MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 August 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 05 PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT IL-FOND GĦALL-AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea jixtieq javża li ser tiġi mnedija s-sejħa għall- proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (FAMI): Objettiv Speċifiku 2: it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal- ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, u l-promozzjoni u l-kontribuzzjoni għall-integrazzjoni effettiva u l- inklużjoni soċjali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. Din is-sejħa għall-proposti għandha tkopri azzjoni li tiffoka fuq: jitnaqqsu l-ostakli lingwistiċi f'iskejjel biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni fost it-tfal; il-promozzjoni tad-diversità fis-settur edukattiv li jindirizza n-nuqqasijiet attwali u l-ħtiġijiet futuri tas-soċjetà trawwim t' etniċità fis-setturi soċjali u edukattiv; u provvista ta' servizzi ta' sostenn lill-familji migranti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess fis-sistema edukattiva. Is-sejħa għall-proposti ser tiġi mnedija fit-30 t' Awwissu 2024 u tibqa' miftuħa sa nofsinhar tal-15 ta' Novembru 2024. It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari ser ikunu disponibbli mat-tnedija tas-sejħa għall-proposti. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall- Programm FAMI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp-content/uploads/2023/10/AMIF-Programme-v- 2.0.pdf, sabiex jaraw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Ser issir ukoll sessjoni ta' informazzjoni fuq il-kontenut tal-formola tal-applikazzjoni kif ukoll il-linji gwidi rispettivi. L-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt. AVVIŻ L-Uffiċċju tal-Presidenza javża lill-pubbliku li l- Kitchen Garden huwa magħluq b'effett mill-1 ta' Awwissu, 2024 biex isiru xogħlijiet meħtieġa. Il-pubbliku ser ikun infurmat meta jerġa' jinfetaħ. Il-Kummissarju għall- Istandards fil-Ħajja Pubblika ddeċieda li ma jsegwix investigazzjoni dwar l-allegat użu ħażin tal-passaport diplomatiku mill-eks Prim Ministru, Joseph Muscat, minħabba li m'għandu l-ebda ġurisdizzjoni fuq persuni li m'għadhomx membri tal- parlament. Fid-deċiżjoni tiegħu dwar it-talba għall-investigazzjoni li kienet saret minn Arnold Cassola f 'Marzu 2023, il-Kummissarju, l-Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, qal li kienet f 'idejn il-gvern li jerġa' jikkunsidra jekk jippermettix lil Muscat ikompli jżomm il-passaport diplomatiku. Cassola kien għamel it-talba wara li l-Prim Ministru Robert Abela kkonferma li passaport diplomatiku kien inkluż bħala parti mill- pakkett ta' benefiċċji ta' Muscat, u argumenta li l-eks mexxej Laburista ma kienx uffiċjal pubbliku, u lanqas rappreżentant tal-gvern ta' Malta. "Dan huwa abbuż ta' poter," kien qal Cassola dak iż-żmien. "Passaport diplomatiku jinżamm u jintuża minn uffiċjali tal-istat Malti jew persuni li jaħdmu fuq missjonijiet diplomatiċi għall-awtoritajiet Maltin. Joseph Muscat mhuwiex la wieħed u lanqas l-ieħor." Fl-istess deċiżjoni mogħtija lbieraħ, l-Imħallef Azzopardi qal li, peress li Muscat m'għadux Prim Ministru jew membru tal- parlament, il-kwistjoni ma taqax fil- kamp tal-Att dwar l-Istandards fil- Ħajja Pubblika u konsegwentement lanqas tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. L-Imħallef irtirat żied jgħid li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li xi persuna taħt l-Att kienet kompliċi fl-allegat ksur tal-politika. Għalhekk din l-allegazzjoni ma tistax tiġi investigata minn dan l-Uffiċċju. "L-uffiċċju jiem li m'hemm l-ebda mekkaniżmi li jippermettu lill-ministeru jissorvelja kif qed jintużaw il-passaporti diplomatiċi minn eks-Prim Ministri u li ma kinux qed jinżammu rekords tal- movimenti faċilitati minn dawn il- passaporti, kif iddettat mill-politika tal-passaport diplomatiku." Il-Kummissarju qal li kien kuntent li l-preżentazzjoni ta' din il-kwerela wasslet lill-uffiċċju li jamministra l-passaporti diplomatiċi biex iwiegħed aktar kontrolli fuq l-użu tagħhom "u li din il-wegħda ġiet miżmuma." "Huwa f 'idejn il-kabinett li jiddeċiedi jekk Joseph Muscat għandux jibqa' juża l-passaport diplomatiku tiegħu," qal il- Kummissarju għall-Istandards fil- Ħajja Pubblika. Fil-konklużjoni tiegħu, il- kummissarju qal li l-investigazzjoni dwar l-ilment ma setgħetx tkompli għax ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' ħażen minn membri tal-gvern attwali. Barra minn hekk, is-suġġett tal- ilment, Muscat innifsu, ma setax jiġi investigat għax m'għadux taħt il-ġurisdizzjoni tal-kummissarju, peress li rriżenja mis-siġġu tiegħu fil- parlament f 'Ottubru 2020. Il-kummissarju rrimarka li l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi wkoll kien żamm il-passaport diplomatiku tiegħu. Kienet ukoll id-deċiżjoni kollettiva tal-kabinett li tagħti l-passaport diplomatiku bħala parti mill-pakkett ta' benefiċċji ta' Muscat, qal, u l-Prim Ministru ma setax unilaterali jiddeċiedi li jirrevoka deċiżjoni meħuda mill-kabinett, mingħajr ma l-ewwel iqajjem il-kwistjoni mill- ġdid fi ħdan l-istess kabinett. Huwa żied li l-ilment kien eżaminat fil-kuntest tal-2023 u hija f 'idejn il-gvern li jiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta' xi azzjoni ulterjuri fid-dawl tal-fatt li Muscat issa qed jiffaċċja akkużi kriminali relatati mad-deal tal-isptarijiet. Fl-2020, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru rriuta li jiżvela d-dettalji tal-pakkett ta' benefiċċji, madankollu, ġie żvelat li rċieva madwar €120,000 f 'pagamenti ta' severance. Il-pakkett ta' benefiċċji tal-eks Prim Ministru jinkludi wkoll karozza b'sewwieq kif ukoll l-użu ta' karozza oħra, żewġ linji tat-telefon u konnessjoni tal-internet, kompjuter jew laptop b'printer u scanner, telefon, kif ukoll assistent personali. 'F'idejn il-kabinett biex jiddeċidi jekk Muscat iżommx il-passaport diplomatiku,' il-Kummissarju għall-Istandards jikkonkludi Żieda fix-xiri ta' karozzi hybrid, iżda l-projbizzjoni tal- e-scooters tikkawża tnaqqis xokkanti ta' vetturi elettriċi It-tieni kwart tal-2024 ra tnaqqis qawwi fin-numru ta' vetturi elettriċi fit-toroq ta' Malta. Kawża tal- projbizzjoni kontroversjali fuq l-e-scooters tal-kiri f 'Marzu li għadda, li 1,600 e-scooter tneġġew mit- toroq ta' Malta f 'daqqa. Madanakollu, il-vetturi elettriċi għall-passiġġieri komplew jiksbu popolarità, b'żieda ta' kważi 600 bejn Marzu u Mejju ta' din is-sena, kif ukoll in-numru ta' muturi elettriċi u vetturi kummerċjali. Jekk neskludu l-e-scooters tal-kiri, in-numru ta' vetturi elettriċi fit-toroq ta' Malta żdied bi 866 minn Marzu biex jilħaq 10,539, żieda ta' 9%. Minkejja dan, il-vetturi elettriċi jammontaw biss għal 2.4% tal-vetturi kollha f 'Malta, titjib marġinali fuq iċ-ċifri fl-ewwel kwart tal-2024, ladarba l-e- scooters tal-kiri jkunu esklużi. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) qal li sal- aħħar ta' Ġunju, total ta' 257,483 vettura bil-mutur, jew 58.5% tat-total, kellhom magni li jaħdmu bil- petrol. Il-vetturi bil-magna tad-diesel laħqu 156,347 jew 35.5% tat-total. Il-vetturi elettriċi u hybrid plug-in ammontaw għal 3.4%, b'total ta' 14,924. Meta mqabbel mal-kwart preċedenti, żidiet kienu rreġistrati fil-vetturi hybrid plug-in (diesel-elettriku), b'żieda ta' 22.2%, hybrid (diesel-elettriku), b'żieda ta' 8%, u hybrid ħfief (petrol-elettriku), b'żieda ta' 5.8%. L-NSO qal li sal-aħħar ta' Ġunju, l-ammont ta' vetturi bil-liċenzja kien jilħaqq l-440,163. Minn dan it-total, 74.4% kienu karozzi tal- passiġġieri, 14.3% kienu vetturi kummerċjali u agrikoli, u 10.7% kienu muturi/E-bikes/PA-bikes, E-kick scooters, quadricycles u All-Terrain Vehicles (ATVs). Xarabanks u minibuses ammontaw għal inqas minn wieħed fil-mija.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 August 2024