MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526668

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' SETTEMBRU 2024 • illum opinjoni Kummissarju Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza Iż-żgħażagħ fl-era diġitali RENEE LAIVIERA "L -umanità tiddepen- di fuq l-enerġija bla limitu, l-ideat u l-kontribuzzjoni- jiet taż-żgħażagħ," hekk stqarr António Guterres, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda. Fix-xahar ta' Awwissu ta' kull sena, id-dinja tfakkar il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ. Din is-sena, il-Ġnus Magħquda enfasizzat l-irwol li ż-żgħażagħ għandhom fl-innovazzjoni diġitali, li huwa essenzjali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet globali. Fil-fatt, il-midja soċjali tat vuċi qawwija liż-żgħażagħ sabiex iqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet differenti, jingħaqdu ma' individwi oħra li jaħsbuha l-istess bħalhom u jorganizzaw protesti paċifiċi u kampanji online biex joħolqu pressjoni fuq l-awtoritajiet responsabbli biex jittieħdu l-passi neċessarji. Minkejja dawn l-opportunitajiet, l-era diġitali ġabet magħha wkoll diversi sfidi bħal diffikultajiet dwar kif iż- żgħażagħ jikkomunikaw. L-istudji juru li matul il-pandemija tal- COVID-19 id-dipendenza fuq il-pjattaformi diġitali u n-nuqqas ta' interazzjonijiet wiċċ imb wiċċ irriżultaw f 'diffikultajiet fil-mod ta' kif iż-żgħażagħ jitkellmu u jibnu l-argumenti tagħhom. Għalkemm it-teknoloġija għenet biex jinżammu l-konnessjonijiet, din qatt ma tista' tieħu post il- valur tal-komunikazzjoni diretta, wiċċ imb wiċċ. Dawn il-ħiliet huma essenzjali għall-iżvilupp personali u professjonali tagħhom, u biex ikollhom aktar kunfidenza f 'sitwazzjonijiet soċjali. Biex tindirizza dawn l-isfidi, il-Kummissjoni Ewropea ħadet passi konkreti biex ittejjeb il-ħiliet diġitali taż-żgħażagħ u tagħtihom l-għodod meħtieġa fid-dinja diġitali. Kien f 'dan il-kuntest li fl-2022, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat linji gwida għall- għalliema u l-edukaturi dwar il-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali u l-indirizzar tad- diżinformazzjoni, li jinkludu pariri prattiċi, pjanijiet ta' attivitajiet u għarfien topiku msejsa fuq il-litteriżmu, l-edukazzjoni u t-taħriġ diġitali. Madankollu, minkejja l-inizjattivi edukattivi, id-dinja diġitali għadha tpoġġi ż-żgħażagħ u gruppi vulnerabbli oħra f 'riskji ġodda, fosthom il-fastidju online jew kif inhu magħruf aħjar bħala 'cyberharassment'. Dan għaliex permezz tad-dinja diġitali ħafna mill-każijiet ta' fastidju sesswali bdew isiru online speċjalment waqt il-COVID, bin-nisa u l-bniet ikunu aktar suġġetti għall-fastidju u attakki online bħal emails, SMS, wiri ta' stampi jew materjal ieħor sesswalment espliċitu, jew messaġġi sesswalment espliċiti fuq il-midja soċjali, fost oħrajn. Skont rapport dwar l-opportunitajiet u r-riskji diġitali ppubblikat fl-2018 mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (l-EIGE), il-fastidju online jħalli impatt negattiv fuq iż- żgħażagħ speċjalment fuq in-nisa żgħażagħ li huma dejjem aktar fil-mira ta' attakki online. Riċerka oħra tal-EIGE tiżvela wkoll li madwar 42% taż-żgħażagħ u 51% tan-nisa żgħażagħ isibuha bi tqila li jipparteċipaw f 'dibattiti online minħabba li kienu ffastidjati. Dan juri li l-fastidju online jħalli effett negattiv għax jiskoraġġixxi liż-żgħażagħ milli jsemmgħu leħinhom u jkunu parteċipi. Hekk kif kulma jmur aktar qed naraw avvanzi ġodda fit- teknoloġiji diġitali, l-edukazzjoni taż-żgħażagħ f 'dan il-qasam hija kruċjali fi sfond tar-rwol ċentrali li għandhom fit-tiswir tal-futur diġitali tagħna. Biżżejjed li nsemmu li l-attiviżmu fost iż- żgħażagħ fid-dinja diġitali narawh ukoll f 'pajjiżna fejn madwar 99% taż-żgħażagħ Maltin ta' bejn is-16 u l-24 sena (it iktar mill-medja Ewropea) jużaw l-internet ta' kuljum. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) toffri taħriġ lill-istudenti dwar il-fastidju sesswali u l-isterjotipi tal-ġeneri anke online biex titqajjem aktar kuxjenza dwar dawn il-kwistjonijiet kif ukoll tinvestiga lmenti ta' persuni li jemmnu li huma vittmi ta' diskriminazzjoni abbażi ta' età f 'diversi sferi skont kif tippermetti l-liġi. Billi nrawmu l-litteriżmu diġitali u nippromovu l-użu responsabbli tat-teknoloġija nistgħu nagħtu s-setgħa lill-ġenerazzjoni li jmiss biex tirnexxi f 'dinja diġitali. B'hekk inkunu qegħdin niżguraw li ż-żgħażagħ ikunu preparati għall-isfidi u l-opportunitajiet fid- dinja diġitali. Għal aktar informazzjoni tista' tagħmel kuntatt mal-NCPE fuq 2276 8200, equality@gov.mt jew fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali tal-NCPE (Facebook, Instagram u Twitter – NCPE.Malta) "Hekk kif kulma jmur aktar qed naraw avvanzi ġodda fit- teknoloġiji diġitali, l-edukazzjoni taż-żgħażagħ f'dan il-qasam hija kruċjali fi sfond tar-rwol ċentrali li għandhom fit-tiswir tal-futur diġitali tagħna."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 September 2024