MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524297

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' LULJU 2024 05 Minn 2,585 spezzjoni fi 2023, għal 4,000 fl-ewwel nofs tas-sena IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Fl-ewwel nofs tas-sena, 4,000 spezzjoni mill-OHSA wasslu għal 204 stop orders f 'siti tax- xogħol, inkluż escalators f 'ċentri kummerċjali, tower cranes, u persuni f 'riskju ta' waqgħat mill-għoli. Is-sena l-oħra, L-OHSA, flimkien ma' numru ta' awtoritajiet u persuni oħra, kienet taħt skrutinju qawwi minħabba l-inkjesta pubblika dwar il-mewta traġika taż- żagħżugħ Jean Paul Sofia, f 'sit ta' kostruzzjoni f 'Kordin fl-2022. Kienet din l-inkjesta illi, mhux biss imbuttat fuq quddiem tal- aġenda Parlamentari sett ġdid ta' regolamenti u riforma sħiħa tas-settur, iżda waqt ir-reshuffle f 'Jannar ta' din is-sena, Attard ingħata r-responsabbilità li jassigura żvilupp fir-riforma u tibdil fil-kultura tas-settur. Mistoqsi jekk dawn iż-żidiet fl- ordnijiet kinux riżultat ta' żieda fl-abbuż jew żidiet sostanzjali fl-ispezzjonijiet mill-uffiċjali mqabbda, il-Ministru għall- Ġustizzja, u r-Riformi fis-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard dlonk ikkredieta lil tal- aħħar. "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar nies qed ikunu konxji tal-obbligi legali u d-drittijiet tagħhom fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Dan jgħodd kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-ħaddiema. Kienet bla dubju ż-żieda fl- ispezzjonijiet li wasslet għal dan in-numru ta' stop orders," Attard qal lill-gazzetta ILLUM. Apparti dan, bi tħejjija għal- liġi l-ġdida, l-OHSA bdiet proċess ta' ristrutturar intern li beda jħalli l-frott tant li fl-ewwel sitt xhur tas-sena nħarġu 260 multa meta kkumparat mat- 68 fl-2023, filwaqt li ttieħdu 618- il forma differenti ta' azzjoni ta' infurzar fuq il-lantijiet tax- xogħol, minn 135 meħuda s-sena li għaddiet. Dawn il-260 multa kienu jfissru €165,000. Iktar kmieni din il-ġimgħa, l-Ministru Attard semma li kien hemm ukoll żieda fl- ispezzjonijiet fejn minn 2,585 fl-2023, fl-ewwel nofs ta' din is-sena diġa twettqu 4,000 spezzjoni. Qal li l-OHSA qed tkompli tifrex l-għeruq tagħha f 'oqsma varji bħall-istabbilimenti tal- ikel, manifattura u servizzi ta' kura tas-saħħa, u fuq kollox qed twieġeb ukoll għas-settur tal-kostruzzjoni fejn l-aħħar ċifri jindikaw li aktar min-nofs l-ispezzjonijiet saru fuq dan il- lant. Bil-liġi l-ġdida, il-multi amministrattivi se jkunu jilħqu l-massimu ta' €20,000. F'nuqqasijiet ta' natura kriminali, l-azzjoni tittieħed fil-Qorti b'multa li tista' tilħaq il-€50,000, bil-possibilta` li jittieħdu l-liċenzji kollha u sentenza ta' sentejn ħabs. "Rajna li jkun hemm multi u pieni li jirriflettu r-realtajiet tal- lum u jwasslu biex ikun hemm deterrent li joħloq din il-kultura ta' responsabbilizzazzjoni," Attard temm jgħid. Fl-istess konferenza stampa dwar il-bidu tal-proċess tal- implimentazzjoni tal-liġi ġdida tal-OHSA, il-Kap Eżekuttiv tal- OHSA, Josianne Cutajar elenkat bosta tibdiliet fosthom anke fl-iskeda t'offiżi li jwasslu għal reati kriminali, u fil-ħatra ta' membri tat-tribunal u l-membri tal-bord tal-governanza tal- OHSA. Qalet li l-OHSA se żżid ukoll ir-riżorsi umani tagħha li minn 30 ħaddiem se jitilgħu għal 80 s-sena d-dieħla. "Għandna issa l-proċess ta' sejħiet pubbliċi biex ningaġġaw nies ġodda, uffiċjali ġodda kemm professjonisti u anki esperti, kif ukoll in-nies tekniċi li jridu jmorru jagħmlu l-ispezzjonijiet," qalet Cutajar. Ittra ta' intenzjoni Id-Direttur David Hodkinson, tal-kumpanija TalentGroup Ltd., jiddikjara l-intenzjoni tiegħu biex il-kumpanija tirreġistra għal- Liċenzja tal-Aġenzija, skont Artiklu 23, l-Att dwar l-Impjiegi u Servizzi ta' Taħriġ, (ActXXVIII tal-1990). L-attivitajiet proposti jinkludu: 1. Konsultazzjoni għar-reklutaġġ, 2. Intervisti, l-għażla u l-allokazzjoni ta' kandidati f'impjieg, 3. Reklutaġġ ta' persuni minn barra minn Malta għall-impjieg f'Malta jew f'kwalunkwe` stat membru tal-Unjoni Ewropea, 4. Ingaġġar ta' persuni f'Malta, jew f' kwalunkwe` stat membru tal-Unjoni Ewropea, 5. Reklamar biex jimtlew irwoli vakanti, 6. Reġistru ta' applikanti miżmum għall-impjiegi. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: TalentBet, Block B, 178, Triq Marina, Pieta, Malta Numru tal-kumpanija reġistrata: C104570 ENGLISH VERSION: FOR ALISON'S ATTENTION ONLY "Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar nies qed ikunu konxji tal-obbligi legali u d-drittijiet tagħhom fil- qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. Dan jgħodd kemm għal min iħaddem kif ukoll għall- ħaddiema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 July 2024