentat tan-Nażi biex jaħarquha. L-isem tal-film ġej minn telefonata ta' Hitler minn Berlin lill-kap tal- operazzjonijiet Ġermaniżi f 'Pariġi fejn isaqsieh jekk il-belt hux qed tinħaraq skont pjan ta' qabel. It- tema tal-film hija ta' Maurice Jarre. 1961 – Judgement At Nuremberg. Dan huwa tassew il-kapulavur kolossali ta' Stanley Kramer bl-atturi Spencer Tracy, Marlene Dietrich, Burt Lancaster, Richard Widmark, Judy Garland, Maximilian Schell u Montgomery Cli. Wara l-gwerra, Tracy ikun l-imħallef fil-ġurijiet ta' dawk maħsuba kriminali tal-gwerra. Huwa film b'reċtar impekkabbli l-aktar minn Maximilian Schell, l-avukat difensur li rebaħ l-Oscar u Judy Garland bħala Irene Hoffmann li tibża' tixhed kontra erba' mħallfin akkużati bi qtil tal-innoċenti. Il- mużika hi ta' Ernest Gold bil- marċi sbieħ Ġermaniżi Wenn Die Soldaten u Wenn Wir Marschieren. 1964 – 633 Squadron. Ron Goodwin kiteb il-mużika ta' dan il-film pretenzjuż ta' missjoni bl- ajru biex jibbumbardjaw fabbrika tal-armi Ġermaniżi fin-Norveġja. Kiteb il-mużika ta' films oħra tal- gwerra bħal Where Eagles Dare (1968) u Battle Of Britain (1969). Il-gwerra tal-Vjetnam dehret f 'ħafna pellikoli, l-aktar dawk tas-snin sebgħin. Fl-1968 ħareġ e Green Berets, bl-attur John Wayne, propoganda sfaċċata li ma turix minn xiex jgħaddu s-suldati Amerikani. Aktar realistiċi u kommoventi kienu Apocalypse Now (1979) li fih tinstema' Ride Of e Vakyries ta' Richard Wagner, e Deerhunter (1978) bit-tema Cavatina ta' John Williams, u Platoon (1986) bil-mużika ta' Georges Delerue. Sakemm il-gwerer jibqgħu jsiru, films dwarhom reali jew fittizji jibqgħu jinħadmu. 14 films IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 • illum Carmel Bonnici Kanzunetti, marċi u temi mużikali mill-films tal-gwerra (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Paris Burning huwa film epiku tal-gwerra iswed u abjad tal-1966 dwar il-ħelsien ta' Pariġi f 'Awwissu tal-1944 Film dwar priġunieri tal-gwerra alleati li jippjanaw il-ħarba ta' mijiet ta' persuni minn taħt il-ħakma Ġermaniża