Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297
intervista illum • IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 07 numru ta' persuni jispiċċaw bla dawl' qegħdin fiha. Li rajna s-sena l-oħra kien prevvist li narawh fit-2028, allura bla dubju kellna niddefsu u nagħmlu xi ħaġa. L-ENEMALTA HAWN GĦAŻLET LI TIXTRI ŻEWĠ GENERATORS TEMPORANJI, LI QAJMU FTIT MHUX ĦAŻIN KONTROVERSJA. GĦALFE JN GĦAMILTUHOM DAWN U BDE JTU TUŻAWHOM DIĠÀ? Meta ħadna din id-deċiżjoni... kif diġà għidt aħna għandna biżżejjed ġenerazzjoni ta' dawk, imma jekk alla ħares qatt ifalli wieħed mill-impjanti waqt żmien li l-aktar għandek bżonn ġenerazzjoni, inti qed tissagrifika li tħalli numru ta' konsumaturi bla dawl. Allura meta rajna l-agħar sitwazzjoni li jista jkollna, iddeċidejna li ninvestu f 'ġenerazzjoni temporanja, sakemm jitlesta l-bini tat-tieni interconnector. Dan huwa prevvist li jitlesta fl- aħħar ta' 2026, jew il-bidu ta' 2027. Bħalissa qed nistennew li jaslu, u jiġu installati f 'Delimara, lesti għal dak li jista jinqala. GĦANDNA SIT WAZZ JONI FE JN IL-ĦIN KOLLU NITKELLMU FUQ KIF MA NEĦLUX L-ENERĠIJA, IMMA FL-ISTESS ĦIN TRIDU INTHOM TRIDU TBIEGĦU L-ELETTRIKU, INKELLA MHUX SE TAGĦMLU QLIEGĦ, MHUX HEKK? KIF ISSIB IL-BILANĊ BE JN IT- TNE JN? L-Enemalta qegħda hemm biex tagħti l-provvista tad- dawl, mhux qegħda hemm biex tgħidlek "tużax dan, imma uża dan." L-Enemalta qed tipprovdilek il-provvista tad- dawl, imma mhux pjaċir tagħna meta numru ta' konsumaturi jispiċċaw bla dawl. L-infrastruttura mhux il- cables biss, l-istazzjonijiet ukoll jagħmlu effett. Bħalissa qed nanalizzaw it-tenders għaċ- ċentri fis-Siġġiewi u n-Naxxar biex intejbu d-distribuzzjoni. Qed nitolbu wkoll li jekk qabel dar li issa saret appartamenti, isiru aktar sub stations. Iva vera li iktar kemm jiġi kkunsmat enerġija, ovvjament iktar ikollha profitt l-Enemalta. Imma nafu wkoll li l-Enemalta qegħda hemm biex tissuplixxi d-dawl waqt tmur oltre minn dak li l-Gvern ikun iddeċieda li jagħmel għal poplu. Eżempju bħalissa hemm l-għajnuna mill-Gvern biex l-Enemalta ma tagħmilx telf. Il-pożizzjoni tal- Enemalta hija dik. KEMM QEGĦDIN 'IL BOGĦOD BIEX NILĦQU IL-MIRI, IL-PERSENTAĠĠ, TA' ENERĠIJA RINOVABBLI MITLUB MILL-PAJJIŻ? L-Enemalta tixtri enerġija rinovabbli, bħalissa nixtru madwar 10%. Bħalissa 70% hija enerġija lokali, 20% qed nieħdu mill-interconnector u 10% li qed nieħdu minn panelli solari. Illum qed nilħqu 240mw ta' panelli installati, li minnhom nieħdu madwar 160mw. Bla dubju meta inti qed tkabbar, fejn ukoll qed tingħata għajnuna mir-regolatur biex isiru aktar solar farms, panelli, etc, dawn se jkunu sorsi alternattivi tajbin biex l-Enemalta jkollha diversità li tista tuża b'mod aktar tajjeb. Pero' mal-panelli solari, biex tieħu l-benefiċju tagħhom, irid ikollok fejn taħżen l-enerġija, u wara tuża fil-ħinijiet li verament għandek bżonn. Fis-7pm mhux se jkollok il-panelli li jtuk id-dawl, imma enerġija mill- interconnector jew lokali li ttik d-dawl. WAĦDA MILL-AKTAR AFFARIJIET LI JSIR ILMENT DWARHA MIN-NIES HIJA D-DESKREPANZI FIL- VULTAĠĠ. GĦALFE JN JIĠRI DAN, U X'QED TAGĦMLU BIEX TNAQQSU L-IMPATT? Parti mill-pjan li kellna għal sitt snin, huwa li jsiru 40 sub station fis-sena. Din is-sena parti mix-xogħol li qed nagħmlu għal cables taħt l-art, għandna fis-seħħ li tkunu installajna 68 sub station. Hekk inkunu qbiżna sew in-norma ta' dak li kellna mfassal. Tkun sub station li tkun qed tirregola l-voltaġġ biex kulħadd jieħu voltaġġ. Bħalissa qed ninstallaw ukoll voltage regulators. Dawn qed ninstallawhom fejn il-voltaġġ mhux ikun inqas jew aktar b'10% tal-voltaġġi normali. DIN IL-PROBLEMA, GĦANDKOM DEADLINE META SE TIĠI SOLVUTA? Fl-opinjoni tiegħi qegħdin kif suppost, il-kolleggi tekniċi ddentifikaw fejn qed ikollna dawn il-problemi, u dawn qed jiġu solvuti. LESTI BIEX DAK LI ĠARA S-SENA L-OĦRA MA JIĠHIEX REPETUT? Li nista ngħid li dawn il- ħames xhur, kienu ħames xhur impenjattivi ħafna għal ħaddiema kollha tal-Enemalta. Jien ma nistax ninsihom li dawn il-ħaddiema. Ngħid ukoll li l-chemistry bejn Enemalta, Infrastructure Malta u Transport Malta, ħadmet għax fl- aħħar ħames xhur lestejna pjan ta' 22km madwar Malta u Għawdex. L-ewwel li kkonċentrajna fuqhom kienu ż-żoni li l-aktar kellhom problemi s-sena l-oħra. Mhux pjaċir ta' ħadd li jkollna dan il- qtugħ. Garanzija ma nista nagħti qatt, imma bħal ma għamilna f 'dawn iż-żoni, nkomplu nindirizzaw f 'żoni oħra. Din l-intervista ġiet imxandra fuq l-istazzjon nazzjonali nhar it-Tnejn 15 ta' Lulju, fuq il- programm Xtra.