MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti It-Teatru Manoel jerġa' jiftaħ il-bibien għal tours tal-post Teatru Manoel bi pjaċir jippreżenta 'e Grand Tour of Teatru Manoel', tour uniku tat-teatru nazzjonali ta' pajjiżna b'kollaborazzjoni ma' House of Tours. It-tours se jitmexxew mill- gwida professjonali u attur Jeremy Grech. Dawk li se jattendu għal dan it-tour se jkollhom ukoll l-opportunità li jaraw uħud mill- kostumi oriġinali li jiffurmaw parti mid-Dipartiment tal- Kostumi tat-Teatru Manoel b'kollezzjoni ta' iktar minn 10,000 kostum. Dawn il-kostumi ġew meħjuta mill-ħajjata tat-Teatru Manoel u għalhekk il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw kif kull kostum għandu dettall partikolari li nħadem b'teknika mill-aqwa. Apparti l-kostumi, wieħed jista' jara wkoll uħud mill-iktar props antiki li kienu jintużaw fit- Teatru qabel ma ġiet introdotta t-teknoloġija moderna kif nafuha llum, fosthom magna tar-riħ, thunder roller u rain box. Għall-ewwel darba, dawn it- tours se jkunu aċċessibbli għal kulħadd peress li issa t-Teatru Manoel għandu l-faċilità tal-użu ta' lift li kien installat iktar kmieni din is-sena. Dan se jservi sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jesperjenza dak kollu li joffri t-teatru nazzjonali ta' pajjiżna. Il-prezz ta' dawn it-tours se jkun ta' €20 għal kull biljett u kull grupp se jkun limitat għal 30 persuna. It-tours se jsiru kull nhar ta' Tlieta fil-11.00am u fit-3.00pm. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. teatrumanoel.mt jew iċempel fuq 2124 6389. Il-festival Jazz Assemblea qed jinżamm għall-ewwel darba fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta, bejn it-12 ta' Settembru u d-29 ta' Ottubru 2024, u hu maħsub biex iwassal esperjenza unika u immersiva lil dawk kollha li jħobbu l-mużika jazz. Dan il-festival, organizzat mill- Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva b'kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, kif ukoll bl-appoġġ tal-MTA u APS Bank, huwa magħmul minn kunċerti live, workshops, filmati u esperjenzi viżivi li jiċċelebraw u jagħtu ħajja ġdida lill-ġeneru tal-jazz f 'Malta. Waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-Festival hija l-esperjenza viżiva "Kwadretti Jazz", li tpoġġi l-lenti fuq mużiċisti li ħallew marka qawwija fl-iżvilupp tal-jazz fuq il-gżira matul is-snin. Din il-wirja tieħu lill- viżitaturi lura 90 sena, u tippreżenta l-istejjer ta' dawk l-artisti li bdew u kabbru din ix-xena mużikali. Fost is-sorsi ewlenin għal din il-wirja, hemm żewġ albums minn Mro Dominic Galea u riċerka minn Ġużè Camilleri, li ħadem intensament fuq l-arkivji viżivi ta' din l-era sabiex jgħin biex tiddokumenta l-istorja mhux magħrufa tal-jazz f 'Malta. Jazz Assemblea mhux biss se jkun ċelebrazzjoni mużikali, iżda wkoll ċans uniku biex tisma' u titgħallem aktar dwar il-ġeneru permezz ta' workshops speċjali ma' mużiċisti rinomati. Tista' tistenna kunċerti live mill-aqwa gruppi tal-jazz lokali u internazzjonali, kif ukoll filmati li juru l-influwenza globali tal-jazz u l-konnessjonijiet tiegħu mad-dinja Maltija. Il-festival qed jilqa' lil dawk kollha li jixtiequ jesploraw il-fond u l-baxx tal-jazz permezz ta' forom differenti tal-espressjoni artistika. Hija sejħa biex niġbru flimkien u nieħdu gost b'dan il-ġeneru li għalkemm mhux daqstant magħruf, għandu storja rikka li qed tiġi rrakkontata f 'din l-okkażjoni speċjali. Jazz Assemblea se jkun opportunità li ma tistax titlia għal dawk kollha li jħobbu l-mużika u l-arti, u għal dawk kurjużi biex jitgħallmu aktar dwar il-kontribut tal-jazz f 'Malta. Il-Festival jiaħ il- bibien tiegħu għal viżitaturi minn kull sfera tal-ħajja biex jinġabru u jiċċelebraw dan il-ġeneru storiku li huwa għadu relevanti sal-lum. L-istorja u s-suċċessi tal-Jazz f 'Malta ċċelebrati fi Spazju Kreattiv

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 October 2024