Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408
aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 • illum 04 ITTRA TA' INTENZJONI AlbaMT Group Ltd tiddikjara l-intenzjoni tagħha biex il-kumpanija tirreġistra għal-Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi, skont L.N. 270 tal-2023 L-ATT DWAR IR-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI (KAP.452) Regolamenti tal-2023 tal-Aġenziji tal-Impjieg. L-attivitajiet ipproponew li jkun hemm iffukar fuq il-provista ta' ħaddiema b'enfasi li jagħmluhom disponibbli għal terzi kumpaniji. Dawn jinkludu: 1. Servizzi ta' xogħol temporanju ma' terzi kumpaniji. 2. It-terzi kumpaniji jqassmu x-xogħol lit-tali ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' esternalizzazzjoni li jistgħu jinvolvu provista ta' ħaddiema lil terzi kumpaniji. 4. Aġenzija ta' esternalizzazzjoni, inkluż kuntratturi u sottokuntratturi, u supervisors li jidderieġu u jikkontrollaw lill- ħaddiema. Indirizz Uffiċjali Reġistrat: 144, Sierra Court, Flat 4, Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, Mellieħa Numru tal-kumpanija reġistrata: C101811 FLIMKIEN GĦAL JAKE: L-AĦĦAR TISLIMA LILL-ATLETA ŻAGĦŻUGĦ LI ISPIRA LIL BOSTA Mijiet ta' nies inġabru fil-knisja parrokkjali ta' Birżebbuġa s-Sibt filgħodu biex jagħtu l-aħħar tislima lil Jake Vella, l-atleta żagħżugħ li miet wara battalja twila ma' kundizzjoni newroloġika rari. Jake miet fit-30 ta' Awwissu fl-età ta' 15-il sena. Għal ħafna minn ħajtu, Jake kien qed jiġġieled kontra kundizzjoni msejħa ROHHAD (Obeżità Rapida b'Disfunzjoni Ipotalamika, Iporespirazzjoni, u Diżregolazzjoni Awtonomika), kundizzjoni rari li taffettwa biss madwar 100 persuna madwar id-dinja. Jake l-ewwel ġibed l-attenzjoni pubblika meta beda jaqsam il-vjaġġ tiegħu u tal-kundizzjoni li kellu billi ddokumenta l-isfidi tiegħu pubblikament. Minkejja l-isfidi kbar li kienet tpoġġi fuqu din il-kundizzjoni, Jake biddel il- battalja tiegħu f 'forza pożittiva, billi organizza sfidi ta' għawm u avvenimenti sportivi bl-għan li jqajjem kuxjenza u jiġbor fondi għal kawżi importanti, b'enfasi speċjali fuq il-benesseri tal-annimali. Ir-reżiljenza u l-impenn tiegħu biex jagħmel differenza ispiraw lil ħafna nies. Il-familja ta' Jake esprimiet il-gratitudni tagħha, kemm lejn l-istaff tal-Isptar Mater Dei fejn fih Jake qatta' l-aħħar xhur tiegħu, kif ukoll lejn it-tim tal- ITU li ħa ħsiebu fl-aħħar jiem ta' ħajtu. Huma wkoll estendew ringrazzjamenti mill-qalb lil dawk li sponsorjaw lil Jake, li bl-appoġġ tagħhom żammewh ferħan, u lill-pubbliku Malti talli emmen fih u baqa' miegħu matul il-vjaġġ tiegħu. Il-funeral kien immexxi mill- Arċisqof Charles Scicluna, li ddeskriva lit-tifel bħala idolu għal ħafna u maħbub minn kulħadd. Il-funeral tiegħu laqqa' mijiet ta' nies li mlew il-knisja parrokkjali ta' Birżebbuġa, fejn kien hemm preżenti wkoll għadd ta' politiċi u personalitajiet. Il-vjaġġ ta' Jake mill-Isptar Mater Dei sa Birżebbuġa kien akkumpanjat minn numru ta' ċiklisti li rrikonoxxew u onoraw lit-tifel. Il-korteo kommemorattiv intemm b'messaġġ ta' tama u mħabba. L-imħabba tiegħu għall-annimali kienet evidenti fil-ġest finali fil-funeral tiegħu, fejn dawk li attendew ingħataw basktijiet żgħar mimlija ikel għall-annimali abbandunati. Ritratt: Josianne Cutajar Mijiet attendew il-funeral ta' Jake Vella, libsin abjad jew kuluri vibranti. Ritratt: Facebook / Josette Busutill Il-vjaġġ ta' Jake mill-Isptar Mater Dei sal-Birżebbuġa kien akkumpanjat minn numru ta' ċiklisti. Ritratt: Facebook / Willy Dingli