MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 September 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527187

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' SETTEMBRU 2024 • illum Tliet esperjenzi ta' trasport sostenibbli minn studenti u għalliema JORDAN PACE Hekk kif l-istudenti jirritornaw lejn l-iskola wara l-vaganzi tas-sajf, it-trasport isir punt ta' kriżi għall-familji, għall-gvernijiet lokali u għall-pajjiż inġenerali. Il-vjaġġ ta' kuljum lejn l-iskola jaffettwa, mhux biss lill-istudenti, iżda wkoll l-ambjent, l-ekonomija, u s-saħħa pubblika. Bl-importanza dejjem tikber ta' trasport sostenibbli u effiċjenti, huwa essenzjali li jiġu kkunsidrati diversi modi ta' trasport li jistgħu jintużaw mill-istudenti u l-familji tagħhom. L-aktar erba' modi ta' trasport popolari huma t-trasport pubbliku, il-mixi, il-karozza privata, u r-roti. Kull wieħed minn dawn il-mezzi ta' trasport għandu l-impatt fuq is-saħħa u l-ambjent tiegħu, u l-influwenza tad-differenzi reġjonali u soċjoekonomiċi tagħmel ċerti modi aqwa minn oħrajn. Dawn il-fatturi jistgħu jaffettwaw ħafna l-għażliet u l-esperjenzi tal-istudenti meta jiġu għall- vjaġġ ta' kuljum fl-iskola. Francesca Borg – Il-mixi Francesca Borg minn Ta' Sannat u li għandha 19-il sena tgħidilna it fuq l-esperjenza tagħha tal-mixi mill- appartament tagħha fl-Imsida sal-Università. Għaliex għażilt dan il-mod ta' trasport fuq modi oħra? Immur lejn l-Università bil-mixi għax ngħix fil-qrib peress li jien studenta Għawdxija u nikri l-Imsida. Insibni komda u niffranka ħafna traffiku u ħin. Nemmen ukoll li l-mixi huwa tajjeb ħafna għas-saħħa, u jgħinni nżid il-mixi ta' kuljum jekk nimxi għall-iskola. Kif tixtieq li l-esperjenza tiegħek titjieb? Jekk il-bankini jkunu rranġati u mwessgħin nemmen li jgħinu lil dawk li jimxuha. Is-sewwieqa wkoll iridu jagħtu iktar kas lil kull min ikun qed jimxi. Jekk ikun hemm iktar zebra-crossings u traffic lights naħseb li jgħinu lil studenti bħali. Kif kienet l-esperjenza tiegħek fit-triq? Ovvjament it-temp jaffettwa ħafna l-esperjenza tiegħi. Fis-sajf tilħaq tieħu battikata sa xħin tasal minħabba x-xemx qawwija u ġox-xita wkoll ma tibqax preżentabbli sa xħin tasal ġol-klassi. Insibni tajba b'mod ġenerali li nimxi lejn l-iskola. L-aktar ħaġa importanti hi li jkollok żarbun komdu u li tilbes b'mod addattat għat-temp. Jayde Spiteri – Trasport Pubbliku Jayde Spiteri minn Ħ'Attard għandha 16-il sena, u tgħidilna it l-esperjenza tagħha dwar it-trasport pubbliku sabiex tmur l-iskola. Għaliex għażilt dan il-mod ta' trasport fuq modi oħra? Dan il-mod ta' trasport huwa l-aktar wieħed aċċessibbli għal kull student. Fi kliem ieħor, wieħed għandu ċ-cans li jużah meta u fi xħin irid. Jekk ikollok lezzjoni aktar tard mis-soltu, faċilment tista' tistenna tal-linja b'anqas ġenn. B'dan il-mod m'għandek għalfejn torbot lil ħadd biex jiġi għalik jew iwasslek. Kif tixtieq li l-esperjenza tiegħek titjieb? Personalment naħseb li t-trasport pubbliku mhuwiex effiċjenti biżżejjed. Ħafna drabi nispiċċa nqatta' ħafna ħin nistenna biex nirkeb tal-linja. Niem li jkun hemm it- traffiku u xi kultant ikun hemm xi toroq magħluqin, imma xorta waħda nemmen li hemm possibbiltà biex jinħolqu aktar rotot li jgħaddu ta' spiss. Kif kienet l-esperjenza tiegħek fit-triq? It-traffiku huwa wieħed mill-akbar problemi li nsibu fit- toroq fuq bażi regolari. Sfortunatament kull min ikun fit- toroq ikollu jaffaċċja din il-problema li tħalli effett pjuttost negattiv fuq il-maġġoranza tas-sewwieqa u l-passiġġiera. Waqt dawn il-mumenti nispicca nitnerveż, imma dan ma jfissirx li l-esperjenza tiegħi fit-triq hija waħda ħażina kompletament. Dan il-ħin, wieqfa fit-traffiku, nista' nużah biex ingawdi daqsxejn il-madwar. B'hekk inkun qed inħares lejn xi ħaġa negattiva minn lenti aħjar. Josef Florian Muscat – Ir-rota Għaliex għażilt dan il-mod ta' trasport fuq modi oħra? It-trasport pubbliku huwa effiċjenti minn Birkirkara sal-Mosta, spejjeż ta' fuel, nuqqas ta' parkeġġ fejn id-dar u l-kulleġġ. Kif tixtieq li l-esperjenza tiegħek titjieb? Tal-linja lura mill-Mosta hija diffiċli meta tispiċċa xogħol fl-4.30. Ir-rota hija għażla tajba pero ċertu rotot huma perikolużi għas-sewqan. L-għażla tal-mod ta' trasport għall-iskola għandha impatt fuq l-istudenti, il-familji tagħhom, u l-komunità kollha. Il-promozzjoni ta' trasport pubbliku, mixi, jew użu ta' roti jistgħu jgħinu biex titjieb is-saħħa tal-istudenti, tnaqqas it-traffiku, u tipproteġi l-ambjent. Fl-aħħar mill-aħħar, għażliet konxji ta' trasport jistgħu jħallu impatt pożittiv, mhux biss fuq il-preżent, iżda wkoll fuq il-futur tal- istudenti u tal-ambjent.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 September 2024