Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526408
aħbarijiet illum • IL-ĦADD 8 TA' SETTEMBRU 2024 05 SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI Estensjoni tat-Terminu għas-Sottomissjoni B'referenza għall-pubblikazzjoni tas-sejħa 19 li tiffoka fuq id- diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u l-entitajiet miftuħa taħt Prijorità 1. PO 1 - Ewropa aktar kompetittiva u intelliġenti billi tippromwovi t-trasformazzjoni ekonomika, intelliġenti u innovattiva u l- konnettività reġjonali tal-ICT, RSO 1.2 - Naħsdu l-benefiċċji tad- diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet tar- riċerka u l-awtoritajiet pubbliċi (FEŻR) tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mħabbra fit-2 ta' Ġunju 2024, l-Awtorità ta' Ġestjoni responsabbli għall-programm ERDF/CF/JTF 2021-2027 qed testendi t- terminu għas-sottomissjoni ta' proposti ta' proġetti. It-terminu qed jiġi estiż mit-Tnejn 30 ta' Settembru għall-Erbgħa 30 ta' Ottubru 2024 fil- 16.00. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. REYNOLD BALZAN 23.01.1938 – 10.09.2020 L-Eks Kap Eżekuttiv ta' Vitals Global Healthcare, il-kumpanija pubblika-privata magħżula mill- amministrazzjoni ta' Muscat biex tmexxi tliet sptarijiet tal-istat, allegat li l-Kap ta' Steward, Ralph de la Torre, aħar li seta' jxaħħam uffiċjali tal-Gvern Malti biex jagħlaq ehim dwar il-PPP tal- isptarijiet. Steward ħa f 'idejh l-operat fl-2017 minn VGH wara li l-kumpanija ma rnexxilhiex tiġbor il-finanzi biex tikseb il-miri kuntrattwali tagħha fuq l-isptarijiet ta' San Luqa, Karin Grech u Għawdex. Ram Tumuluri, il-wiċċ ta' VGH, allega fil-Kungress tal-Istati Uniti li l-Kap Eżekuttiv ta' Steward Health Care Ralph de la Torre u eżekuttivi oħra ta' Steward fasslu kospirazzjoni illegali ma' uffiċjali barranin biex jassiguraw il-kuntratt tal-isptarijiet. F'Boston, il-Kap Eżekuttiv ta' Steward irriuta li jwieġeb quddiem is-senaturi tal-Istati Uniti dwar il- falliment tal-kumpanija. Ir-"rivelatur legali" Ram Tumuluri ċaħad li ta flus lil Joseph Muscat. Fis-sottomissjoni tiegħu lill-kumitat tas-Senat Amerikan li qed jinvestiga l-kollass ta' Steward fl-Istati Uniti, Tumuluri jiddeskrivi laqgħa fl-2017 li kienet tinkludi lill- Kap Eżekuttiv ta' Steward, u jallega li de la Torre kien qed "jinsinwa li kien se jxaħħam uffiċjali tal-Gvern ta' Malta." Kelliem għal de la Torre sejjaħ l-allegazzjonijiet ta' Tumuluri bħala "assurdi" u qal li l-fergħa internazzjonali ta' Steward aġixxiet "b'mod legali u trasparenti matul il-perjodu li fih il-kumpanija kienet qed topera f 'Malta." Il-kumpanija ta' Tumuluri rebħet il-kuntratt kontroversjali biex tmexxi tliet sptarijiet pubbliċi f 'Malta fl-2015. Fl-ilment tiegħu lill-Kungress, Tumuluri jallega li de la Torre u eżekuttivi oħra "iffabbrikaw" ma' uffiċjali Maltin fuq "kampanja ta' koerċizzjoni illegali" biex jiksbu l-kontroll tal- kuntratt li rebħet il-kumpanija ta' Tumuluri fl-2017. L-ittra ta' 500 paġna tallega li l-kospirazzjoni kienet tinvolvi wkoll tentattiv biex Tumuluri jiġi arrestat u anke theddidiet ripetuti ta' mewt kontrih. Il-kelliem ta' de la Torre qal li Steward ħa f 'idejh il-kuntratt tal-isptarijiet Maltin biss wara li l-kumpanija ta' Tumuluri "falliet milli twettaq il-wegħdiet tagħha" u l-uffiċjali tal-Gvern kienu qed ifittxu li jissostitwuha. Konċessjoni ta' VGH Sal-2017, il-konċessjoni ta' VGH kienet tħallset €75 miljun biex tmexxi t-tliet sptarijiet, imma spiċċat bi spejjeż ta' aktar minn €94 miljun, li ħolqu telf ta' madwar €18-il miljun. Għaldaqstant l-awdituri ta' Steward Malta aktar tard qalu li VGH kienet diġà fl-2016 qed taffaċċja "dgħufija materjali [li] tista' tqajjem dubju sinifikanti dwar [il-kapaċità tagħha] li tkompli bħala entità li qed taħdem." It-twissija kienet saret fil-kontijiet ta' VGH għal dik is-sena, meta l-konċessjonarju ppubblika telf nett ta' €6 miljun, bit-total tal- obbligazzjonijiet li jaqbżu l-assi bi €8.9 miljuni. Tumuluri jikkummerċjalizza ruħu bħala investitur freelance u konsulent tan-negozju, iżda mkien fuq is-sit elettroniku personali tiegħu ma jagħmel referenza għall-proġett tiegħu f 'Malta. VGH, konsorzju ta' investituri miġbura flimkien mill-konsulent tan-negozju Pakistani Shaukat Ali Chaudry u mmexxija minn Tumuluri, akkumulat livelli għolja ta' dejn li għamluhom inkapaċi jakkwistaw il-finanzjament biex ikomplu l-kumpanija. Madankollu, iż-żewġ intraprendituri fl-2016 kienu qed jużaw il-konċessjoni ffinanzjata mit-taxxi biex jippromovu l-ħiliet tan- negozju tagħhom fin-Norveġja, fejn ifittxu €50 miljun f 'ekwità għal proġett ta' enerġija rinnovabbli. Iż-żewġt irġiel kienu qed ifittxu li jbigħu 24% tal- ishma ta' proġett ta' enerġija rinnovabbli barra minn Malta, u talbu li l-PPP tal-kura tas-saħħa ta' Malta kien stmat għal €2.8 biljun. Tumuluri jgħid lis-Senat Amerikan li sid Steward ftaħar b'tixħim ta' politiċi Maltin Ram Tumuluri