Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1526918
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' SETTEMBRU 2024 Il-Golden Bee Awards u l-film 'Once Upon a Time in Malta' se jixxandru fuq TVM Ix-short film "Once Upon a Time in Malta" flimkien mal-Golden Bee Awards se jkunu qed jixxandru fuq TVM nhar il-Ġimgħa li ġej. Il-produzzjoni, li ħaddmet 290 ħaddiem Malti, kellha l-għan li tirreklama lil pajjiżna fil-kuntest tal-Kavallieri ta' San Ġwann, inizjattiva li l-Kummissjoni qalet li "qed tippromovi din l-istorja ma' studios tal-films barranin." Ftit ġimgħat ilu dan il-film, kif ukoll in-nefqa tal-attivitajiet relatati mal- Mediterrane Film Festival, qanqal diskussjoni, kemm għal valur tan-nefqa kif ukoll għad-dehra ta' it sekondi tal- Kummissarju tal-Films innifsu. In-nefqa ta' dan il-festival kienet ikkritikata mill-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista Julie Zahra u l-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech. Tistaqsi dwar dan kollu, il-Kummissjoni tal-Films wieġbet lill-ILLUM billi qalet li film festivals jsiru mad-dinja kollha u l-attivitajiet li saru f 'Ġunju li għadda kienu tal-istess natura. Il-Kummissjoni saħqet li fuq kollox, il-Festival huwa għodda biex tippromovi lil Malta bħala destinazzjoni għall-films. Il-ġimgħa tal-Festival laħqet il-qofol tagħha bil-Golden Bee Awards fejn f 'din is-serata ntwera x-short film "Once Upon a Time in Malta", b'tul ta' għaxar minuti. F'dan il-film ħadmu 41 attur u extras Maltin, 250 crew inkluż ħaddiema Maltin. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM x'kien il-ħsieb wara dan il-film u l-għan tiegħu, il-Kummissarju Johann Grech wieġeb li hemm diversi modi kif tippromovi lil Malta u dan il-film kien mod differenti u innovattiv kif twassal x'joffri pajjiżna għal film-makers barranin li kienu preżenti waqt is-serata. Permezz ta' dan ix-short film, il-film- makers setgħu japprezzaw aħjar is- sbuħija ta' pajjiżna u l-wirt kulturali u storiku tiegħu. "Konvint li l-istorja ta' Malta, tul il- perjodu tal-Kavallieri ta' San Ġwann, tinteressa lill-produtturi kbar tal-films barranin biex jaħdmu din l-istorja f 'Malta stess." Mistoqsi jekk din l-istrateġija hux qed tħalli frott, il-Kummissarju Grech qal, "iva, rajna interess b'saħħtu li beda mid- diskussjonijiet li kellna f 'Mediterrane u bħalissa qed niddiskutu ma' studios kbar barranin fuq l-istorja tal-Kavallieri." Dwar jekk jixtieqx iwieġeb għall-kritika tal-Partit Nazzjonalista fuq dan il-film u fuq in-nefqa tal-Festival, Grech qal, "ma tridx tara dawn l-inizjattivi f 'iżolament. Din hija parti minn strateġija wiesgħa biex tattira film-makers barranin lejn Malta biex ikomplu jinvestu f 'pajjżna". "Il-fatt li għandna numru ta' proġetti in the pipeline u oħrajn li diga bdew isehhu grazzi ghal Mediterrane Film Festival qed iħallu l-frott mixtieq. Fuq quddiem nett, dan ifisser aktar jobs ġodda u flus fil- bwiet tal-Maltin. Ir-riżultat x'inhu? Li jiġu l-proġetti f 'Malta tfisser aktar investiment f 'pajjiżna, aktar jobs u li s-settur tal- films jkompli jkun pilastru fl-ekonomija Maltija. Meta jiġi film iħalli miljuni fil- kaxxa ta' Malta, minn lukandi u trasport għal ristoranti u l-impjieg ta' mijiet ta' persuni f 'kull produzzjoni. Huwa d-dmir tagħna li nkomplu naħdmu biex inġibu aktar investiment lejn pajjiżna." KEITH ATTARD X'ħasda dalgħodu kif skoprejt bit-telfa tal-Professur maħbub Charles Briffa. Ili nafek mill-kotba li ppubblikajt, kemm dawk tal- letteratura, kif ukoll dawk l-aktar favoriti tiegħi dwar il-lingwa; l-istorja tagħha u l-etimoloġija tal-kliem. Imma sirt nafek aktar mill-qrib fi żmien l-Università u fid-drabi li ħbatna flimkien ta' bla ħsieb waqt xi intervista fuq ir- radju jew fuq it-televixin. Bħalma jistgħu jixhdu l-għadd ta' studenti li għallimt, il-passjoni lejn il-Malti, lejn it-traduzzjoni, u l-għatx għar-riċerka u l-iskopertà kienu fost l-aktar kwalitajiet li dejjem rajthom jispikkaw fik. Is-sabar u l-paċenzja fl-ispjegazzjonijiet mirquma tiegħek dejjem ammirajthom. Bla dubju, stil effettiv u tant apprezzat minn ħafna. Bis-saħħa tal-Għaqda tal-Malti – Università fis-16 ta' Jannar 2021 kellna wkoll l-opportunità naħdmu flimkien bis-saħħa tat-taħdita "It- Tradutturi jgħidu Tagħhom" iżda żgur li l-isbaħ memorja tagħna flimkien hi riċenti grazzi għall- programm Etimoloġija. Minkejja li kont diġà kkontribwejt qatigħ fl- ewwel żewġ staġuni tal-programm, aċċettajt mill-ewwel l-istedina tiegħi għat-tielet staġun biex terġa' tkun wieħed mill-kelliema protagonisti tal-programm. Niakar il-konverżazzjonijiet ħelwin fuq il-lingwa jien u ngħaddi għalik kull darba li rrekordjajna, it- tingiżiet sottili li konna ngħaddu meta ma naqblux ma' xi ħaġa dwar l-iżvilupp tal-lingwa, u fuq kollox dwar il-problemi f 'saħħtek li bdejt tesperjenza. Din is-sena ridt nerġa' ninvolvik, u int, fil-25 ta' Lulju 2024, minkejja x-xewqa li ma tiksirlix qalbi, għedtli: "Ippjana mingħajri. Għandi xi jiem l-isptar. Sabuli kondizzjoni medika serja. Ħallietni bla saħħa u bla ħeġġa." Mur għidli li dik kellha tkun l-aħħar korrispondenza. Grazzi tal-memorji sbieħ, għażiż Charles. Il-legat li ħallejt warajk se nibqgħu ngħixuh fir-riċerka u fil- kotba li ppubblikajt. Strieħ fis-sliem. Il-Prof. Charles Briffa - l-akkademiku, it-traduttur, u l-fittiex tal-kelma APPREZZAMENT Il-Professur Charles Briffa