MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Bil-films ta' Charlie Chan (ditektiv Ażjatiku) għaddejjin tajjeb, il-karattru ta' wieħed li jidher timidu iżda intelliġenti u ditektiv bravu jismu Mr. Moto, maħluq mill-pinna ta' John P. Marquand, deher naturali għal fuq il-liżar ċinematografiku. It-20th Century Fox, l-istess studjow li kienu qed jaħdmu s-serje ta' Charlie Chan, inawguraw din is-sensiela fl-1937 bil-film ink Fast Mr. Moto, u bil-protagonist sorpriża jkun Peter Lorre. L-attur daħal għal dan l-irwol b'mod tassew inġenjuż u interpreta lil dan l-investigatur makakk fi tmien xogħlijiet li kollha ħarġu sas-sena 1939. Din is-serje inzertat waħda divertenti iżda ma kellhiex l-ispinta tal-films dwar Charlie Chan. Fortunatament, dawn il- produzzjonijiet kienu mmexxija b'atturi tajbin li għenu biex jgħattu xi it in-nuqqasijiet tagħhom. Meta jdur madwar id-dinja minn pajjiż għall-ieħor isolvi misteri varjati bil- għajnuna tal-pulizija u anki ġieli mingħajrha, affaċċja viljakki formidabbli bħal Sig Ruman, Sidney Blackmer, John Carradine, Leon Ames, Ricardo Cortez, Jean Hersholt u Lionel Atwill. M'hemmx għalfejn wieħed isemmi li l-qsajjar Peter Lorre kien jittrijonfa f 'kull sitwazzjoni bil-għajnuna negliġibbli tal-baħnan Warren Hymer f 'Mr. Moto In Danger Island. Ħafna jqisu ank You Mr. Moto (1937) bħala l-aħjar f 'din is-serje, bl- eroj tagħna jfittex mappa imprezzabbli li tindika fejn hemm teżor moħbi. Fl-1965, it-20th Century Fox iddeċidew li jerġgħu jqajmu lil din is-serje kważi issa minsija b'film qasir ta' baġit baxx jismu apposta e Return Of Mr. Moto. Henry Silva, attur aktar inklinat għall-partijiet tal-viljakk, kien Mr. Moto. Dan ix-xogħol magħmul ta' kaaf u mhux fidil għall-oħrajn ta' qabel, fosthom kif interpretat il-karattru ewlieni, falla bil-kbir. L-istoriċi tal-films fil- futur se jinjoraw dan il-film u jirrealizzaw li kulħadd iqis lil Peter Lorre bħala l-ġenwin aġent Ażjatiku. ink Fasr Mr. Moto (1937): 66 minuta. Direttur: Norman Foster. Jaħdmu Peter Lorre, Virginia Field, Sig Ruman u J. Carroll Naish. Fl-ewwel dehra tiegħu, l-astuż investigatur Ġappuniż imur minn San Francisco għal Shanghai jsus wara kutrabandisti tad- djamanti. Lorre bin-nuċċali hu l-espert kif jittrasforma ruħu. ank You Mr Moto (1937): 67 minuta. Direttur: Norman Foster. Jidhru Peter Lorre, Pauline Frederick, Sidney Blackmer, Sig Ruman u John Carradine. Aktarx l-aħjar attentat ta' din is-sensiela li tinvolvi lil dan id- ditektiv Orjentali f 'każ ikkumplikat ta' seba' parċmini li juru fejn hemm teżor moħbi ta' Genghis Khan. Mr. Moto's Gamble (1938): 71 minuta. Direttur: James Tinling. L-atturi huma Peter Lorre, Keye Luke, Lynn Bari u Douglas Fowley. Mr. Moto jinfiltra ċorma lagħaba korrotti wara l-mewt ta' boxer. Mr. Moto Takes A Chance (1938): 63 minuta. Direttur: Norman Foster. Jidhru Peter Lorre, Rochelle Hudson u Robert Kent. Meta jingħaqad ma' spija Brittanika dan l-investigatur jiskopri post ta' ammunizzjon fil-ġungla tal-Indoċina. Mysterious Mr. Moto (1938): 62 minuta. Direttur: Norman Foster. Jaħdmu Peter Lorre, Henry Wilcoxon u Leon Ames. Dan l-aġent Orjentali jivvjaġġa lejn Londra fejn soċjetà sigrieta ta' assassini qed tħabbel moħħ Scotland Yard. Mr. Moto's Last Warning (1939): 71 minuta. Direttur: Norman Foster. Il-kast jinkludi lil Peter Lorre, Ricardo Cortez, Virginia Field, John Carradine u George Sanders. Moto jikkumbatti sensiela sħiħa ta' viljakki hekk kif dawn il-qattiela tas-sabutaġġi jiġu fil-Kanal Swejz. Mr. Moto In Danger Island (1939): 63 minuti. Direttur: Herbert I. Leeds. L-atturi huma Peter Lorre. Jean Hersholt, Amanda Duff u Leon Ames. Moto jaffaċċja l-mewt minn kull naħa wara li jsus fuq il-passi ta' gang ta' kutrabandisti f 'Puerto Rico. Mr. Moto Takes A Vacation (1939): 63 minuta. Jidhru Peter Lorre, Joseph Schildkraut, Lionel Atwill u Virginia Field. Għas-sitt darba jidderieġi Norman Foster. Waqt btala fuq vjaġġ, din issir parti mix- xogħol għal Moto hekk kif jipprova jfixkel kriminal ġenju li qed jiġri wara l-kuruna tar- Reġina ta' Saba meta tkun tinġarr f 'mużew. L-aħħar film movimentat ta' din is-serje. e Return Of Mr. Moto (1965): 71 minuta. Direttur: Ernest Morris. Jaħdmu Henry Silva, Terence Longdon, Suzanne Lloyd u Marne Maitland. Lil Silva din il-parti ma tantx kienet tixraqlu. Hu jinvolvi ruħu ma' sindikat li jridu jikkontrollaw il-produzzjoni dinjija taż-żejt. Għal min hu interessat wieħed jista' jfittex dawn il-produzzjonijiet minn fuq l-internet jew jixtri d-DVDs. 14 films IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici Serje ta' films dwar "Mr. Moto" IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA L-attur Henry Silva fil-parti ta' Mr. Moto fil- film 'The Return of Mr. Moto' tal-1965 Xena mill-film Mr. Moto Takes a Chance tal-1938, b'Peter Lorre fil-parti prinċipali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 September 2024