MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 August 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 • illum opinjoni D awk li jiaħru kemm jafu dwar l-arti qed jikkonfermaw kemm dan l-għarfien huwa artifiċjali, preten- zjuż u bla sugu. Dawk li jqattgħu ħajjithom jistudjaw l-arti jgħidulek li l-arti tibqa' tirriuta għarfien sħiħ. Malli tgħid li għandek għarfien sħiħ tal-arti se jkollok tikkonferma kemm ma taf xejn, u dak li qed issejjaħlu arti jsir xi ħaġ'oħra. Dan jgħodd għal ħafna oqsma oħra tal- għarfien, ibda mix-xjenzi fiżiċi, empiriċi u soċjali u spiċċa fit-teoloġija, il-filosofija u magħhom l-arti. Imma għall-kuntrarju ta' dawk tal-ewwel, li jimplikaw metodoloġiji u analiżi ta' "fatti", dwar oqsma bħall-arti, il-ħsieb, jew it-twemmin ma nistgħu qatt nagħmlu xi argument tanġibbli empiriku u definittiv. Kull argument li qed nagħmlu dwar l-arti (kontra jew favur, bi stmerrija jew b'eloġju) mhux se ssibu marbut ma' fatti empiriċi ħlief b'mod relattiv. U ma ninsewx li l-esperjenza tal-arti, il-ħsieb u t-twemmin huma fatt tanġibbli imma ma tista' qatt tkejjilhom bl- istess mod li tkejjel oġġett jew strument. L-iskandlu tal-arti Dak li nispjegaw dwar l-arti, il-ħsieb jew it-twemmin huwa espress f 'dak li jseħħ fis-soċjetà, jiġifieri fl-atteġġjament uman u f 'espressjonijiet oħra li, iva, nistgħu nosservawhom, nesperjenzawhom, u nistudjawhom, għalkemm dak li qed nanalizzaw, la hija l-arti, u wisq anqas il-fidi jew il-ħsieb. B'hekk meta se nitkellmu dwar għarfien marbut ma' sferi bħalma hija l-arti, se jkollna dejjem nagħmlu distinzjoni bejn dak li qed naraw lilna nfusna nagħmlu u dak li minnu se ssib fl-għemil fih innifsu. Fi kliem ieħor, bħala fatt esperjenzat, l-arti hija deludenti u tħallik b'għarfien wieħed u wieħed biss: li dak li qed tara quddiemek huwa riflessjoni ta' dak li inti trid tara u li bih u fih tħossok komdu tara u tħoss. Huwa f 'dan il-kuntest li tul is-sekli l-arti dejjem qajmet rabja u frustrazzjoni, speċjalment fis-setgħana u ċ-ċrieki tal-poter. Dan mhuwiex biss fattur fl-arti moderna u kontemporanja. Jekk taqbad ktieb serju tal-istorja tal-arti, se ssib li l-iskandlu tal-arti huwa rikorrenti. L-arti hija attività intrinsikament skandalistika. Tipprovoka mhux b'kapriċċ imma bi dmir. Hija għażla umana. Wara kollox kull twemmin, ħsieb u espressjoni huwa provokatorju, ibda minn dawk ta' natura ta' fidi u konvinzjoni. X'hemm differenti mill-ħajja tal-qaddisa li tipprovoka r-rabja tal-ġerarkiji tal-Knisja u l-artista li tagħmel l-istess? Insejnieha lil Jeanne d'Arc, li wara li ħarquha fil-misraħ, għamluha qaddisa u patruna ta' Franza? Lil Ġwanni tas-Salib, poeta u mistiku Spanjol, li wara li spiċċa f 'ħabs konventwali mixli b'ereżjarka, illum Duttur tal-Knisja? M'hemmx element artistiku fl-iskandlu ta' tant figuri provokatorji li għadhom jispirawna sal-lum, anke fl-istess tradizzjonijiet reliġjużi li llum bħal iridu jinsew l-istorja li ffurmatna lkoll fit-tradizzjonijiet tagħna? X'ħallew barra Ħafna drabi, dak li ssib fl-istejjer tal-arti huwa selettiv u llum fid-dixxiplina tal- istorja, it-teorija u l-kritika tal-arti il-punt huwa li tfittex dak li tħalla barra. Il-punt tal-istudju tal-arti, iktar minn qatt qabel, huwa li tipprova tiem għaliex elementi bħalma huma tal-klassi soċjali, tal-ġeneru, tas-sesswalità, tat-twemmin innifsu, u ħafna oħrajn, tħallew barra mill-kanonu tal-arti. Pereżempju, għaliex fl-istorja tal-arti ssib it nisa u ħafna rġiel? Kienu jgħidulna li n-nisa ma kinux artisti. Mhu vera xejn. Fil-fatt nafu li kien hemm nisa jekk mhux iktar minn irġiel artisti. Imma dawn spiċċaw intenzjonalment minsija. Biex ma nsemmux is-sesswalità ta' artisti li meta nippruvaw nimu l-arti tagħhom ninjurawha għax malajr tiskomoda lil xi ħadd. L-istess f 'sens ta' razza jew kultura. Fl-Ewropa, anke meta tradizzjonijiet twal artistiċi fl-Afrika u l-Asja kienu ta' influwenza ċentrali fuq l-arti Ewropea, għal sekli sħaħ dawn l-influwenzi ma kinux rikonoxxuti ħlief f 'kotba li ma kontx issibhom fuq il-bankijiet tal-iskola jew l-akkademja. Saħansitra llum, ċerti kotba li juru l-wesgħat diversi tal-arti se ssib li huma ċċensurati fi Stati bħal Florida jew Texas! U ma ninsewx l-approprijazzjoni tal- arti pagana fil-knejjes u l-imqades Insara. Illum ħafna jridu jinsew (jew ma jridux jagħrfu l-fatt) li l-paganiżmu fl-arti Nisranija kien fattur u karattru ċentrali fl-evoluzzjoni tal- ikonografija Nisranija. Forsi għalhekk ħafna qed jitfixklu meta jaraw xena pagana u jaħsbu li hija immaġni ta' rakkont Nisrani? Iċ-ċajta ta' Croce Il-filosfu Taljan Benedetto Croce, fil-ktieb tiegħu Breviario di Estetica kiteb li "Għall- mistoqsija 'X'inhi l-arti?' tista' twieġeb b'ċajta (għalkemm din mhijiex xi ċajta tal-blieh) li 'l-arti hija dik li kulħadd jaf x'inhi.'" (L'arte è ciò che tutti sanno che cosa sia). Croce kien jaf, u insista li jekk bħalu u ħafna oħrajn, tqatta' ħajtek tipprova tiem x'inhi l-arti se ssib li l-mitsoqsija "X'inhi l-arti?" hija waħda li bl-Ingliż ngħidu li hija loaded, jiġifieri mistoqsija li b'xi mod, min jagħmilha qed jimplika li jaf it-tweġiba. Iċ-ċajta hawn mhijiex fuq l-arti imma fuq min jinsisti li jaf x'inhi. Hija ċajta serja u mhix tal-bluha għax turi kemm il-mistoqsija hija fl-aħħar mill-aħħar riflessjoni ta' dak li lkoll ninsistu dwarha: l-għarfien tagħna ta' għemil li fih innifsu mhux biss jibqa' miuħ għal aktar interpretazzjoni, imma fejn l-interpretazzjoni nfisha għandha rwol importanti fil-qawsalla ta' dak li jagħmel l-arti. U hawn il-qawsalla mhix biss simbolu ta' diversità infinita imma wkoll tar-refrazzjoni tad-dwal li minnha l-ilwien narawhom anke meta dawn, bħall-arti, la huma tanġibbli u wisq inqas ma tista' tikkwantifikahom jew tgħoddhom. Biex inkomplu ma' Croce nistgħu wkoll nistaqsu: "Allura fejn tidħol l-arti, kulħadd jiem?" u forsi wkoll, "U allura kulħadd għandu raġun?". Naħseb li jekk wasaltu s'hawn u għadkom ma xbajtux taqraw, qed timu wkoll sew x'qed jgħid Croce u forsi bħalu wkoll tgħidu li jekk ma rridux inħammru wiċċna bil-mistħija meta nippruvaw nuru li skoprejna l-univers b'xi definizzjoni "ġdida" tal-arti, l-aħjar mod huwa li nippruvaw naraw x'mhijiex l-arti u forsi wara dan nibdew naraw x'nitgħallmu minn diskussjonijiet bħal dawn. U dawk li huma interessati dwar xi jkompli jgħid Croce, il-ktieb tiegħu (li kiteb fl-1913) għadek issibu kullimkien f 'ħafna ilsna. Twerżiq u fatwi kulturali Ir-reazzjoni kważi isterika b'riferiment għall-arti — f 'dan il-każ dik li biha nfetħu l-Olimpjadi f 'Pariġi — fejn inqalgħu rwiefen ta' kritika u kontrokritika dwar dik l-imbierka Bakkanalja li ħafna dehrilhom li kienet parodija tal-Aħħar Ċena ta' Leonardu da Vinci, ifakkruna fiċ- ċajta ta' Croce. Hawn iċ-ċajta fakkritni li l-għarfien li lkoll ngħidu li għandna rigward l-arti taf issir velenuża. Għax anke lil hinn mis-suġġett u l-allegat "insult" li bih ħafna Nsara raw f 'dak l-imbierek Bakkanal, hemm ukoll argument ieħor: "Din mhijiex arti!" ħafna werżqu. U meta tisma' hekk, tinduna li dawk li qed jinsistu li qed jagħmlu xi argument estetiku, fil-fatt ir-rabja tagħhom hija riflessjoni ta' ħafna elementi oħrajn. Meta jistaqsu "X'inhi arti?" dawn qed jgħidulek "L-arti għandha tkun hekk u hekk biss!" Anke meta xi Papa ordna li jlibbsuhom qalziet ta' taħt, l-iġsma għarwenin li għadna nqimu fi knejjes bħall-Kappella Sistina ma jdejquniex sakemm dawn ma jurux kemm il-qawsalla tal-arti hija fil-fatt riflessjoni tad-diversità li tagħmilna bnedmin. Bl- istess mod, għal ħafna rwieħ tajba, l-allat Griegi mhumiex offensivi sakemm dawn ma jsirux tanġibbli fi żmienna u xi ħadd jirrappreżentahom bħala drag queens fuq il-palk tal-ħajja ta' kuljum. Dak li rajna ħiereġ fil-beraħ dan l-aħħar kien li ħafna jridu jaraw biss il-qawsalla umana b'mod artifiċjali u kif jaqbel lilhom u lill-preġudizzji tagħhom. Dawn huma inklussivi sakemm jintgħoġbu minn kulħadd (forsi għal raġunijiet utilitarji, kummerċjali jew anke politiċi). Imma fil-verità dawn l-istess nies ma jridux jafu bid-diversità meta jiġu għal dak li għalihom jibqa' skomdu wisq: ir-realtà umana. Għal uħud, l-arti qiegħda hemm biss biex tħallihom komdi u biex isservi l-privileġġi li dejjem gawdew tul is-snin. Meta r-realtà tiskomodahom, tarahom jixlu u effettivament joħorġu b'kull għamla ta' fatwa kulturali u morali immaġinabbli fuq kull min ma jaqbilx magħhom. John Baldacchino John Baldacchino huwa kittieb, akkademiku u professur tal-Arti u l-Edukazzjoni fl-Univeristà ta' Wisconsin-Madison L-arti u lil hinn minnha L-interpretazzjoni tal-Alla Grieg Dionysus f 'prestazzjoni waqt il-ftuħ tal-Olimpjadi f 'Pariġi u (fiċ-ċirklu) Il-filosfu Taljan Benedetto Croce

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 August 2024